Illum previous editions

ILLUM 3 Jannar 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/621906

Contents of this Issue

Navigation

Page 35 of 35

illum | Il-Ħadd 03 ta' Jannar 2016 -\SS*VSV\Y=LYZPVU C: M: Y: K: 0 0 0 100 C: M: Y: K: 0 100 100 0 C: M: Y: K: 50 100 100 20 TUNA AQUAMED MFF Ltd. - Hangar, Triq it-Trunciera, Marsaxlokk MXK1522 T: 2247 5000 E: contact@ebcon.com.mt www.mff.com.mt Farmed in Maltese offshore waters and delivered to you with special attention to freshness and to the highest standards. LOOK FOR OUR QUALITY MARK IN YOUR SUPERMARKET, FISHMONGER OR RESTAURANT FOR A HEALTHY LIFESTYLE. EAT FRESH EAT HEALTHY ENJOY OUR SEA BREAM .....Bjorn il-personalità tas-sena 2015 minn Albert Gauci Cunningham Bjorn Formosa huwa l-personalità tas-sena 2015 hekk kif mill-istħarriġ li sar minn illum.com.mt huwa ġab l-akbar ammont ta' voti, mill-erba' personalitajiet li din il-gazzetta innominat. Bjorn, li jbati mill-ALS u li huwa l-moħħ wara l-ALS Malta, kiseb 3,172 vot (70%) mill-qarrejja tagħna u numru kbir ta' messaġġi ta' kuraġġ u solidarjetà. Malli l-istħarriġ tela' online mill-ewwel deher ċar li l-favorit kien Bjorn. Ftit jiem biss qabel kien ingħata Ġieħ ir-Repubblika bħala rikonoxximent mill-Istat għal kif, minkejja d-diffikultajiet, qed jiddedika l-aktar mumenti diffiċli ta' ħajtu għal ħaddieħor. Jekk il-qarrejja tal-ILLUM urew entużjażmu billi vvutaw bi ħġarhom lil Bjorn, urew l-istess entużjażmu fin-numru kbir ta' kummenti li ħallew taħt l-istħarriġ fuq is-sit illum.com.mt. "Bjorn huwa ispirazzjoni għal kulħadd għax filwaqt li hu stess għaddej mit-tbatija qed jirsisti u jaħseb f 'dawk kollha li jbatu minn din il-marda," sostniet Mariella Vella li magħha qablet Sharon Galea. Din il-qarrejja qalet li lil Bjorn ma tistax ma tammirahx, u "jmisslek qalbek." Pauline Vella u Marielou Rodo t-tnejn esprimew l-ammirazzjoni li għandhom lejn Bjorn filwaqt li Josef Scicluna spjega kif Bjorn ta eżempju lil bosta. L-istess sentiment kien espress minn Anna Saliba li fakkret kif akkost tal-battalja "li għaddejja fih fiżikament u mentalment, xorta qed jaħdem għall-kura ta' ħaddieħor." Fost dawk li ħallew kumment kien hemm uħud li semmew il-mod pożittiv li bih Bjorn qed jaffaċċja s-sitwazzjoni kollha, xi ħaġa li ħarġet ċara wkoll fl-intervista li dehret fil-ħarġa tal-ILLUM nhar l-20 ta' Diċembru. "Bjorn vera kuraġġuż u qed jagħmel ħafna biex jgħin lil ħaddieħor" qalet Marie Vella, filwaqt li Alex Mizzi sostna li r-riżultat tal-istħarriġ tal-illum.com.mt jitkellem waħdu. "Bil-kuraġġ u ottimiżmu jħares 'il quddiem bla ma jaqta' qalbu...mhux ta' b'xejn spara 'l quddiem f 'dan l-istħarriġ." Danica Galea, qarrejja oħra tal-illum.com. mt, irringrazzjat lil Bjorn tal- ħidma tiegħu filwaqt li qalet kif fih tara "kuraġġ u hena." Intant, wara Formosa, it- tieni għażla tal-qarrejja kien l-isportiv Karl Izzo, kowċ tat- tim Nazzjonali tal-Waterpolo. Grazzi għall-ħidma ta' Izzo, it-Tim Nazzjonali daħal għall-kwalifikazzjoni storika għall-Kampjonati Ewropej tal- Waterpolo li se jsiru f 'Jannar li ġej fis-Serbja. Huwa kien ġie vvutat bħala l-kowċ tas-sena fl-Għażliet Sportivi Nazzjonali waqt li ngħata rikonoxximent ferm prestiġġjuż fil-MOC Sports Awards organizzat mill- Kumitat Olimpiku Malti. In-nominati l-oħrajn tal- ILLUM għall-personalità tas- sena kienu Destiny, r-rebbieħa tal-Junior Eurovision 2015 u l-Arċisqof Charles J. Scicluna, li ħa f 'idejh it-tmexxija tal- Knisja Kattolika f 'Malta matul l-2015. B'aktar minn 3,000 vot....

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 Jannar 2016