Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/627672
Għadek frisk mir-rebħ tal-unur personali prestiġjuż tal-BOV Plejer tax- Xahar għal Diċembru. X'fisser għalik personali dan l-unur? L-unur tal-BOV Plejer tax-Xahar għal Diċembru fisser ħafna għalija personali u mlieni bil- motivazzjoni biex naħdem iktar u ntejjeb dejjem iktar il-livelli tiegħi fil-futbol, biex tabilħaqq ngħin bl- aħjar mod li nista' lit-tim ta' Birkirkara. Nixtieq ngħid grazzi kbira lit-tim kollu, għax mingħajr is-saħħa tiegħu, żgur li ma stajtx nirbaħ dan l-unur. Immorru għall-bidu tal-karriera tiegħek fil-futbol. Kif għażilt il-futbol fost tant sport ieħor? Din kienet ħajra ġejja mill-familja tiegħi speċjalment minn ħija William Camenzuli, li meta kont tifel żgħir kont immur narah jilgħab il-futbol propju ma' Birkirkara. Madankollu, l-imħabba lejn il-futbol minn dejjem kienet ġo fija. Niġu issa għal Birkirkara, fejn affrontajtu problemi li ma kinux mistennija fil-bidu ta' dan l-istaġun. Dan hekk kif kien hemm aspettattivi kbar qabel dan l-istaġun għal riżultati pożittivi, li iżda sa issa ma tantx waslu. Kif tiddeskrivi dan l-istaġun ta' Birkirkara s'issa? S'issa l-istaġun ma kienx wieħed faċli għalina. Bħalissa hawn timijiet tajbin ħafna fil-Kampjonat BOV Premier. Nista' ngħid li sa issa l-istaġun tagħna kien ikaraterizzat minn ħafna tlugħ u nżul, iżda xorta waħda nemmen li aħna tim b'saħħtu biżżejjed, u żgur li se nkunu hemm biex niġġieldu għall-unuri prinċipali f 'Mejju li ġej. X'tikkummenta fuq il-kowċ Paul Zammit? Kif għenek matul il-karriera tiegħek? Taħt il-gwida ta' Paul Zammit, jien kbirt ħafna. Huwa għallimni ħafna affarijiet fil-futbol, għax minn mindu kont ta' età żgħira, dejjem emmen bis- sħiħ fil-potenzjal tiegħi fejn kien propju hu li tellagħni mat-tim tal-kbar. Nista' niddeskrivieh bħala gwida għalija. Bosta ma qablux li dan tneħħa minn kowċ ta' Birkirkara matul l-istaġun li għadda... X'kienet l-opinjoni tieghek rigward dan? Dik mhux deċiżjoni tiegħi. Hemm il- kumitat li jaf x'inhuma jagħmlu. Lgħabt ukoll taħt il-gwida tal-kowċ Giovanni Tedecso, li dam biss sitt xhur imexxi lill-Istripes. X'tgħallimt minn dan il-kowċ? Ikolli ngħid li huwa kien kowċ ferm professjonali u li ġab ċerta serjetà fil-klabb Karkariż, waqt li daħħal mentalità ġdida. Taqbel miegħi? Huwa għallem lilna l-plejers bosta affarijiet differenti, fosthom affarijiet professjonali. Dan għall-fatt li ġie mill- Italja u kif għidt int, daħħal fina ċerta professjonalità u serjetà. Iżda dan, wara t-telfa umiljanti ta' 4-0 kontra Valletta tneħħa minn kowc mill-Kumitat Karkariż. Bosta persuni, ħassew li din kienet deċiżioni mgħaġġla meħuda mill-kumitat ta' Birkirkara. Int qbilt li tneħħa l-kowċ Tedesco? Kif għidtlek rigward it-tneħħija ta' Paul Zammit minn kowċ, nerġa' ngħidlek li dik hija deċiżjoni tal-kumitat u