Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/627672
Il-Ħadd 17 ta' Jannar 2016 | illum 29 Ritratt - Domenic Aquilina / MFA Sports Pietro Ghedin ikkonfermat kowċ nazzjonali ta' Malta PIETRO Ghedin, il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti, kien ikkonfermat fil-kariga tiegħu għal sentejn oħra. Dan ifisser li s-Ghedin se jmexxi lit-tim nazzjonali Malti għall-partiti minn Grupp F ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2018. Il-Malta Football Association waslet għal dan il-ftehim ma' Ghedin wara laqgħa bejn l-istess kowċ nazzjonali u Norman Darmanin Demajo, President tal-Assoċjazzjoni. Darmanin Demajo kien diġa' kkonsulta mal-Kumitat Eżekuttiv tal- MFA. Taħt Pietro Ghedin, it- tim nazzjonali Malti, kellu diversi partiti u wirjiet tajbin li bihom kompla kabbar ir-reputazzjoni u r-rispett li kellu fix-xena tal-futbol internazzjonali. L-MFA ferħet lil Pietro Ghedin u awguratlu aktar suċċessi fil-futur fil-kariga ta' kowċ tat-tim nazzjonali Malti. 'Ninsab kuntent immens ma' Floriana...forsi iktar milli stennejt' - Nicolas Hernan Chiesa JEKK kien hawn plejer barrani li s'issa ħalla l-marka tiegħu u impatt qawwi fil- Kampjonat BOV Premier, m'hemmx dubju li dan ma kien ħadd ħlief il-captain Arġentin ta' Floriana, imwieled fis-26 ta' Mejju tal-1980, Nicolas Hernan Chiesa. Il-fatt li ngħata l-faxxa ta' captain tal-Greens meta ngħaqad magħhom biss lejn tmiem is-sajf li għadda, nissel u pprovoka xi ftit tal-mistoqsijiet, speċjalment fost il-partitarji numerużi u ferventi ta' dan il- klabb bi storja ferm glorjuża fil-futbol Malti. Dan għall-fatt li kien hemm numru ta' plejers oħra fosthom dawk Maltin, li kienu ilhom ferm iktar minnu jilagħbu bil- flokk tal-Greens. Iżda, Chiesa malajr sikket lil dawn il-kritiċi tiegħu speċjalment permezz tal-wirjiet impekkabbli tiegħu bil-flokk tal-Greens, u bid- diversi gowls ferm importanti li rnexxielu jiskorja biex ippermetta lil Floriana li wara numru konsiderevoli ta' snin jerġgħu jirritornaw fejn tabilħaqq jixraqilhom, jiġifieri fl-ogħla postijiiet tal- klassifika tal-ogħla diviżjoni tal-futbol Malti, il-Kampjonat BOV Premier. Fil-fatt bħalissa Floriana jinsabu fir-raba' post tal-klassifika b'punti ndaqs daqs Birkirkara li għandhom 32 punt, żewġ punti distakk miċ-champions Hibernians, li jinsabu fit-tieni post b'34 punt, u b'ħames punti biss distakk mil-leaders Valletta li għandhom 37 punt. Dan kollu jindika biċ-ċar li meta fit-tieni fażi tal-Kampjonat, jinqasmu l-punti, Floriana, wara numru ta' snin konsiderevoli jistgħu tabilħaqq jidħlu biċ-ċass li jisfidaw għar-rebħ tal- Kampjonat. Dan għalkemm jidher li dan mhux l-għan ewlieni tal-Greens, hekk kif huwa magħruf li l-tragward ewlieni tat-tim immexxi mill- kowċ Belġjan Luis Oliveira, huwa dak li jikseb post fl- Ewropa wara bosta snin. Biex ikollu stampa aħjar ta' dak kollu li jinsabu għaddejjin minnu bħalissa Floriana, kif ukoll x'inhi l-esperjenza s'issa f 'Malta ma' Floriana, tal-captain tal-Greens Nicolas Hernan Chiesa, din il-gazzetta għamlet kuntatt b'mod personali ma' Chiesa nnifsu fejn kien disponibbli għalina u tana dawn il-kummenti esklussivi: "Ninsab kuntent ħafna ma' Floriana...forsi iktar milli stennejt, kemm jien kif ukoll il-familja kollha tiegħi. Meta wieħed iqis kollox, nista' ngħid b'wiċċi minn quddiem li l-livell tal-futbol Malti huwa relattivament tajjeb, għalkemm fadal ħafna xi jsir f 'dak li għandu x'jaqsam ma' avvanzi minn dan il-lat. Iżda, m'hemmx dubju li l-futbol Malti qabad triq tajba u li jawgura ferm tajjeb għall- futur