Illum previous editions

ILLUM 3 Jannar 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/621906

Contents of this Issue

Navigation

Page 33 of 35

Meta u fejn twelidt? Twelidt fil-5 ta' Ġunju 1991. Jien minn Ħaż-Żebbuġ u għandi familti min-naħa ta' missieri kollha minn Ħaż-Żebbuġ u għandi n-naħa ta' ommi kollha minn Birkirkara. Madankollu, , tista' tgħid li jien minn Birkirkara peress li dejjem tħarriġt ma' Birkirkara FC. Dan ifisser li int prodott tan-Nursery ta' Birkirkara FC? Iva, kont nittrenja u nilgħab man- nursery ta' Birkirkara sa meta kelli biss ħames snin. Dejjem lgħabt ma' Birkirkara. Kulma ċċaqlaqt minn magħhom kien meta ħallejt Malta biex immur nilgħab għal seba' xhur fl-Ungerija ma' Dunaujvaros. Kif nibtet l-imħabba tiegħek lejn il- futbol? Jien ġej minn familja sportiva - ommi u missieri jilagħbu t-tennis u oħti tilgħab il-basketball. Meta kont żgħir kont nilgħab ftit tennis, basketball u futbol. Minn dejjem kont persuna sportiva iżda l-fatt li meta kont żgħir sħabi kollha kienu jilagħbu fil-futbol, bla ma rrid iktar inġbidt lejn dan l-isport. Għada stess se tkun qed tivvjaġġa lejn Ruma biex tagħmel xi testjiet mediċi mat-tim mis-Serie B, Ascoli. Kif qed tħares lejn din l-esperjenza ġdida fil- karriera tiegħek? Fl-aħħar wasal il-mumenet li ilni naħdem għalih 6 snin sħaħ. Għada se nkun qed nibda vjaġġ ġdid fil-ħajja tiegħi. Is-Serie B fl-Italja mhuwiex Kampjonat faċli u jien se nkun qed nilgħab ma' klabb li miegħu hemm jilagħbu plejers kbar, fosthom l-eks plejer ta' AC Milan, Luca Antonini. Dan huwa l-mument li tant ilni nistenna u se nkun qed nagħti l-100% tiegħi biex intejjeb il-livell tiegħi u nibqa' nilgħab fis-Serie B, u jekk hu possibli mmur nilgħab f 'kampjonat ta' livell ogħla wkoll - jiġifieri s-Serie A. Ascoli diġà tawni kuraġġ kbir minħabba li huma jinsabu ferm ħerqana li jarawni nilgħab bil-flokk tagħhom, wara li digà rawni nilgħab kontra l-Italja f 'Firenze f ' Settembru li għadda, kif ukoll ftit tal-jiem wara ġewwa pajjizna f 'Ta' Qali, fejn segwew il-konfront tal-ewwel rawnd bejn Birkirkara u Valletta. Nerġgħu lura lejn il-mumenti inizjali tiegħek fil-futbol. Kien Paul Zammit l-ewwel kowċ li wera fiduċja assoluta fil-potenzjal tiegħek, tant li kien hu li ta' età żgħira tak id-debutt fil-Premier. X'ifisser għalik Paul Zammit, u dan kif għenek matul il-karriera mill-aqwa tiegħek sa issa fil-futbol? Hekk hu. Il-fatt li huwa introduċieni fil-Kampjonat Premier meta kelli biss 17-il sena u nofs fejn iddebuttajt kontra Floriana, ifisser ħafna. Niftakar dakinhar kont dħalt fit-tieni taqsima. Imbagħad matul dik is-sena stess, kont dħalt flok l-eks attakant internazzjonali George Mallia, minħabba li kien weġġa' f 'logħba kontra Hibernians, u minn dakinhar 'l hawn bqajt niġi utilizzat b'mod regolari mal-ewwel 11 ta' Birkirkara. Tħoss li Birkirkara żbaljaw li neħħew lil dan il-kowċ bravu? Jien lgħabt taħt il-gwida tal-kowċ Paul Zammit għal sitt snin, fejn nista' ngħid b'wiċċi minn quddiem li huwa kowċ validissimu u bravu ħafna. Però, ma nistax ngħid jekk Birkirkara żbaljawx jew le li neħħewh, għall-fatt li dawk huma affarijiet li jidħol fihom il-klabb u mhux aħna l-plejers. Jekk il-klabb irid ineħħi l-kowċ jiddependi minnu. Jien qatt ma kelli problemi fil- karriera tiegħi mal-ebda kowċ - la ma' Paul Zammit, la ma' Giovanni Tedesco u lanqas mal-ebda kowċ. Semmejt lill-kowċ Taljan Giovanni Tedesco. Jiġifieri tikkonferma li ma kellekx problemi personali miegħu? Giovanni Tedesco huwa persuna brava u għamel żmien twil jilgħab fis-Serie A fl-Italja. ll-logħba tal-futbol jafha sew. Kulma kellna problema bejni u bejnu kienet dik marbuta mal-lingwa Taljana. Dan għaliex jien nifhem bit-Taljan, però meta niġi biex nitkellmu, insibha diffiċli. B'hekk il-komunikazzjoni ta' bejnietna kienet tkun xi ftit diffiċli. Il-bqija qatt ma kellna l-ebda problema. Fl-aħħar ġimgħat sar magħruf fil- media li int kont insejt iż-żarbun tat-taħriġ warajk. Tikkonferma dan