Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/627672
Il-Ħadd 17 ta' Jannar 2016 | illum 7 Aħbarijiet għal Angelik ta' Borġ in-Nadur il-poplu inbidel u miegħu il-mod kif iħarsu lejn dawn il-fenomeni. Filwaqt li l-messaġġ tal-Madonna fil-Girgenti ġab miegħu ċertu ammont ta' rispett u kienu bosta li jew emmnuh jew tawh il-benefiċċju tad-dubju, il-Madonna mdejqa u t-terremoti mbassrin f 'Borġ in-Nadur kienu milqugħin b'redikolaġni. Dan jista' qed jikxef tliet possibilitajiet. L-ewwel u qabel kollox, jista' jkun li l-popolazzjoni tal-Maltin mzazen li jemmnu kulma jisimgħu naqas b'mod konsiderevoli u allura ħafna iktar nies qed jieħdu dawn l-allegati dehriet biċ-ċajt. It-tieni possibbiltà hija li fost il-Maltin qed tonqos il-fidi u l-kult Marjan li allura qed jirriżulta f 'inqas nies jieħdu interess f 'dawn id-dehriet. Possibbiltà oħra tista' tkun il-messaġġier, aktar milli l-messaġġ. B'kuntrast ma' Angelik, Ġuża tal-Girgenti kellha trobbija u ħajja umli ħafna. Kienet mara maħbuba ħafna fis-Siġġiewi, fejn għexet u ħadmet f 'ħanut żgħir, u fejn kienet tilqa' ġewwa darha numru kbir ta' nies kuljum f 'kull ħin, wara l-allegati dehriet. Huwa posibbli li n-nies raw iktar ġenwinità f 'Ġuża, mara devota u tal-Knisja, milli qed jaraw f 'Angelik li għandu jiġru warajh passat u anke preżent xi ftit dubjuż. Kuntrarju għal Ġuża, Angelik m'għandux xi ammirazzjoni partikolari u popolari fir-raħal fejn jgħix, jiġifieri Birżebbuġa. Fil-fatt kienet dan il-gazzetta stess lura fl-2007 li rraportat kemm Angelik mhu fdat xejn fost il-komunità kummerċjali tal-istess raħal. Dawk li kienu tkellmu mal- ILLUM semmew lil Angelik jiġri b'idejh fil-ġibs filgħodu u mingħajr il-ġibs filgħaxija kif ukoll ġabra li darba għamel għat-tfal tiegħu stess għax kellhom kanċer. Xi ħaġa li rriżulta li ma kinitx vera. Il-Ħadd li għadda, din il-gazzetta żvelat kif minn xhieda quddiem l-awtoritajiet tal-Knisja irriżulta li persuna kienet intalbet somma ta' flus li taqbeż l-€1,000 waqt li kienet f 'Borg in- Nadur tgħid ir- rużarju. Ta' din is-somma qatt ma ngħatat rendikont. Il-gazzetta MaltaToday żvelat ukoll kif Angelik kien qal lil żewġ pazjenti tal- kanċer li fiequ mill-marda li kellhom b'miraklu, biex imbagħad mietu madwar xahar wara. Min-naħa l-oħra, Ġuża qatt ma ddikjarat li sar miraklu permezz tagħha u kienet biss tgħid lil dawk li kienu jkellmuha biex imorru l-Girgenti u jitolbu. F'wieħed mill-programmi fis-sensiela Biografiji li tratta l-ħajja ta' Ġuża, diversi nies irrakontaw kif fiequ minn uġigħ jew mard li kellhom wara li marru jitolbu fil- Girgenti. Il-Madonna, is-Summits u l-gwerra tal-Golf Iżda l-Madonna tal- Girgenti marret lil hinn mix- xena politika lokali. Fil-fatt, Ġuża tal-Girgenti kienet bassret li "l-paċi se tibda minn Malta." Sena wara, f 'pajjiżna kien sar is-Summit li ġab flimkien lill-President Amerikan George Bush Snr. u l-President Russu Mikhail Gorbachev f 'liema Summit kien iddikjarat it-tmiem tal- Gwerra Bierda. Ġuża kienet bassret ukoll il-Gwerra tal-Golf, fil-fatt kienet qalet li se tiġri xi ħaġa kerha fid-dinja u kienet bagħtet ittra lil Saddam Hussein, l-eks dittatur Iraqqin, li fiha wissietu dwar inkwiet li kien se jidħol fih. Hija kienet bagħtet kopja tal-pittura li kienet għamlet hi stess