Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/627672
10 illum | Il-Ħadd 17 ta' Jannar 2016 I ltqajt mal-Perit Musumeci fl-uffiċċju tiegħu fis-Siġġiewi. Minkejja li Robert kien sindku ta' din il- lokalità f 'isem il-Partit Nazzjonalista, fl-aħħar elezzjoni vvota għall-Partit Laburista għax emmen fl-idea tal-moviment immexxi minn Joseph Muscat. F'din l-intervista jgħidilna x'kienet ir-raġuni li għamel dan u jekk għadux jemmen f 'dan il- moviment. Robert jemmen f 'politika ta' kulħadd u mhux fit-timbri bil-kuluri? Għadu jemmen fil-moviment? Jemmen li dak li l-moviment politiku li ħoloq Joseph Muscat qabel l-aħħar elezzjoni għadu ntatt? Il-PN, li hu kien jagħmel parti minnu, nbidel? Iħoss li għandu kunflitt ta' interess meta huwa bħala perit iressaq l-applikazzjonijiet quddiem il-MEPA u fl-istess ħin jagħti pariri dwar proċeduri tal-ippjanar? Għad naraw lil Robert Musumeci bħala kandidat f 'elezzjoni ġenerali? U jekk iva, ma' liema partit? Musumeci jibda billi jfakkar kif "l-unika darba li ttesserajt ruħi ma' partit kien mal-PN u dan kien għal għomri. Biex ngħidlek is-sew ma nafx x'inhi l-pożizzjoni formali tiegħi fil-preżent. Inżid ngħidlek li qatt ma rċevejt ebda notifika mill-partit dwar is- sħubija. Biex ngħidlek is-sew, qatt ma ndagajt," jgħid Musumeci bid- daħka. "Għakemm sal-lum stess irċevejt messaġġ biex nattendi attività. Sadattant jien qatt ma tfajt ir-riżenja tiegħi mill-PN." Mela allura x'ġara biex għażel li ma jibqax attiv fil-PN? "Żgur li r-raġuni li m'għadnix attiv fil-partit mhix dovuta għal xi governanza ħażina jew skandlu min-naħa tiegħi. Minn qabel l-elezzjoni tal-2008, kien evidenti li kien hemm kurrenti li ma kinux tant komdi bil-preżenza tiegħi. Nifhem li ma nistax nogħġob lil kulħadd u allura ħassejt li ma nerġax nikkandida ruħi għall-kariga ta' sindku wara li għalaqli t-terminu fl-2012." Staqsejtu jkun ċar dwar il- kurrenti u jekk kienx Lawrence Gonzi stess warajhom. Robert qal li hu qatt m'attribwixxa l-kurrenti lill-eks kap tal-PN, "qatt ma kelli xi ngħid miegħu. Ħafna drabi, il-kurrenti jiġu minn klima li tkun akkumulat maż-żmien." Sadanittant, Robert qalli li l-bidu tal-problemi tiegħu fil- PN bdew meta kien tela' fuq il-palk fl-2007, "u kkritikajt fil- miftuħ lil min kien qed jattakka lil Alfred Sant b'mod feroċi. Meta komplejt nagħfas, qatgħuli l-microphone biex ma ninstemax iktar." Jekk tissejjaħ elezzjoni għada, jerġa' jivvota PL Mitlub jgħid jekk ivvutax lill-Partit Laburista fl-aħħar elezzjoni, bla tlaqliq ta' xejn qal, "ivvutajt lill-moviment, li nbena fuq l-għajta ta' aħna lkoll aħwa Maltin." U jekk ikun hemm elezzjoni għada? Kif jivvota? Musumeci ma tantx jomgħod kliemu u jgħid li jerġa' jivvota favur il-Partit Laburista. "Jien nemmen fil- prinċipji li sawru l-moviment. Dik li meta nħarsu lejn wiċċ xulxin, ma ngħidux dak Nazzjonalist jew Laburist. Aħna naraw ħutna Maltin – dik li Muscat jiddeskrivi bħala l-għajta li sabet id-dar naturali tagħha f 'dal- moviment. Il-moviment jibqa' b'saħħtu dment li dil- formula tibqa' tiġi implimentata. Nemmen li Muscat ġenwinament jemmen fiha." Fid-dawl ta' dan, u fid-dawl ukoll ta' kritika ħarxa li qed jiffaċċja dan il-Gvern, staqsejtu jekk jaħsibx li l-meritokrazija taħt dan il-Gvern hux qed tkun prattikata jew le. "Jiena nista' nitkellem dwari. Lili ħadd ma jikkritikani fuq il-kapaċità tiegħi, iżda jekk xejn, fuq affarijiet oħra. Sfortunatament, hemm tendenza li min jaqbel mal-politika tal- Gvern preżenti qed jibqa' jiġi skreditat. Dan mhux ġust. Min- naħa l-oħra huwa ħażin jekk hawn nies li ħadu pożizzjonijiet għax huma viċin partit, jew xi ħadd li ġie diskriminat għax Nazzjonalist." M'għadniex nużaw ir-riga morali biex inkissru lin-nies Musumeci ġieli jkun ikkritikat għaliex xi drabi, jitkellem wisq dwar dak li hu legali milli dak li hu morali. "Il-punt tiegħi hu li na naqbilx li nippruvaw niskurjaw il-punti, u agħar minn hekk nużaw ir-riga morali, kif u fejn jaqbel, biex inkissru