Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/627672
8 illum | Il-Ħadd 17 ta' Jannar 2016 Qorti FILĦWIENET EWLENIN HISTORY OF ORNITHOLOGY IN MALTA L-eredi ta' Mintoff mitluba jħallsu €5,000 f 'multi pendenti KOPPJA miżżewġa li kienu xtraw villa ġewwa Delimara mingħand l-eredi ta' Duminku Mintoff, nhar il-Ġimgħa li għaddiet ippreżentaw ittra uffiċjali fil-qorti, fejn talbu lis-sidien preċedenti biex iħallsu l-€5,000 f 'multi li kienu ħallew pendenti. Il-villa, magħrufa bħala 'L-Għarix', kienet ġiet mibjugħa f 'Ottubru li għadda lil Silvio Cassar, negozjant mill-Fgura, u l-mara tiegħu, li tali akkwist swiehom mal- kwart ta' miljun ewro. Is-sidien il-ġodda kellhom f 'moħħhom li jżidu pixxina u jirregolarizzaw id-diversi kmamar mibnijin illegalment qabel l-1994, u kienu ffirmaw il-kuntratt tax-xiri bil-patt u l-kundizzjoni li l-proprjetà tkun koperta mill-permessi kollha neċessarji, kif ukoll li ma jkun hemm l-ebda kont jew kontribuzzjoni pendenti. Iżda fl-ittra uffiċjali, iffirmata mill-avukat John Bonello, il-koppja saħqu li meta daħlu jgħixu, fil- fond sabu li kien hemm total ta' €4,942.98 f 'multi u kontribuzzjonijiet tal- MEPA li kienu għadhom ma tħallsux. Il-koppja Cassar taw jumejn żmien lil Yana Joan Bland Mintoff u Anne McKenna sabiex iħallsu l-ammonti pendenti, u qalu li fin-nuqqas ta' dan kienu ser jittieħdu passi kontrihom. Libjan jirrifjuta li jagħti flus, u jispiċċa attakkat TLETT irġiel mis-Somalja ġew miżmuma taħt arrest preventiv nhar il-Ġimgħa li għadda wara li ġew imressqa l-Qorti, akkużati li kienu attakkaw u darbu lil raġel Libjan li kien joqgħod magħhom wara li dan irrifjuta li jagħtihom il-flus. L-ispettur Melvyn Camilleri spjega lill- Maġistrat Natasha Galea Sciberras kif il-Pulizija mill-għassa taż-Żurrieq kienu għadhom kif irċevew rapport mingħand il- vittma, Romedan Said Ali Taha, li qalilhom li l-irġiel kienu qabdu jsawtuh għax ma riedx jagħtihom il-flus li kellu fuqu. Żied jgħid li wara li kienu tawh xebgħa, dawn kienu serqulu l-flus li kellu fil-kartiera. Quddiem il-Magistrat Natasha Galea Sciberras, Ahmed Sharif Haydar Issa ta' 32 sena, Mahamed Hassan Muhudin ta' 30 sena u Islan Abukar Abdow ta' 36, li kollha ma jaħdmux, wieġbu mhux ħatja tal-akkużi li kkawżaw ġrieħi gravi, serq aggravat u li kienu riċedivi. Il-Qorti semgħet kif il-vittma tant kien beża' meta ra lil sħabu resqin lejn l-għassa, li kien ħarab. Il- pulizija wara kienu sabu li l-vittma kien safa' mhedded b'konsegwenzi xejn sbieħ jekk jmur għand il-Pulizija. L-avukat tad-difiża Simon Micallef Stafrace, talab il-ħelsien mill-arrest għall-imputati kollha, iżda l-prosekuzzjoni oġġezzjonat għal dan minħabba li l-vittma kien jgħix fl-istess indirizz tal- imputati, u l-Qorti ċaħdet din it-talba. MARA li ġarrbet diżabbiltà permanenti wara ħabta head- on fl-2006 se tieħu €10,000 kumpens għall-ġrieħi li sofriet mingħand is-sewwieq l-ieħor, wara li l-Qorti sabet li l-inċident kien tort mija fil- mija tas-sewwieq tal-vettura l-oħra. F'deċiżjoni mogħtija nhar il-Ħamis li għadda, l-imħallef Anna Felice żammet lil John Grech unikament responsabbli għall-inċident li kien seħħ meta fit-12 ta' Frar 2006, il-vann tiegħu skiddja fuq tarmak niedi f 'Dawret il-Gudja u mar fil-karreġġjata opposta. Grech instab responsabbli għad-danni kkaġunati mill-ħabta, kif ukoll li kien wassal għal diżabbiltà permanenti ta' 3% lis-sewwieqa tal-vettura l-oħra. Grech kien diġà nstab ħati ta' sewqan traskurat u perikoluż fil-proċeduri kriminali li trattaw l-istess inċident. Waqt dawk il-proċeduri, il-pulizija kienu nnutaw riħa qawwija ta' xorb ħierġa minn ħalq Grech, li rrifjuta li jagħti kampjun tan-nifs. Konsegwenza ta' dawn il-proċeduri, hu kien ġie skwalifikat mis-sewqan għal tliet xhur. Dan, flimkien mal-fatt li Grech kien ikkonferma waqt il-kontroeżami tiegħu li kien il-vann tiegħu li skiddja, dakinhar wasslu biex il-Qorti ssibu responsabbli għad-danni li ammontaw għal €10,094. Tingħata €10,000 f 'kumpens wara diżabbiltà permanenti AĦBARIJIET ONLINE .COM.MT