Illum previous editions

ILLUM 3 Jannar 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/621906

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 35

Il-Ħadd 03 ta' Jannar 2016 | illum 31 Sports 'Il-Kumitat tal-Etika tal-FIFA kien ilu rieqed erba' snin sħaħ' - Michel Platini Il-presIdent tal- UeFA, Michel platini, li għadu kemm ġie sospiż minn kull attività relatata mal-futbol mill-Kumitat tal-etika tal-FIFA, għal xejn inqas minn tmien snin, kiser is-silenzju u f 'kummenti kontroversjali saħaq li qabel ma' dan il-Kumitat issospenda lilu u lil sepp Blatter, l-istess kumitat kien ilu "rieqed" għal erba' snin sħaħ. Michel Platini u l-president tal-FIFA, Sepp Blatter, ġew akkużati li kienu abbużaw mill- pożizzjoni ta' poter tagħhom rigward pagament żleali ta' £1.3miljun, liema somma tammonta għal $2 miljun li kien saret lil Platini lura fl-2011. Iż-żewg persuni ta' statura mondjali fil-futbol u mhux biss, qed jappellaw minn din id-deċiżjoni ta' sospenjoni fil-konfront tagħhom li ġiet maħruġa nhar it-Tnejn 12 ta' Diċembru li għadda. Iżda, f 'kummenti li għadda ftit wara li saret magħrufa din id-deċiżjoni, Platini staqsa x'kien qed jagħmel il-Kumitat tal-Etika tal- FIFA, bejn l-2011, meta huwa ngħata dan il- pagament, u l-2015. Huwa reġa' saqsa jekk tabilħaqq dan il-kumitat kienx rieqed. F'intervista esklussiva li Michel Platini li llum jgħodd is-60 sena ta lill-aġenzija tal-aħbarijiet Franċiża, AFP, l-eks captain tat-tim nazzjonali Franċiż u ta' Juventus fl-Italja, saħaq li jinsab affaxxinat b'mod negattiv bil-fatt li bl-akbar kumbinazzjoni, kien propju issa li dan il- Kumitat tal-Etika tal-FIFA qam mir-raqda, eżattament meta kien qed itellaq għall- kandidatura ta' president tal-FIFA, liema kariga se tkun magħrufa nhar is-26 ta' Frar li ġej. Din id-deċiżjoni drastika ttieħdet b'mod iktar serju minn Michel Platini, għall-fatt li Sepp Blatter li għandu 79 sena, kien ilu president tal-FIFA sa mill- 1998, u hu kien diġà ħabbar li kien se jirtira minn president, bil-viċi-president Michel Platini kien qed jiġi meqjus bħala l-favorit ewlieni li jieħu postu f 'din il-kariga ferm importanti fix- xena tal-futbol mondjali. Michel Platini kien ilu president tal-UEFA sa mill-2007, u fi stqarrija li din l-assoċjazzjoni li tmexxi l-futbol Ewropew ħarġet fil-jiem li għaddew, saħqet li kienet ferm diżappuntata bid- deċiżjoni li ħa l-Kumitat tal-Etika tal-FIFA. Il-Franċiż kien issottometta l-kandidatura tiegħu għall-presidenza tal-FIFA fix-xhur li għaddew, iżda issa ma jistax jikkandida ruħu għal din il-kariga, minħabba li jinsab sospiż minn kull attività relatata mal-futbol, bis-Segretarju Ġenerali tal- UEFA, Gianni Infantino, u l-Prinċep Ali tal-Ġordan, jidhru li huma ż-żewġ favoriti ewlenin li jibdew jokkupaw dan l-irwol ta' president fl-ogħla organu tal-UEFA. Kemm Michel Platini kif ukoll Sepp Blatter appellaw minn