Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/627672
Il-Ħadd 17 ta' Jannar 2016 | illum 11 Intervista Falzon mhux bniedem korrott' jkun hemm kuntrast ta' ħsibijiet" "Iżda kien hemm imbagħad pariri li ttieħdu. Per eżempju, deċiżjonijiet tas-sanità li jmissu ma applikazzjoni, issa se jiġu determinati direttament mill-Awtorità tal-Ippjanar u b'hekk, fi żmien 3 xhur applikant ikollu deċiżjoni sħiħa. Mentri llum jekk teħel minn aspett sanitarju jieqaf il-proċess ta' applikazzjoni sabiex il-każ imur quddiem awtorità oħra – proċess li jista' jitwal b'aktar minn sentejn. Dan il-bdil se jiġi fis-seħħ minn April li ġej." Issa jista' jitwaqqaf permess mill- awtorità ambjentali Mistoqsi jekk jaqbilx jew le mal- qasma tal-MEPA, Robert qal li l-Gvern irid li l-ambjent jissaħħaħ u jrid jagħtih l-awtonomija, "issa biex l-ambjent jingħata l-awtonomija bilfors kellu jaqsamha." Erġajt staqsejtu jekk personalment jaqbilx mal-qasma, u waqaf xi ftit qabel ma wieġeb. Ftit wara qal li s-sistema kif kienet, setgħet tidher li kienet qed taħdem, "iżda l-ambjent, jekk kien fit-tieni diviżjoni, issa tela' fl-ewwel diviżjoni għax għall-ewwel darba, l- Awtorità Ambjentali tista' twaqqaf permess. Sal-lum dan ma kienx possibli." Musumeci hu perit, u fl-istess waqt jaħdem bħala konsulent tal-Gvern dwar ippjanar. "Imma dan mhux qed joħloq kunflitt ta' interess?" nistaqsi lil Musumeci. "Il-liġi stess trid li l-policies jgħaddu mill-għarbiel tal-'Users Committee' biex jagħtu pariri lill-Awtorità dwar il- policies. Il-'Users' jinkludu periti, rappreżentanza tal-Estate Agents u anke rappreżentanza tal- kuntratturi u ambjentalisti. Jiena nifhem li jekk se tieħu parir, trid tieħdu minn min għandu esperjenza fis-settur. Nixtieq nosserva li fost l-aħjar suġġerimenti fil-Parlament, kien hemm dawk tal-periti, bħal Censu Galea u Tony Bezzina. Dawn it-tnejn huma periti u li addirittura għandhom dritt li jivvutaw favur jew kontra liġi. Jien, mill-banda l-oħra, ma niddeċidix liġijiet, iżda nagħti biss pariri. 'M'għandix ħsieb li nkun kandidat' Billi Robert dejjem jikteb fuq il- mezzi soċjali dwar il-politika, jagħti x'jifhem li għad ikun kandidat fl- elezzjoni ġenerali. "M'għandix ħsieb li nkun kandidat," wieġeb b'mod skjett Musumeci. Konna viċin tmiem l-intervista u Robert qalli li l-mistoqsijiet li għamiltlu jagħmluhom kuljum ħafna nies li jemmnu f 'Muscat, "għax xebgħu mill- politika ta' jekk mhux magħna kontra tagħna." "Jekk partit politiku jibqa' bil-mentalità li "min mhux magħna hu kontra tagħna," ma jistax jimxi 'l quddiem. X'għamel Muscat? Muscat għaqqad lill-Boffisti, lill-Mintoffjani, ta' Sant u addirittura nazzjonalisti li ddejqu mis-sistema. U dak l-impetu ġab nies oħrajn." Busuttil jeħtieġ jagħmel xi ħaġa dwar sorsi li jattakkaw lil min mhux Nazzjonalist Tlabtu jgħidli l-opinjoni tieghu dwar x'jaħseb fuq il-Partit Nazzjonalista ta' Simon Busuttil, "Hawn perċezzjoni li l-PN huwa assoċjat ma' sorsi li b'mod sistematiku jippruvaw jattakkaw u jqattgħu lil kull min mhux Nazzjonalist. Infakkru li min hu vittma ta' dawn l-attakki, żgur mhux forsi li xi mkien ikollu parentela li jistgħu jkunu tradizzjonalment Nazzjonalisti. Intih parir, li jekk jaqbel li hawn dil-perċezzjoni, jagħmel xi ħaġa dwarha." Tlabtu jgħidli jekk il-Partit Nazzjonalista qattx ipprova javviċinah biex jattirah lura lejn il-partit, bir-risposta immedjata tkun, "assolutament le, anke jekk illum, fuq livell professjonali għandi relazzjoni aħjar minn meta meta kont hemm." Jekk hemm xi nuqqasijiet li jirregolaw l-esproprjazzjoni tal-art, għandna nibdlu l-liġijiet l-Parlament mhux noqogħdu nippruvaw insallbu nies bħal Jason Azzopardi jew Michael Falzon Hawn perċezzjoni li l-PN huwa assoċjat ma' sorsi li b'mod sistematiku jippruvaw jattakkaw u jqattgħu lil kull min mhux Nazzjonalist " " " " Ritratt: Chris Mangion