tal-Madonna tal- Konsagrazzjoni lill-President Amerikan Ronald Reagan, li min-naħa tiegħu bagħtilha lura u qalilha li għoġbitu ħafna. Apparti minn hekk, Ġuża kienet kitbet lill-eks Prim Ministri Dom Mintoff, Karmenu Mifsud Bonnici u Eddie Fenech Adami filwaqt li kienet tħeġġeġ lil dawk li kienu jmorru l-Girgenti biex jirrispettaw lill-mexxejja politiċi kollha u lil 'ħuthom' li kienu jappoġġjaw il-partit l-ieħor. Ta' min wieħed jitfa dan id-diskors ta' Ġuża fir- realtà polarizzata ta' pajjiżna dak iż-żmien, meta konna għadna ħerġin mis-snin politikament turbolenti tat- tmeninijiet. Xemx iddur, xewk u ostji jaqgħu mis-sema Dawn l-allegati dehriet u laqgħat ta' talb attiraw lejhom ammonti kbar ta' nies mhux biss minħabba l-aspett ta' devozzjoni iżda wkoll minħabba d-diversi fenomeni li mhux daqstant faċli li tispjegahom. Fil-każ ta' Angelik kellna l-ostja mbierka li suppost taqa' mis-sema u tiġi f 'ħalq Angelik u l-famuża xewka li ħarġet minn ħalqu. Imbagħad, simili għal Bernardette f 'Lourdes, il- Madonna allegatament qaltlu biex jiekol il-ħaxix, filwaqt li f 'laqgħa minnhom kien qed iħeġġeġ lin-nies biex imissu lill-Bambin li suppost kien qiegħed f 'idejh f 'xugaman li kien qed iżomm. F'din il- laqgħa partikolari, Angelik jimxi b'xugaman abjad li jidher vojt minn fuq l-għolja ta' Borg in-Nadur bin-nies imissu x-xugaman u jbusuh. Fil-każ ta' Ġuża, waqt it- talb fil-Girgenti, jingħad li x-xemx kienet tibda ddur fi ċrieki b'mod mgħaġġel. Tal-inqas, uħud minn dawk li kienu jmorru, hekk jgħidu li kienu jaraw. Ġuża kienet tgħid li l-Madonna kienet kelmitha billi użat raġġi qawwijin u kkuluriti f 'siġra tan-naspli fl-istess post fejn sal-lum għadhom imorru n-nies jitolbu. Il-mistoqsija tibqa' dejjem jekk dawn il-fenomeni humiex vera jew le. Filwaqt li t-twemmin f 'dawn il- fenomeni jibqa' xi ħaġa suġġettiva, s'issa, għajr fil-każ tad- demm u melħ tal- Madonna li Angelik kellu fid-dar, għadha ma nġiebet ebda prova konkreta li x-xewk ta' Angelik u x-xemx iddur ta' Ġuża kienu kreatura ta' immaġinazzjoni fertili jew estasi tal- massa. Erba' Isqfijiet - Żewġ pożizzjonijiet Dawn iż-żewġ każijiet għaddew minn erba' Isqfijiet b'kollox, u minnhom jidher li kien l-Arċisqof preżenti Charles J. Scicluna li kien l-aktar deċiżiv. Il-ġimgħa l-oħra, dan ħareġ digriet li fih iddikjara li dak li qed jgħid li jara Angelik, mhux ġej minn Alla. Scicluna talab ukoll lill-membri tal-kleru biex ma jinkoraġġux il-preżenza tal-Insara Maltin f 'Borġ in-Nadur. Minkejja li l-Arċisqof Pawlu Cremona ma tkellimx wisq dwar il-każ ta' Angelik, kien fi żmienu li dak li qed jiġri f 'Borġ in-Nadur beda jiġi investigat. Dan kien differenti fil- mod kif l-Arċisqof Mikiel Gonzi u l-Arċisqof Gużeppi Mercieca trattaw il-każ ta' Ġuża. Fil-fatt, Ġuża kienet ittieħdet minn qassis biex tiltaqa' ma' Gonzi li, skont dak li ntqal fil-programm Bijografiji, poġġa jdejh fuq rasha u berikha. Mercieca kien pjuttost qrib Ġuża tant li huwa mifhum li kien iċemplilha d-dar biex jitkellem magħha dwar l - a l l e g a t i dehriet fil- Girgenti. "Għadha ma nġiebet ebda prova konkreta li x-xewk ta' Angelik u x-xemx iddur ta' Ġuża kienu kreatura ta' immaġinazzjoni fertili jew estasi tal- massa" Ġuża Mifsud L-istatwa tal-Madonna tal- Konsagrazzjoni fil-Girgenti