Illum previous editions

ILLUM 3 Jannar 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/621906

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 35

24 illum | Il-Ħadd 03 ta' Jannar 2016 Kummerċjali Carisma Spa and Wellness innominata għall-World Luxury Spa Awards 2016 Carisma Spa and Wellness fil-Lukanda InterContinental Malta, ġie nnominat għall- premju prestiġjuż tal- World Luxury Spa Awards 2016. Madwar 500 spa li huma fost l-aqwa u l-iktar lussużi fid-dinja kollha se jkunu qed jippreżentaw ir-reputazzjoni u l-professjonalità tagħhom meta se jkunu qed jikkompetu għal dan il-premju annwali. In- nomina tal-Carisma Spa and Wellness qed tpoġġi lil dan l-ispa lokalment fi klassi għalih. L-ispa fl- Intercontinental Malta hu kklassifikat mal-aktar spas rinomati fid-dinja u fl-istess livell ta' 'The White Spa' fi Sri Lanka, u 'Remenade Spa' fl-Indoneżja. Carisma Spa and Wellness fl-Intercontinental Malta, bi preżenza wkoll f 'Malta f 'żewġ lukandi oħrajn – Seashells fis-Suncrest u l-Qawra Palace – għandu tal-uniku Turkish hammam f 'Malta, spa tradizzjonali Tork awtentiku li jieħdok lura għaż-żminijiet antiki, magħruf għall-mod naturali li bih inaddaf u jtaffi l-uġigħ, u li minnhom tgawdi s-saħħa tal-bniedem. Il-hammam jippreżenta spazju sagru li jilqa' fih ritwal għall-purifikazzjoni tal-ġisem, fejn l-ilma fietel jiġi użat bħala karatteristika ewlenija fil-proċedura biex jitnaddaf kemm il-fiżiku kif ukoll l-aspett emozzjonali. Il-vantaġġi li tgawdi pożizzjoni li fiha tkun qiegħed tiġi ppreżentat bħala spa uffiċjali li qiegħed jipparteċipa fost 144 pajjiż fil-World Luxury Spa Awards, huma ħafna. Il-World Luxury Spa Awards jiffukaw ħafna fuq il-parteċipanti tul is- sena kollha billi joħolqu u jagħtu informazzjoni u pubbliċità massima onlajn, permezz ta' rivisti, materjal ta' promozzjoni fuq il-mezzi elettroniċi u esebizzjonijiet internazzjonali. L-istituzzjoni ta' dawn il- premjijiet tissupplixxi wkoll sett ta' kriterji ta' kwalità fit-tmexxija tal-ispas biex tkun tista' tevalwa u ttejjeb in-negozju fuq bażi kontinwa biex tinstiga aktar żvilupp fil- prodott u f 'servizzi eċċellenti. Dawn il-premjijiet jgħinu wkoll biex jgħollu l-livell u jispiraw lil dawn l-ispas jassiguraw li joffru esperjenza mill-aqwa. Ir-rebbieħ ta' dan il-premju prestiġjuż jintgħażel permezz ta' proċess ta' vot li jsir kull sena mill-klijenti tal-ispas. Il-voti li jingħataw huma bbażati fuq is-servizz li jingħata. Mal-kampanja ta' pubbliċità li tingħata lill-World Luxury Spa Awards, biex tiġġenenra aktar voti, kull spa hu mitlub li jmexxi kampanja fost il- klijenti biex jivvutaw u biex jinkoraġġixxu lill-klijenti tagħhom jipparteċipaw billi jagħtu l-vot tagħhom matul il-perjodu tal-votazzjoni. Dan hu pass sinifikanti 'l quddiem kemm għall- Carisma Spa and Wellness kif ukoll għat-turiżmu f 'Malta. Pass li jattira lil kull min ikun qiegħed ifittex speċifikament li jżewwaq vaganza mar- ritwal li tant jaffaxina u li jippurifika l-ġisem, filwaqt li jagħti kunfidenza akbar lill- impjegati tal-Carisma Spa, u li finalment iwassal biex itejjeb is-servizz. Ir-ritwal tradizzjonali li jippurifika l-ġisem li jingħata mill-Carisma Spa and Wellness hu magħruf mhux biss li jħalli effett fuq il-purifikazzjoni tal-ġisem, iżda wkoll iħalli l-istess effett ta' trankwillità fuq il-moħħ u r-ruħ, u li finalment iwassal lill-persuna biex toħroġ mill- esperjenza tal-banju Tork bħala persuna ppurifikata. Carisma Spa and Wellness joffri l-esperjenza tal- hammam għall-prezz ta' €59. Il-prezz jinkludi l-użu tal- faċilitajiet tal-ispa fosthom il-heated pool, steam bath u sauna, u te ditossifikantti u kafè tradizzjonali