Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/621906
Il-Ħadd 03 ta' Jannar 2016 | illum 11 Feature l-Ghostbusters se jerġgħu jagħmluha L-istorja ta' Mowgli mill-ġdid Ir-Re tal-ġungla lura fuq l-iskrin In-nisa u l-fatati jiġġielduha dan is-Sajf Fifty Shades of....black Meta l-ħolm ikrah isir realtà Is-sena d-dieħla l-istorja ta' Mowgli se terġa' teċita lil dawk kollha li l-klassiċi ta' Walt Disney jinżlulhom għasel, u anke jekk mhux se jkun fih il-kant u ż-żfin li kien fih il-film animat, Disney xorta żammet xi ftit jew wis q mal-istorja oriġinali, b'effetti mill-isbaħ. Il-film, li għandu lista ta' atturi pjuttost famużi li qed jisilfu l-vuċi tagħhom lill-karattri, se jiċċentra mat- tifel Mowgli li jkollu jitlaq minn mal-familja tiegħu ta' lpup u jibda vjaġġ riskjuż taħt it-tutela tal-pantera Bagheera. Riskjuż għax bħal ma nafu, Mowgli kellu lit-tigra Sheer Khan tiġri warajh, tipprova teliminah għax tara fih theddida. Matul il-produzzjoni naraw diversi annimali li magħhom jiltaqa' Mowgli, li sfortunatament għalih, mhux kollha jkollhom l-aħjar interess tiegħu fuq moħħhom. Fost dawn hemm is-serp bl-isem ta' Kaa, li jipnotizza l-annimali u jikolhom. Fost l-atturi li huma parti mill-film hemm Scarlett Johansson, li tagħmel il-vuċi ta' Kaa u Idris Elba li jagħmel il-vuċi ta' Sheer Khan. Is-sajf li ġej se jerġa' jġib miegħu lir-re tal- ġungla, magħruf aħjar bħala Tarzan f 'film bid-direzzjoni ta' David Yates, magħruf għall- film tiegħu ta' Harry Potter. Il-film 'The Legend of Tarzan' idur madwar John Clayton III, jew dak li kien Tarzan qabel u li wara mar jgħix fiċ-ċiviltà u żżewweġ lil Jane. Issa, jerġa' jkun mitlub biex imur lura fil-ġungla tal- Kongo fejn huwa mistenni li jmexxi kontiġent parlamentari li qed jitratta l-kummerċ. Li ma jafx huwa x'hemm wara din il-mawra, hekk kif dawk li qed jippjanawha, immexxijin mill-Kaptan Leon Rom ma jafux x'hemm fil-ġungla. Film ieħor li se jkun qed joħroġ is-sena d-dieħla mill-ġeneru tat-thrillers huwa 'Before I Wake'. Dan il-film jitratta familja li tadotta tifel bl-isem ta' Cody ta' tmien snin. Iżda biż-żmien jibdew jindunaw li Cody ikun qed jibża' biża' kbira biex jorqod. Għall-ewwel jaħsbu li jista' jkun minħabba l-ambjent instabbli li trabba fih. Iżda wara jindunaw li l-problema ġejja mill- fatt li l-ħolm ikrah ta' Cody jimmanifesta ruħu fir-realtà. Se tkun diffiċli imma mhux impossibbli biex il-ġenituri adottivi ta' Cody isalvaw il-familja. Naturalment, il-film Fifty Shades of Grey, bilfors kellu jkollu l-parodija tiegħu, u din waslet. Fi ftit ġimgħat oħra se jkun qed joħroġ il-film Fifty Shades of Black li kif jissuġerixxi ismu stess għandu atturi ta' karnaġġjon iswed. Mill-ewwel reazzjonijiet għat- trailer, ma tantx jidher li se jkun xi film li jifqgħek bid-daħq, speċjalment jekk ma tkunx taf sew il-film Fifty Shades of Grey. Imma wieħed għad irid jistenna lill-film joħroġ biex jagħmel l-aħħar ġudizzju. Marlon Wayans se jkun qed jagħmel il-parti ta' Christian Black. Is-sena d-dieħla l-istorja ta' Mowgli se terġa' teċita lil dawk kollha li l-klassiċi ta' Walt Disney jinżlulhom għasel, u anke jekk mhux se jkun fih il-kant u ż-żfin li kien fih il-film animat, Disney xorta żammet xi ftit jew wis q mal-istorja oriġinali, b'effetti mill-isbaħ. Il-film, li għandu lista ta' atturi pjuttost famużi li qed jisilfu l-vuċi tagħhom lill- karattri, se jiċċentra mat- tifel Mowgli li jkollu jitlaq minn mal-familja tiegħu ta' lpup u jibda vjaġġ riskjuż taħt it-tutela tal-pantera Bagheera. Riskjuż għax bħal ma nafu, Mowgli kellu lit-tigra Sheer Khan tiġri warajh, tipprova teliminah għax tara fih theddida. Matul il-produzzjoni naraw diversi annimali li magħhom jiltaqa' Mowgli, li sfortunatament għalih, mhux kollha jkollhom l-aħjar interess tiegħu fuq moħħhom. Fost dawn hemm is-serp bl-isem ta' Kaa, li jipnotizza l-annimali u jikolhom. Fost l-atturi li huma parti mill-film hemm Scarlett Johansson, li tagħmel il-vuċi ta' Kaa u Idris Elba li jagħmel il-vuċi ta' Sheer Khan.