Illum previous editions

ILLUM 3 Jannar 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/621906

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 35

22 illum | Ħadd 03 ta' Jannar 2016 Aquarius - Mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar Bidu daqsxejn iebes fejn tidħol l-imħabba għall-Aquariani, fejn issa iridu jkunu aktar ċerti f'dak li huma vera jixtiequ. Iż–żmien ta' inċertezza mhux se jdum wisq. L-imħabba li int trid, trid tagħraf tieħu ħsiebha. Aħtaf il-bidu tas-sena għal linja fissa fl-imħabba u dan jawguralek tajjeb għall-kumplament. Jekk mhux se tagħmel hekk, ħa jkun hemm żmien diffiċli imfassal għalik. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. Persuni ideali għal Aquarius fl-imħabba huma Leo u Libra. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 3, 18, 24 u 38. Kuluri favoriti ma' Aquarius huma isfar, abjad u blu. Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna. Pisces – Mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu Bidu pożittiv u b'ċertu ritmu għal Pisces fil-kar- riera tagħhom, għalkemm din is-sena ħa tkun ftit iktar iebsa, xorta waħda hemm tibdil għall- aħjar, jekk dejjem tagħraf timxi b'moħħok, u aktar dedikazzjoni lejn dak li int magħżul biex tagħmel. Toqgħodx tinkwieta minn xi kliem li jaf jasallek u ma jogħġbokx. Int żomm kawt u agħraf li tkun sod, dedikat u iffukat. Ibqa' miexi. Kuluri favoriti ma' Pisces huma blu, l-aħdar u l-isfar. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. Persuni ideali għal Aquarius fl-imħabba huma Sagittarius u Virgo. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 6, 14, 28 u 30. Pisces huma magħrufin għall-abbilità u t-twemmin fihom in- fushom. Aries – Mill-21 ta' Marzu sal-20 ta' April Il-bidu għal Aries irid ikun iffukat fuq aktar bilanċ bejn ir-ras iebsa li Aries huma magħrufa għaliha u s-sens ta' mogħdrija għal dak li hemm mad- warkom. Hija sena fej jekk ħa tkunu iebsin f'ċertu par- tijiet tal-ħajja, ħa timblukkaw dak li jista' jkun ta' iktar pożittività f'dak li għandu qies madwarkom. Aktar ma tkun ibbilanċjat sew, aktar ħa jikbru l-opportunitajiet. Agħraf u irrifletti sew. Kuluri favoriti ma' Aries huma aħmar, kannella u abjad. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. Persuni ideali għal Aquarius fl-imħabba huma Pisces u Libra. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 2, 17, 22 u 34. Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li jagħtu. Taurus – Mill-21 ta' April sal-20 ta' Mejju Bidu inċert għal Taurus fihom infushom, però dan huwa xahar importanti ħalli tpoġġi lilek in- nifsek f'direzzjoni mill-ewwel ħalli tagħraf tilqa' aħjar dak li s-sena l-oħra ma kontx imħejjija sew għalih. Dan huwa xahar importanti għalik sabiex ikun ta' riflessjoni ħalli tagħmel l-irtokki kollha li hemm bżonn, u tkun aktar imħejji għal dak li jista' jiġri. Għandek sena ta' iktar ħila u għarfien. Kuluri favoriti ma' Taurus huma aħdar, oranġjo u isfar. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. Persuni ideali għal Aquarius fl-imħabba huma Gemini u Scorpio. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 1, 19, 24 u 38. Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom. Gemini – Mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju Bidu mill-iktar impenjattiv għal Gemini. Sena fejn se jkun hemm trasformazzjoni kbira mħejjija għalihom. Sena fejn il-karriera taf tkun fil-quċċata tagħha. Proġetti li ħa jiftħu bibien ġodda, kemm fil-karriera u kemm fil-ħajja personali. Gemini għandhom triq fejn jekk jagħrfu jieħdu kollox b'aspettativa determinata, ħa twassalhom fejn verament jixraq li jkun posthom. Kuluri favoriti ma' Gemini huma isfar, oranġjo u blu. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. Persuni ideali għal Aquarius fl-imħabba huma Libra u Sagitarius. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 7, 13, 27 u 33. Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom. Cancer - Mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju Bidu ta' riflessjoni għal Cancer, kemm fl-imħabba u kemm fil-karriera. Fl-imħabba iridu jiffukaw iżjed ħalli jagħrfu eżattament il-pożizzjoni tagħhom u jifhmu lilhom infushom fuq dak li verament huwa bżonn. Dwar il-karriera, ġej taqlib ta' iktar responsabbiltà fit-tmexxija tagħhom fejn jid- her li t-tkabbir huwa l-mira ewlenija. Agħraf iktar il-ħiliet vera tiegħek ħalli tikber iżjed. Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. Persuni ideali għal Aquarius fl-imħabba huma Virgo u Capricorn. Numri favoriti miegħek għal din il ġimgħa huma 9, 14, 29 u 37. Kuluri favoriti ma' Cancer huma abjad , blu u isfar. Leo – Mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu Bidu ta' rankatura qawwija għal Leo, però iridu jżommu r-rankatura sat-tmiem, u mhux jibdew jaqtgħu nifishom, kif jiġri dejjem. Din ir-rankat- ura tinżamm billi tagħraf iktar il-bżonnijiet vera tiegħek, tagħraf temmen iktar fik, u jiġri x'jiġri, minn kliem jew sitwazzjonijiet li jinqalgħu, ma jibiddlux dak li int tkun trid u tagħrad għalik. Agħraf mill-passat ħalli timxi aħjar. Kuluri favoriti ma' Leo huma aħmar, oranġjo u deheb. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. Persuni ideali għal Aquarius fl-imħabba huma Pisces u Aquarius. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 2, 19, 26 u 35. Leo huma magħrufin kemm huma umli. Virgo – Mit-23 ta' Awwissu sa 22 ta' Set- tembru Bidu kalm għall-bidu tas-sena għal Virgo, però għalkemm ħa jkun kalm, dan se jiġri biex is- sir riflessjoni sew ta' ċertu nuqqasijiet li ġraw is-sena l-oħra, u Virgo huma determinati li minn dawn in-nuqqasijiet jitgħallmu ħafna sabiex iħarsu sew lejn il-futur, l-aktar fejn tidħol l-imħabba. Fl-imħabba, se tirpiljaw sew, li anke jaf jaħsad lil partner tagħkom. Uru li kapaċi tkunu ta' karattru sod. Kuluri favoriti ma' Virgo huma oranġjo, isfar u kannella. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. Persuni ideali għal Aquarius fl-imħabba huma Aries u Pisces. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 2, 17, 25 u 35. Virgo huma magħrufin li jservu ta' pont. Libra – Mit-23 ta' Settembru sa 23 ta' Ot- tubru Bidu pożittiv għall-bidu tas-sena għal Libra, fejn is-sena l-oħra kien hemm tibdil fil-parti kbira tal-ħajja tagħhom. Issa ħa tkunu ffukati fuq diversi proġetti li l-karriera ħa tkun miexja sew 'il quddiem, u jaf ikun hemm iżjed tibdil f'dan il-qasam minħabba tkabbir madwarkom. L-imħabba trid issib postha wkoll, però trid issir evalwazzjoni ta' x'inhu l-aħjar li jkun hemm bżonn ma' part- ner. Kuluri favoriti ma' Libra huma blu, aħdar u abjad. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. Persuni ideali għal Aquarius fl-imħabba huma Pisces u Gemini. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 5, 19, 25 u 37. Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna. Scorpio – Mill-24 ta' Ottubru sat-22 ta' Novembru Il-bidu tas-sena għal Scorpio ħa jkun mimli fuq ħsibijiet minħabba li għandhom ħafna biċċiet li kemm jista' jkun, dawn iridu jsibu t-tarf tagħhom, ħalli jaqbdu jħarsu 'l quddiem. Aktar ma dawn il-biċċiet idumu ma jingħaqdu, aktar ikun hemm ħin mitluf. Jekk jaghrfu sewwa, sa nofs Frar għandu jkollhom bosta trufijiet magħqudin ħalli imbagħad jibdew bis-sħiħ pjanijiet ġodda. Kuluri favoriti ma' Scorpio huma aħmar, iswed u vjola. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. Persuni ideali għal Aquarius fl-imħabba huma Leo taurus. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 8, 15, 22 u 30. Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom. Sagittarius – Mit-23 ta' Novembru sat-22 ta' Diċembru TBidu tas-sena daqsxejn diffiċli fl-imħabba. Din is-sitwazzjoni taf tieħu ftit żmien sakemm tkun waħda kif ikun mixtieq imma dan jista' jkun ta' gwadann ħalli dak li jsir, ikun fuq pedamenti sodi. L- aqwa li int tagħraf li dak li hemm meħtieġ, isir miż-żewġ partijiet għat-tkomplija ta' għaqda aktar soda. Imxi fuq dak li thoss int u mhux dak li jintqal lilek. Kulur favorit ma' Sagittarius huma blu, roża u isfar. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. Persuni ideali għal Aquarius fl-imħabba huma Virgo u Gemini. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 1, 16, 28 u 34. Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom. Capricorn – Mit-23 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar Bidu tas-sena ta' determinazzjoni għal Cap- ricorn sabiex ikomplu jtejbu l-livell tal-ħajja tagħhom. Ovvjament, il-karriera se tkompli miexja 'l quddiem, u dan jawgura tajjeb għall- pjanijiet aktar sodi fil-futur. Min-naħa l-oħra, iridu bħal dejjem isiby bilanċ mal-imħabba fejn hawn ħa jkun hemm ftit ta' inċertezzi. Però, Capricorn kapaċi jdawru s-sitwazzjoni. Agħrfu l-bilanċ. Kuluri favoriti ma' Capricorn huma aħmar, vjola u blu. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. Persuni ideali għal Aquarius fl-imħabba huma Aquarius u Cancer. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 4, 12, 23 u 39. Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom. L-Oroskopju PaulJon joffri diversi servizzi ta' gwida permezz tal-oroskopju, tfissir tal-ħolm, bilanċ ta' enerġija pożittiva fid-dar jew negozju tiegħek u bosta servizzi oħrajn. Biex tikseb aktar tagħrif tista' tidħol fuq il-paġna ta' Facebook ta' PaulJon Aquilina jew ċempel mit-Tnejn sas-Sibt bejn 09.00 a.m u 21.00 p.m. fuq 99013600 jew 79495804. Tista' iżur il-websajt www.pauljon13.com Nigwidak għal ħajja aħjar. Namaste...... Trid issir taf lil PaulJon aktar mill-viċin? 20% skont għall-qarrejja meta jippreżentaw dan ir-riklam Birthdays dan ix-xahar Artisti: Nicolas Cage 51 sena, Faye Dunaway 74 sena, Oliver Hardey (1892-1957), Victoria Principal 65 sena, Kevin Costner 60 sena, Mel Gibson 59 sena, Jim Carey 53 sena, Rowan Atkinson 60 sena u Telly Savalas (1922-1994). Kantanti: Shirley Bassey 78 sena, David Bowie 68 sena, Dolly Parton 69 sena, Rod Stewart 70 sena, Phil Collins 64 sena, Neil Diamond 74 sena u Elvis Presley (1935- 1977). Politiċi: Nick Clegg 48 sena, Corazan Aquino (1933-2009), Richard Nixon (1913-1994), Nicolas Sarkozy 60 sena u Douglas MacArthur (1880- 1964). Sportivi: Gianluigi Buffon 37 sena, Michael Schumacher 46 sena, Muhammed Ali 73 sena, Jose Mourinhio 52 sena, Claudio Marchisio 29 sena u Eusebio (1942-2014). Oħrajn: Sir Isaac Newton (1643-1727) xjenzat, Joan of Arc (1412-1431), Wolfgang Amadeus Mozart (1756-1791) kompożitur, Dominic Wood 37 sena - magician u Juan Carlos 79 sena – eks re ta' Spanja. Shirley Bassey Gianluigi Buffon

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 Jannar 2016