Tork kemm tixtieq. Wieħed jista' juża l-hammam kemm bħala parti minn grupp jew b'mod individwali. It-Turkish hammam awtentiku f 'Malta Impjegata ta' Magister Academy tirbaħ l-'Inspiring ELT Professional of the Year' Rosabel Azzopardi, il-Maniġer Akkademiku tal-Magister Academy Language School f'San Ġiljan, ingħatat il- premju bit-titlu 'Inspiring ELT Professional of the Year', fir-raba' konferenza annwali tal- Għalliema tal-Lingwa tal-Ingliż (ELT) li saret f'Malta mill-Bord ta' Monitoraġġ tal-Għalliema tal-Lingwa tal-Ingliż. Rosabel Azzopardi ilha taħdem fl-industrija tat-tagħlim tal-lingwa tal-Ingliż għal dawn l-aħħar 12-il sena, hi kwalifikata biċ-ċertifikat DELTA, u minbarra li għallmet diversi korsijiet lil studenti ta' kull età u ta' kull kultura, hi wkoll għalliema internazzjonali biċ- ċertifikat tas-CELTA għal dawn l-aħħar erba' snin, u li permezz tiegħu tagħti taħriġ lil għalliema f'din l-industrija. Dan il-premju prestiġjuż jingħata mill-Bord tal-Monitoraġġ tal-Għalliema tal-Lingwa Ingliża bħala riknoxximent lil dawk l-għalliema tal-lingwa Ingliża li jispiraw lil għalliema bħalhom. Rosabel Azzopardi kienet nominata għall-passjoni tagħha u d-dedikazzjoni fit-taħriġ tal-għalliema, u għall-appoġġ kontinwu li tagħti, inkoraġġiment u integrità. "Aħna onorati li għandna staff bħalma hi Rosabel Azzopardi, mhux biss għax-xogħol eċċellenti tagħha fl-iskola, iżda wkoll minħabba li taspira verament lit- tim akkademiku u hi ta' eżempju fantastiku," qal Alex Lanczet, Maniġer Ġenerali tal-IESL u Magister Academy. Rosabel Azzopardi tingħata l-premju tal-'Inspiring ELT Professional' Titnieda l-15-il edizzjoni tal-BOV Investor Education Programme Il-Bank of Valletta nieda l-15- il edizzjoni tal-BOV Investor Education Programme, serje ta' sessjonijiet informattivi fil-qasam tal-finanzi. Il-programm għandu l-għan li jeduka diversi setturi tal-pubbliku dwar suġġetti differenti li jvarjaw minn bonds u ishma għall- assigurazzjoni fuq il-ħajja, ir-rati tal-imgħax u l-iskemi ta' investiment kollettiv. "L-għan prinċipali wara dan il-programm huwa li jipprovdi korsijiet ta' introduzzjoni lil kull minn jixtieq jifhem aħjar id-dinja tas-servizzi finanzjarji. Għal dan il-għan, il-Bank jitlob lill-impjegati tiegħu stess li għandhom għarfien speċjalizzat fl-oqsma rispettivi tagħhom, sabiex janalizzaw dawn is-suġġetti f 'termini mhux daqstant tekniċi biex jinftiehmu mill-pubbliku," spjega John Paul Abela, Uffiċjal għar-Relazzjonijiet tal- Investituri tal-Bank of Valletta. "Hekk kif id-dinja finanzjarja qed issir dejjem iżjed dinamika, il-Bank of Valletta jħoss li għandu responsabbiltà lejn il-komunitajiet li jopera fihom biex jiċċara ċertu kliem finanzjarju tekniku, u jippermetti lin-nies jieħdu deċiżjonijiet infurmati dwar il-finanzi tagħhom." Din is-sena, il-BOV Investor Education Programme se jkun mifrux fuq erba' korsijiet ta' ħames sessjonijiet kull wieħed. L-ewwel kors, li jibda fil-5 ta' Jannar 2016, se jsir bl-Ingliż. It-tliet korsijiet l-oħra se jsiru bil-Malti. Iżjed dettalji dwar il- korsijiet disponibbli jistgħu jinkisbu mill-portal tal-Bank www.bov.com. Il-korsijiet huma mingħajr ħlas, u se jingħata wkoll ċertifikat ta' parteċipazzjoni lill- parteċipanti li jattendu numru minimu ta' sessjonijiet. Il-postijiet huma limitati, għalhekk huwa importanti li tirriserva post. Kull min huwa interessat huwa mistieden iċempel lill-Uffiċjal għar- Relazzjonijiet tal-Investituri fuq 2275 3556 mit-Tnejn sal-Ġimgħa, bejn id-09:00 u l-16:00 jew billi jibgħat posta elettronika lil iro@bov.com. AĦBARIJIET ONLINE .cOm.mT

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 Jannar 2016