ġejjieni. F'dak li għandu x'jaqsam mar-rapport u r-relazzjoni tiegħi mal-plejers sħabi ta' Floriana kif ukoll mal-istaff tekniku tal-istess tim, nista' ngħid li ntegrajt tajjeb ħafna u b'mod faċli mal- iskwadra kollha. Il-familja ta' Floriana hija familja kbira u l-fatt li jien il-captain ta' dan it-tim bi storja glorjuża fil- futbol Malti, ikompli jkabbar ir-responsabbiltà tiegħi fir- rigward tal-istess tim, waqt li jagħmilni kburi li nokkupa dan l-irwol, billi nilbes il- faxxa ta' captain. Dan l-irwol jagħmilni wkoll determinat biex nagħti l-massimu tiegħi kemm fil-grawnd kif ukoll barra minnu. Inżid ngħid li aħna l-plejers flimkien mal-istaff tekniku kollu ta' Floriana niffurmaw grupp ferm kumpatt u magħqud, li jippermettielna li naħdmu flimkien bħala familja waħda f 'armonija, waqt li jkabbar fina l-kuxjenza li nistgħu niksbu riżultati mill-aqwa sa tmiem l-istaġun. F'dak li għandu x'jaqsam mal-futur tiegħu ma' Floriana, ix-xewqa prinċipali tiegħi hija dik li nkun nista' nkompli l-avventura tiegħu ma' dan it-tim, u għaliex le, inkompli nifforma parti mill-proġetti futuri tal-president ta' Floriana FC, Riccardo Gaucci," temm jgħid il-captain ta' Floriana FC, Nicolas Hernan Chiesa. Norman Darmanin Demajo jieħu b'idejn Pietro Ghedin, wara li l-kuntratt ta' dan tal-aħħar ġie mġedded għal sentejn oħra. Il-captain Arġentin ta' Floriana FC, Nicolas Hernan Chiesa, -azzjoni bil- okk tal-Greens. Ritratt - Jane Farrugia 'Hi xi ħaġa mill-isbaħ li rritornajt ma' Balzan fejn inħossni ġewwa dari' FLAĦĦAR jiem tħabbar kif Pedro dos Santos Calcado reġa' rritorna ma' Balzan wara li fil-passat riċenti diġà kellu esperjenza mill-aqwa magħhom. Dan wara li f 'Jannar tas-sena li għaddiet huwa ngħaqad ma' Sliema Wanderers fejn lagħab ukoll l-ewwel erba' xhur ta' dan l-istaġun, iżda ma tantx impressjona. Tajjeb niftakru wkoll li lejn il-bidu ta' Novembru li għadda, huwa safa mkeċċi fit-telfa minima ta' 1-0 ironikament kontra Balzan, u kawża t'hekk, weħel xejn inqas minn tliet logħbiet sospensjoni. Jidher li l-aġir ta' dan il-plejer Brażiljan fil- grawnd ma tantx beda jinżel tajjeb mal-amministrazzjni ċentrali ta' Sliema Wanderers, u b'hekk it-trasferiment ta' dan il-plejer ma' Balzan, seta' jiġi iktar faċilitat. F'pajjiżna, Pedro Dos Santos Calcado, lagħab ukoll ma' Mosta, fejn bħall-esperjenza li kellu riċentament ma' Sliema Wanderers, nistgħu ngħidu li ma' dan it-tim xejn ma impressjona, fejn f 'kummenti li kien ta wkoll lil din il-gazzetta bħal dan iż-żmien sena, huwa kien afferma li ma kienx kuntent. B'hekk, kollox qed jindika li l-fatt li l-aqwa esperjenza tiegħu f 'Malta waslet propju ma' Balzan, huwa se jerġa' jkollu esperjenza oħra pożittiva ma' dan it-tim immexxi mill-kowċ bravu Oliver Spiteri, u li għandu l-aspirazzjoni ewlenija li jikseb post fl-Ewropa, u anki li forsi jiġġieled għar-rebħ ta' xi unur prinċipali, fosthom il-Kampjonat BOV Premier jew il-Malta FA Trophy. Dan għalkemm ir-riżultati li l-istess tim kiseb lejn l-aħħar tas-sena li għaddiet ma tantx kienu nkoraġġanti. F'kuntatt li għamlet din il-gazzetta mal-attakkant prolifiku Brażiljan, fejn talbu l-kummenti tiegħu rigward kif qed iħares lejn din l-esperjenza ġdida fil-karriera mill-aqwa tiegħu s'issa, huwa saħaq li, "Hija xi ħaga mill- isbaħ li rritornajt ma' Balzan, fejn inħossni tassew ġewwa dari. Ninsab kuntent ħafna u ferm eċitat biex ngħin lit-tim il-ġdid tiegħi jirbaħ il-logħbiet li jkun involut fihom, biex b'hekk ikompli javvanza fil-klassifika u jilħaq l-għanijiet ewlenin tiegħu," temm jgħid Pedro dos Santos Calcado.