Illum previous editions

ILLUM 3 Jannar 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/621906

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 35

4 illum | Il-Ħadd 03 ta' Jannar 2016 Aħbarijiet 'Qatt ma ġejna kkonsultati fuq it-twaqqif ta' Ċentru ta' Eċċelenza għall-Istati Żgħar ' – Briguglio minn Gabriel Schembri Waqt il-ftuħ tal-laqgħat taċ-CHOGM, il-Prim Ministru Joseph Muscat kien ħabbar li Malta se sservi bħala ċentru ta' eċċelenza għall-pajjiżi żgħar fi ħdan il-Commonwealth. Huwa spjega li l-irwol ta' dan iċ- ċentru se jkun li jipprovdi assistenza fl-iżvilupp ta' pajjiżi gżejjer u pajjiżi żgħar. Malta tat kontribut inizzjali ta' €100,000 għal dan il- għan. Id-Direttur tal-Istitut tal- Gżejjer u l-Istati Żghar fi ħdan l-Università ta' Malta, il-Professur Lino Briguglio qal li filwaqt li jifraħ lill-Gvern għall-inizjattiva importanti li jwaqqaf iċ-Ċentru ta' Eċċelenza għall-Pajjiżi ż-Żgħar, esprima d-diżappunt tiegħu għall-fatt li hu ma ġiex ikkonsultat dwar it-twaqqif ta' dan iċ-Ċentru. "L-Istitut li nidderigi jien igawdi minn reputazzjoni dinjija fuq materji li jolqtu l-istati żgħar, imma għal dak li tħabbar mill-Prim Ministru, aħna ma ġejniex ikkonsultati," spjega l-Professur Briguglio. Huwa spjega wkoll li l-Istitut ilu jorganizza numru ta' workshops internazzjonali f 'kollaborazzjoni mas-Segretarjat tal- Commonwealth u l-Gvern Malti. Iżda jidher li meta tela' l-Gvern Laburista, ġie deċiż biex din il-kollaborazzjoni tonqos. Saħaq li Malta għandha l-potenzjal li tieħu pożizzjoni ta' leadership f 'dawk li huma l-interessi tal-istati żgħar membri tal-Unjoni Ewropea li minnhom hemm sebgħa, b'popolazzjoni ta' 3 miljun persuna jew anqas. Barra minn hekk, Malta tista' tkun portavoċe għall- istati żgħar li qed jiżviluppaw u li huma membri tal-grupp ACP, jigifieri stati żgħar fl- Afrika, fil-Karibew u fl-Oċean Paċifiku, li jirċievu għajnuna mill-UE. Bħala membru tal-UE, Malta għandha tieħu sehem ferm akbar milli qed tieħu issa biex l-UE tgħin lil dawn il-pajjiżi żgħar tal- ACP. Dan ikun ta' prestiġju diplomatiku kbir għal Malta għax hemm xi ħamsa u tletin stati minn dawn, li flimkien għandhom vuċi qawwija mhux ħażin fl-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda. Il-Professur Briguglio qal li Malta ma tantx ħadet interess meta l-Unjoni Ewropea kienet qed tħejji n-negozjati għall- konferenza tal-SIDS (Small Islands Developing States) li saret f 'Samoa fl-2014. Il-Prim Ministru kien spjega li Malta se tkun qed tmexxi dan iċ-Ċentru ta' Eċċelenza. Għadu mhux magħruf jekk hux se jkun hemm xi sistema ta' rotazzjoni u jekk kull pajjiż irid jagħti xi kontribut finanzjarju. Erba' awturi Maltin fuq Reporter Il-PrOGraMM reporter ta' nhar it- tnejn li ġej, se jieħu xeħta differenti mis-soltu u se jimraħ lil hinn mix-xena politika. Saviour Balzan se jintervista erba' awturi Maltin dwar il-letteratura Maltija. Fost il-mistednin, trevor Zahra, awtur li m'għandu bżonn l-ebda introduzzjoni b'mod speċjali fejn tidħol il-letteratura tat-tfal. Ma' Balzan, Zahra jitkellem dwar l-aħħar publikazzjoni tiegħu, Vespri. Gerard James Borg, li dan l-aħħar ħareġ żewġ kotba bl-Ingliż, li qajmu dibattitu fil- pajjiż, Sliema Wives u Madliena Married Men, rispettivament. Balzan jistaqsih dwar x'kien l-iskop veru wara dawn il-kotba. Joe Sultana u Edward Attard huma wkoll mistiedna fuq il- programm ta' nhar it-Tnejn. Reporter fl- 10.05pm fuq TVM b'ripetizzjoni t-Tlieta fis- 1.30pm fuq TVM2. Gerard James Borg Trevor Zahra Għal iktar informazzjoni ċemplu fuq 2138 2741 IR-RUMANZ TA' INGA BOISSEVAIN FL-ISTATIONERS EWLENIN Lino Briguglio

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 Jannar 2016