Illum previous editions

ILLUM 3 Jannar 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/621906

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 35

30 illum Il-Ħadd 03 ta' Jannar 2016 Sports Mourinho jrid bis-saħħa jieħu t-tmun ta' Manchester United ...anki jekk ifisser tnaqqis ta' £16-il miljun fis-salarju L-eks kowċ ta' Chelsea, l-Ispecial One Josè Mourinho, jidher li jinsab ferm interessat li jieħu t-tmun ta' Manchester United bħala kowċ, dejjem jekk ir-Red Devils jiddeċiedu li jneħħu lill- Olandiż ta' 64 sena, Louis van Gaal minn din il- kariga. U din tidher bħala xi ħaġa ferm possibli li ssir speċjalment wara li t-tim minn Old Trafford għadu ġej minn sitt logħbiet konsekuttivi mingħajr ma rnexxielu jikseb rebħa, liema serje ta' riżultati negattivi rat lir-Red Devils jinżlu diversi postijiet fil-klassifika, waqt li sfaw ukoll eliminati mill-UeFA Champions League. Tant kemm jidher li Josè Mourinho jrid jieħu bis-saħħa t-tmexxija ta' Manchester United mingħand Van Gaal, li saħansitra huwa lest li jaċċetta li jkollu s-somma sostanzjali ta' £16-il miljun inqas mis-salarju li kellu ma' Chelsea. Dan hekk kif jidher li huwa lest li jaċċetta salarju ta' £6 miljun netti kull staġun għal erba' snin. Tajjeb ngħidu li Josè Mourinho kien l-aktar kowċ imħallas fil- Kampjonat Barclays Premier fl-Ingilterra, fejn kellu salarju ta' xejn inqas minn £10 miljuni kull sena. B'hekk huwa fatt magħruf li Josè Mourinho xejn mhu qed jagħti importanza lill-aspett finanzjarju jekk jieħu f 'idejh it-tmexxija tar-Red Devils. Dan hekk kif, fil-karriera illustri tiegħu bħala manager fil-futbol, diġà daħħal il- miljuni. Dejjem skont sorsi qribu, jidher li l-fatt li huwa jmexxi lil Manchester United bħala kowċ, dejjem kienet waħda mill-ambizzjonijiet tiegħu, minħabba l-prestiġju u l-istorja assoċjata ma' dan il-club ta' suċċess liema bħalu kemm fl-Ingilterra, kif ukoll madwar id-dinja kollha. F'kummenti li għadda lill-media, is-sors viċin ta' Mourinho kompla jgħid li m'hemmx dubju li l-Ispecial One huwa ferm konxju mill-isfida kbira li tkun tinvolvi, jekk huwa jieħu t-tmun tar-Red Devils, iżda l-fatt li huwa jħobb il- football Ingliż, żgur li se tkun qed tgħin lil Manchester United, biex jirritornaw fejn tabilħaqq jisħoqqilhom, jiġifieri fl-ogħla postijiet kemm tal-futbol Ingliż, kif ukoll fl-Ewropa. Żgur li anki jekk ikun hemm tnaqqis fis-salarju bħala kowċ ta' Manchester United minn dak li kellu ma' Chelsea, mhux se jnaqqas xejn mill- fatt li Mourinho jkun qed jagħti l-massimu tiegħu biex jerġa' jitfa' lir-Red Devils fil-glorja. B'hekk, bħalissa l-pressjoni tinsab kollha fuq il-Viċi Chairman Eżekuttiv ta' Manchester United, Ed Woodward, li qed jiġi mitlub mill-partitarji ferventi tar- Red Devils, biex jieħu azzjoni immedjata għall-akbar ġid ta' Manchester United, hekk kif l-istaġun tagħhom, sfortunatament għalihom, qed jieħu triq tan-niżla. Il-kuntratt ta' Louis van Gaal ma' Manchester United jintemm fi tmiem l-istaġun li ġej, u jekk huwa jitneħħa mill-kariga ta' kowċ tar- Red Devils fil-jiem jew fil-ġimgħat li ġejjin, dan ifisser li Manchester United ikollhom ituh somma ta' kumpens ta' £9 miljun. Iżda jidher li din mhix l-unika biċċa wġigħ ta' ras li għandu Ed Woodward bħalissa. Dan hekk kif qed tqum il-mistoqsija ta' huwa x'se jkun jagħmel bl-assistant kowċ ta' Manchester United, u eks plejer leġġendarju tat- tim minn Old Trafford, Ryan Giggs. Dan għall-fatt li huwa wkoll qed jissemma' li jista' jieħu post Louis van Gaal bħala kowċ ta' Manchester United, u meta wieħed iqis l-karriea illustri tiegħu ma' Manchester United u li huwa meqjus bħala wieħed mill-eks players favoriti nett tar-Red Devils, bosta partitarji jridu lil dan l-eks plejer tal-ġganti Ingliżi, biex jieħu l-inkarigu ta' kowċ ta' Manchester United. Minkejja dan, jidher li l-jiem ta' Ryan Giggs fil- kowċing staff ta' Manchester United, huma wkoll magħduda. Dan minħabba l-fatt li jekk Louis van Gaal jitneħħa minn kowċ, jista' jkun li Ed Woodward jitlob ukoll lil Ryan Giggs biex jitlaq lill-club minħabba li huwa jifforma parti mill- istaff tekniku ta' Louis van Gaal, waqt li jekk ikun appuntat Josè Mourinho bħala kowċ, jista' jkun li dan jitlob li jkollu kowċing staff ġdid u li jagħżel hu. Mourinho favorit ewlieni li jieħu t-tmun ta' Manchester United jekk van Gaal jitneħħa minn din il-kariga Matthew Asciak iżomm it-titlu tal-BOV Men's Tennis Masters MATThew Asciak kompla jikkonsolida postu bħala l-aqwa tennista maskili Malti billi rebaħ il- BOV Tennis Masters 2015. Din hija l-ħames darba li Asciak rebaħ dan it-titlu mindu beda jinżamm dan il-kampjonat fl-2010, fejn rebaħ kull edizzjoni barra dik tal-2010 fejn ma setax jipparteċipa minħabba impenji internazzjonali. Fil-finali, milgħuba fil- Gordon Asciak Tennis Academy fil-Marsa Sports Club, Asciak għeleb lil Matthew Cassar Torreggiani 6-0 6-3 sabiex iżomm it-titlu. Fil-kampjonat BOV Ladies Top 5, Elaine Genovese rebħet l-erba' logħbiet tagħha fil- kampjonat li ħa l-forma ta' round robin sabiex rebħet l-aħħar kampjonat ranking tas-sena. Stefan Abela, Community Relations Officer fi- ħdan il-Bank of Valletta, akkumpanjat minn David Farrugia Sacco, President tal-Federazzjoni Maltija tat-Tennis, ippreżenta l-premji lir-rebbieħa u qal, "din hija s-sitt edizzjoni tal-Kampjonati BOV tat- Tennis u kien ta' pjaċir kbir għalina li nsegwu l-aqwa talent tennistiku ġewwa pajjiżna jikkompeti f 'dan l-aħħar kampjonat tas- sena." Il-parteċipanti kollha li ħadu sehem fil-BOV Men's Tennis Masters u l-BOV Ladies Top 5, b'Matthew Asciak u Elaine Genovese, jirnexxielhom jirbħu dawn il-Kampjonati rispettivi Ritratt - Bank of Valletta

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 Jannar 2016