din id-deċiżjoni mal-Qorti tal- Arbitraġġ tal-Isport. Michel Platini qal li kien se jiġġieled bis-sħiħ din id-deċiżjoni meħuda fil-konfront tiegħu, iżda mbagħad se jkun qed jieħu r-responsabbiltajiet kollha neċessarji skont dak li jkun qed jiġri fl-aħħar żviluppi rigward dan il-każ. Dan hekk kif f 'kummenti li huwa għadda, jiġri x'jiġri, ir-reputazzjoni tiegħu ġiet imkissra għal kollox, hekk kif skontu, ġie mpoġġi fl-istess keffa ma' Sepp Blatter. Michel Platini diżilluż u diżappuntat għall- aħħar bid-deċiżjoni li ttieħdet fil-konfront tiegħu mill-Kumitat tal-Etika tal-FIFA Tmiem pożittiv għas-sena 2015 fil-futsal lokali Fl-AħħAr logħba li kellna fl-2015 mill- Gatorade Futsal league, sliema Wanderers irreġistraw it-tieni rebħa konsekuttiva meta għelbu lil Gozo FC bl-iskor kbir ta' 8-2. B'din ir-rebħa, il- Wanderers telgħu fis-seba' post tal-klassifika. Kien il-plejer veteran Christian Micallef li fetaħ l-iskor għas-Sliema, wara żewġ minuti sabiex erba' minuti wara, Aleksandar Ribic kien żvinturat li laqat il-lasta. Is-Slimiżi bdew jiddettaw il-logħob u rnexxielhom jirduppjaw permezz ta' Darren Agius wara azzjoni ta' kontrattakk. Mal-kwarta logħob kien l-istess Agius li mill-viċin għaqqad doppjetta personali biex għamel l-iskor 3-0 favurihom, u hekk spiċċat l-ewwel taqsima. Fit-tieni taqsima Gozo FC ħarġu tajjeb u rnexxielhom inaqqsu l-marġni tal- iskor darbtejn permezz ta' Jean Paul Abdilla u Justin Camilleri li approfittaw minn xi żbalji difensivi. Madankollu fit-28 minuta, Mark Camilleri sab ix- xibka wara pass ta' Ribic. Ġaladarba, semmejna lil Ribic, tajjeb ngħidu li fit-tieni dehra tiegħu mal-Wanderers, dan il- plejer irnexxielu jgħaqqad tripletta personali f 'temp ta' żewġ minuti wara azzjonijiet veloċi. Sliema għamluhom 8-2 lejn l-aħħar tal-partita permezz ta' Adam Wingfield. Sadanittant, fil-klassifika tal-Gatorade Futsal League insibu lil Luxol fl-ewwel post b'punti massimi ta' 18- il punt, segwiti mill-koppja Valletta u Ħamrun b'16-il punt, Msida għandhom 13-il punt, filwaqt li Lija u Swieqi għandhom 12- il punt. Min-naħa l-oħra wara din ir-rebħa Sliema telgħu b'9 punti, Sirens b'7 punti, Mqabba, Mdina u Żebbuġ b'sitt punti, Marsascala bi tliet punti, filwaqt li Gozo u Qrendi għad m'għandhom l-ebda punt. Il-Gatorade Futsal League jerġa' jkompli matul dan ix-xahar b'dawn il-logħbiet: It-tnejn 4 ta' Jannar 2016 Gozo vs Marsascala (7:45pm) It-tlieta 5 ta' Jannar 2016 Swieqi United vs Mqabba (7:45pm) Żebbuġ Rangers vs Luxol (9:30pm) Il-ħamis 7 ta' Jannar 2016 Msida SJ vs Mdina Knights (7:45pm) Qrendi vs Lija Athletic (9:30pm) Il-Ġimgħa 8 ta' Jannar 2016 Sirens vs Ħamrun Spartans (8:00pm) Valletta vs Sliema Wanderers (9:45pm) Plejers u membri tal-istaff tekniku tat-tim tal-futsal ta' Sliema Wanderers, jifirħu wara t-tieni rebħa konsekuttiva

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 Jannar 2016