jien ma nidħolx fiha. Matul dan l-istaġun flimkien mal- plejers sħabek ta' Birkirkara kellek iċ-ċans li tilgħab fl-istess tim ma' plejer ta' klassi mondjali fil-futbol, l-eks attakkant internazzjonali Taljan Fabrizio Miccoli. X'fissret għalik din l-esperjenza u x'tgħallimt minn dan il-plejer? Kienet esperjenza sabiħa ħafna għalija personali li nilgħab ma' plejer ta' dan il-kalibru, speċjalment meta wieħed iqis il-livell tal-futbol Malti. X'tikkummenta fuq il-president attwali ta' Birkirkara Adrian Delia? Il-president Adrian Delia dejjem emmen fija. Fil-fatt matul dan l-istaġun huwa reġa' tani kuntratt ġdid. Hu dejjem itini s-sapport meħtieġ u minn hawnhekk nixtieq nirringrazzjah ta' kollox. U rigward l-eks president Joe Zammit? Dak li għidt għal Adrian Delia jgħodd ukoll għal Joe Zammit. Dan hekk kif huwa dejjem għeni u tani s-sapport meħtieġ fejn kien hemm bżonn. Dan l-istaġun tiegħek s'issa kien l-aqwa wieħed tiegħek fil-karriera tiegħek tal-futbol s'issa, fejn diġà rnexxielek tiskorja ħames gowls u qed turi logħob mill-aqwa. Kif tiddeskrivi dan l-istaġun tiegħek s'issa bil-flokk ta' Birkirkara? Is-sena 2015 kienet waħda mill-aqwa għalija u għenitni minn kull lat. Ikolli ngħid li l-iktar ħaġa li kabbritni matul din is-sena fil-futbol, kienet l-esperjenza ferm tajba li kelli bħala captain tat-tim nazzjonali ta' taħt il-21 sena u anki l-istaġun li qed ikolli ma' Birkirkara, li qed jirriżulta bħala wieħed ferm tajjeb. Ġaladarba semmejt it-tim nazzjonali ta' taħt il-21 sena fejn int il-captain ta' dan it-tim. X'responsabbiltà tħoss li int iġġorr il-faxxa ta' captain ta' dan it-tim? Meta ġġorr ir-responsabbiltà li tkun il-captain tat-tim nazzjonali ta' taħt il-21 sena mhijiex xi ħaġa facli. Kulħadd jaf li aħna pajjiż żgħir u r-riżultati qatt ma jkunu favurina jiġifieri l-fatt li ksibna ħames punti hija xi ħaġa ferm pożittiva. Bħala captain, inħoss li l-għan prinċipali tiegħi huwa dak li nżomm l-għaqda fit-tim. Għalkemm għaddej minn żmien tajjeb ħafna, inħoss li l-qofol tiegħi kemm mat-tim nazzjonali ta' taħt il-21 sena kif ukoll ma' Birkirkara għad irrid nilħqu. U x'tikkummenta fuq l-aħħar wirjiet u l-aħħar riżultati li intom irnexxielkom tiksbu bħala tim nazzjonali ta' taħt il-21 sena riċentament? Il-fatt li ksibna ħames punti kien riżultat tal-ispirtu kollettiv li jirrenja fit-tim tagħna. Jien nemmen ħafna fl- għaqda u fil-fatt li ngħinu lil xulxin biex 34 illum | Il-Ħadd 17 ta' Jannar 2016 Il-Captain tat-Tim Nazzjonali Cristian Antony Muscat Sports Ryan Camenuli - Captain tat-Tim Nazzjonali ta' taħt il-21 sena u fost l-aktar futbolers żgħażagħ li qed jimpressjonaw sa issa l-Kampjonat BOV Premier, bil- okk ta' Birkirkara. "L-unur tal-Plejer tax-Xahar fisser ħafna għalija u mlieni bil- motivazzjoni biex naħdem iktar u ntejjeb dejjem iktar il-livelli tiegħi fil- futbol"