il-fatt? Mhux vera li jien kont insejt iż- żarbun tat-taħriġ warajja. Kont ġibt iż-żarbun li nuża fuq il-ħaxix imma ż-żarbun l-ieħor kont ftakart li kont ġibtu wkoll, għax konna se nilagħbu fil-Victor Tedesco Stadium, il- Ħamrun. Izda l-eks kowċ tagħkom, Giovanni Tedesco, waqt programm lokali ftit tal-ġimgħat ilu, deher irrabjat, għax qal li ma jistax ikun li plejer professjonali jinsa ż-żarbun tat-taħriġ warajh. Le, fuq dak l-aspett, Tedesco ma kienx irrabjat. Huwa qalli biss biex darb'oħra naħseb minn qabel, biex ikolli żarbun ieħor li nkun nista' nuża fuq piċċ sintetiku mal-ewwel, iżda fil- fatt iż-żraben kienu hemm it-tnejn. Tħoss li Birkirkara FC għaġġlu li neħħew lil Giovanni Tedesco minn kowċ? Nerġa' ngħidlek li dawk huma deċiżjonijiet tal-Kumitat u mhux tagħna l-plejers. X'taħseb li mar ħażin fil-bidu tal- istaġun? Ma tistax taspira li tirbaħ il-Kampjonat u tiġi miżmum fi draw minn timijiet bħal mhuma Tarxien Rainbows u Naxxar Lions? L-unika ħaġa li forsi kien hemm problema dwarha kienet dik li qabel l-istaġun kellna kunfidenza żejda u ħsibna li konna se niġru bil-Kampjonat. Din ġrat ukoll lil West Ham United li dehru li niżlu b'mod rilassat kontrina iżda fil-fatt irnexxielna ngħelbuhom bl-iskor ta' 1-0. Dan għaliex aħna li konna underdogs konna aktar entużjasti u motivati biex nuru l-aħjar tagħna u fil-fatt ħriġna fuq in-naħa rebbieħa. Din l-istorja qed tirrepeti ruħha b'mod perfett f 'pajjiżna. Qed ngħid hekk għax meta timijiet meqjusin bħala inferjuri għalina qed jaffrontaw lilna, huma jinżlu ferm motvati u entużjasti biex jiksbu riżultat pożittiv kontrina u jtellfulna l-punti. Però, jien xorta waħda nemmen li se nirkupraw minn din is-sitwazzjoni u żgur li se nkunu fost l-isfidanti ewlenin għar-rebħ tal- Kampjonat f 'Mejju li ġej. Kellek l-opportunità li għal ftit xhur tilgħab mal-plejer ta' fama u klassi mondjali bħal mhuwa Fabrizio Miccoli. X'tgħallimt minn dan il- plejer? Hija xi ħaġa kbira li jkollok iċ-ċans li tittrenja u tilgħab ma' plejers ta' dan it-tip. Jien lgħabt ħafna kontra plejers bħal dawn fit-tim nazzjonali iżda li tilgħab magħhom huwa ta' unur kbir. Meta kont barra minn Malta ma' Dunajvaros fl-Ungerija, lgħabt ma' ċerti plejers li lagħbu f 'kampjonati ta' livell għoli fosthom fil-Ġermanja. Minn dawn il-plejers titgħallem il-professjonaliżmu fil-futbol. Dan hekk kif huma jkunu ffukati biss fuq il-futbol f 'ħajjithom. Għaliex ma bqajtx tilgħab fl-Ungerija ma' Dunaujvaros, u domt biss seba' xhur? Dunaujvaros kellhom problemi finanzjarji f 'dawk is-seba' xhur li jien kont nilgħab magħhom. Huma ġabu ħames plejers barranin u s-salarji li kellna ma kinux tajbin. Kellhom l-għan li jispiċċaw l-istaġun f 'nofs il-klassifika iżda meta ndunaw li ma kinux se jilħqu dan it-tragward, indunaw ukoll li ma kinux se jlaħħqu mas-salarji li kellna u allura b'mod immedjat kellhom ineħħu lil dawn il- ħames plejers barranin. Ippermettieli niddeskrivi s-sena 2015 li ntemmet ftit tal-jiem ilu bħala waħda memorabbli għalik fejn nemmen li kont wieħed mill-aqwa plejers tat-tim nazzjonali. Iddeskrivi l-esperjenzi li kellek sa issa man- Nazzjonal u xi jfisser għalik li tilbes il-flokk tat-tim nazzjonali? Bħala plejer dawn huma esperjenzi li ma tinsa qatt u huma propju dawn il-logħbiet li trid tilgħab biex tkompli tgħolli l-livell tiegħek bħala 34 illum | Il-Ħadd 03 ta' Jannar 2016 'Fl-aħħar wasal il-mument li ilni Cristian Antony Muscat Sports Rowen Muscat - wieħed mill-aqwa futbolers li pproduċa l-futbol lokali f'dawn l-aħħar snin, fejn fl-aħħar sena sploda fir-rendiment tiegħu kemm ma' Birkirkara FC, kif ukoll mat-tim nazzjonali Malti. Fil-jiem li għaddew sar plejer tal-klabb tas- Serie B, Ascoli FC, b'self sa tmiem l-istaġun "Se nkun qed nagħti l-100% tiegħi biex intejjeb il-livell tiegħi u nibqa' nilgħab fis- Serie B, u jekk possibli nilgħab f 'kampjonat ta' livell ogħla wkoll, jiġifieri s-Serie A"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 Jannar 2016