n-nies. Kumbinazzjoni, id-dokument tal-'good governance' li qed isemmi Simon Busuttil, jekk xejn, jipprovdi riga. Dak hu li ninsisti dwaru jien, li r-regolamenti għall-persuni pubbliċi jkunu miktuba, u allura kodifikati, u mhux arbitrarji li nużawhom skont il-persuna. Jiġifieri ma' min ma jogħġobniex, nużaw riga morali u riga tal-etika biex nippruvaw inkissruh, mentri ma' oħrajn ngħalqu għajnejna." Staqsejtu jekk hux qed jirreferi għall-każ ta' Ian Borg u qalli, "qed nirreferi għal kull min jigi imsawwat fuq kejl arbitrarju biex itir min-nofs." Naħlef li Michael Falzon mhux bniedem korrott Robert Musumeci fix- xogħol tiegħu ta' perit, ikollu x'jaqsam ħafna mas-Segretarju Parlamentari Michael Falzon. Staqsejtu jekk jaħsibx li Falzon kellu jirriżenja minħabba l-ħbiberija li kellu ma' Gaffarena. Fil-fatt, Falzon kien mar vaganza għall-kaċċa ma' Gaffarena, u iktar minn hekk iħossx li Falzon għandu jirreżenja fid-dawl tal- allegazzjonijiet sussegwenti dwar il-proprjetà fi Triq Zekka li xtara Gaffarena u li ġiet esproprjata mill-Gvern ftit biss wara b'kumpens li ħalla madwar €1.6 miljun f 'but Gaffarena. "Jien naħdem miegħu u jkolli ħafna xogħol miegħu, u jien persważ u naħlef li Michael Falzon mhux bniedem korrott, anzi altru milli korrott u ngħidha b'idi fuq qalbi. Issa jekk noqogħdu ngħidu għax dak jaf lil dak u l-ieħor u noqogħdu nimplimentaw il-politika tal- permutazzjonijiet, jew ta' min jaf lil min, allura naħseb li jista' jirriżenja kulħadd. Jirriżenja kull politiku li b'xi mod miss ma' xi persuna fin-negozju. Nistieden lil kull min hu fil-Parlament jgħidilna jekk kienx hemm xi okkażjoni, imqar waħda, fejn xi negozjant għamillu festin b'xejn jew bi prezz ridott jew tah xi sponsor u jekk sussegwentement dan in-negozjant marx 'biex jinqeda' għand dal-ministru jew segretarju parlamentari. Sadattant, Falzon diġà ddikjara li hu ma daħalx fil-valuri tal- proprjetà fil-kwistjoni ta' Gaffarena għax mhux xogħlu jagħmel dan. Jidher li Falzon implimenta l-provedimenti tal-ligi li ilhom stabbiliti snin u skont id-diskrezzjoni li taghtih l-istess ligi. Naturalment, wieħed jista' ma jaqbilx mal-ligi kif inhi. Iżda, jekk hemm xi nuqqasijiet li jirregolaw l-esproprjazzjoni tal-art, għandna nibdlu l-liġijiet fil-Parlament mhux noqogħdu nippruvaw insallbu nies bħal Jason Azzopardi jew Michael Falzon." Il-Gvern preżenti eleva l-ambjent Robert Musumeci hu l-persuna li jagħti l-pariri lill-Prim Ministru dwar l-ippjanar. Sadattant l-ambjentalisti xejn mhuma kuntenti b'dak li qed jagħmel il-gvern ta' Joseph. Dan ifisser li mhux qed jagħti pariri tajba lill-Gvern? Jaħseb li l-Gvern falla f 'dak li hu ambjent? "Il-gvern ta' Joseph, kif qed issejjaħlu int, hu l-Gvern li eleva l-ambjent minn sempliċi direttorat għal awtorità awtonoma li se tkun immexxija fost l-oħrajn mill-NGOs. U dan ifisser li għall-ewwel darba, l-awtorità tal-ambjent tista' ġġib permess fix-xejn wara li tappella permess deċiż, quddiem tribunal indipendenti. Sal-lum dan mhux possibli għax id-direttorat ambjentali jista' jagħti biss pariri. Bil-liġi l-ġdida, se jkun jista' jappella kontra permess ta' żvilupp u jekk l-appell jintlaqa' minn tribunal indipendenti, dak il-permess jieqaf. Il-pariri li jagħti lill-Prim Ministru, kollha jiġu aċċettati? "Il-Gvern ried li jekk m'hemmx kunsens tas-sid, l-applikazzjoni ma tiġix proċessata. Għall- Gvern, din il-pożizzjoni dehret li tagħmel aktar sens minn aspett prattiku. Fil-fehma tiegħi, hemm soluzzjonijiet li huma legalment eħfef għaliex permess ma jagħti ebda dritt ta' titolu. Però l-Gvern baqa' jinsisti dwar il-bżonn tal- kunsens sa mill-bidu. Dan qed ngħidu sempliċiment biex nurik li Intervista 'Naħlef li Michael Falzon Il-Familja Cachia: Sarah Jacob, Sammy u Chloe Jekk Falzon jirriżenja allura miegħu għandu jirriżenja kull politiku li b'xi mod imiss ma' xi persuna n- negozju "Taħt Muscat, l-ambjent tela' -ewwel diviżjoni" " " " " John Busuttil illum@mediatoday.com.mt