Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/627672
Tkompli minn paġna 1 "Pa, lanqas irrid nemmen li tlaqtna minn din id-dinja. Ilni ġurnata nibki. Int l-eroj u s-salvatur tiegħi u tibqa' dejjem f 'qalbi, kuljum u kull sena f 'għeluq sninna. Se nimmisjak kull sekonda tal- ġurnata. Ħa nagħmlek kburi bija, inwiegħdek." Dawn kienu kliem Faye li waslu għal numru ta' messaġġi ta' kondoljanzi u appoġġ mingħand qraba u ħbieb. Intant minkejja li l-ewwel għidut kien li xi ħadd ipprova joqtol lil Cachia, il-pulizija mhux qed teskludi li dan ma kienx każ ta' qtil. Mhux qed ikun eskluż anqas li fil-fatt kien il-vittma Martin Cachia li kien qed iġorr il-bomba, hekk kif kollox jindika li din kienet ġewwa l-karozza u mhux imqabbda magħha fuq in-naħa ta' barra. Fil-fatt meta l-karozza bdiet titneħħa mill-post, dehret ħofra kbira fin-naħa t'isfel tal-karozza ħdejn fejn ipoġġi s-sewwieq, li tat l-ewwel indikazzjoni li l-bomba kienet ġol-karozza. Kien waqt konferenza tal- aħbarijiet li saret ilbieraħ ftit wara s-6:00 p.m. li l-Assistent Kummissarju Silvio Valletta qal li f 'dan l-istadju l-pulizija mhi qed teskludi xejn, lanqas li dan il-każ seta' kellu xi konnessjoni ma' dak ta' Darren Degabriele li miet fi splużjoni simili fit-triq li tagħti għal Marsaxlokk. Huwa qal li minħabba d-dinamika tal-isplużjoni u ta' kif ġraw l-affarijiet, "ma nistax ngħid li omiċidju." Intant s'issa jirriżulta li l-karozza ma kinitx irreġistrata f 'isem Cachia imma kien jużaha hu, inkluż biex jinżel Marsaskala, xi ħaġa li milli jidher kien jagħmel bosta drabi. Intant dawk li kienu fuq il-post spjegaw kif meta semgħu ħoss ta' splużjoni ġarġu barra u raw il-karozza tat-tip Alfa Romeo maqbuda fin-nar. Malli għadda bawżer tal-ilma dan tefa' n-nar bil- konsegwenza li min kien fuq il-post irealizza li li kien hemm raġel maħruq fuq is-seat. Il-Ħadd 17 ta' Jannar 2016 | illum 3 Ritratt: Ray Attard Aħbarijiet Għal iktar informazzjoni ċemplu fuq 2138 2741 IR-RUMANZ TA' INGA BOISSEVAIN FL-ISTATIONERS EWLENIN Mhux eskluż li Cachia seta' kien qed iġorr il-bomba Il-karozza tata-tip Alfa li kien qed isuq Martin Cachia