Illum previous editions

illum 17 January 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/627672

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 35

24 illum | Il-Ħadd 17 ta' Jannar 2016 Kummerċjali Klijent tal-Arkadia jirbaħ Volkswagen Up Noel Zammit mill-Imqabba, huwa r-rebbieħ tal- Volkwagen Up li l-Grupp Arkadia rebbaħ bħala parti mill-kompetizzjoni Live It Up fl-istaġun tal-Milied li għadda. Il-Grupp Arkadia nieda l-kampanja f 'Diċembru li għadda, fejn il-klijenti kollha li xtraw mill-ħwienet tal-Grupp Arkadia f 'Malta u Għawdex setgħu jieħdu sehem f 'kompetizzjoni li setgħet trebbaħhom 10 refund vouchers kuljum, u r-rigal finali f 'jum il-Milied tal-Volkswagen Up mingħand il-Continental Cars Ltd. Is-Sur Zammit kien ir- rebbieħ tal-Volkswagen Up li rċieva ċ-ċwievet mingħand il-Maniġer Ġenerali tal-Grupp Arkadia Antoine Portelli fiċ-Centru Kummerċjali tal- Arkadia f 'Għawdex. Ir-rebbieħ tħabbar f 'Jum il-Milied u fuq il-websajt liveitupxmas.com. Is-Sur Portelli feraħlu wkoll personalment permezz ta' telefonata. Barra mill-premju finali, 190 klijent tal-Grupp Arkadia rebħu l-valur ta' €3,851 permezz ta' refund vouchers li minnhom ittellgħu 10 kuljum bejn is-6 u l-24 ta' Diċembru. Il-ħwienet li pparteċipaw fil-kampanja kienu l-Arkadia Foodstore f 'Portomaso u Għawdex, Arkadia FoodExpress f 'Paceville u s-Swatar, Arkadia Home, Arkadia Fashion - Orsay, Parfois, Piazza Italia, Pimkie, Peacocks, Suiteblanco, Pearl, Circle A, Boulevard, Ontop - u Urban Jungle fl-Arkadia Għawdex. Il-General Manager ta' Arkadia Group Antoine Portelli jifraħ lir-rebbieħ Noel Zammit Ristorant ġdid tal-BURGER KING fil-PAMA Shopping Village Fil-PAMA Shopping Village tal-Mosta għadu kemm fetaħ ristorant ġdid tal-BURGER KING. Il-klijenti tal-BURGER KING issa għandhom post ġdid fejn jistgħu jgawdu ikla tajba bl-aqwa valur. "Sodisfatti ħafna bil-ftuħ ta' dan ir-restorant il-ġdid tagħna li permezz tiegħu qed inkomplu nespandu l-marka BURGER KING fis-suq tagħna. Dan hu s-sitt restorant tagħna f'Malta. Bħala Grupp Farsons, nibqgħu impenjati bis-sħiħ u se nkomplu ninvestu fis-settur tal-ikel – kemm f'ristoranti ta' servizz pront kif ukoll fl-importazzjoni tal-ikel – flimkien man-negozju tagħna tax-xorb," qal is-Sur Norman Aquilina, Kap Eżekuttiv tal-Grupp Farsons. Is-Sur John Bonello Ghio, Group Head of Food Business tal-Grupp Farsons qal li, "Inħarsu 'l quddiem li nilqgħu lill-klijenti tagħna fir-ristorant il-ġdid tal-Mosta ħalli jkomplu jgawdu l-prodotti tal-ogħla kwalità li ilhom igawdu mingħand il-BURGER KING għal ħafna snin." Is-Sur Ivan Cardona, Franchise Manager ta' Burger King Malta, qal li, "Bil-ftuħ ta' dan ir-ristorant ħloqna tim maniġerjali u kru ta' impjegati ġodda. L-istaff kollu tħarreġ b'attenzjoni, u bi standards għoljin, biex iwassal servizz mill-aqwa u ikliet ta' kwalità lill-klijenti tal-BURGER KING f'konformità mal-istandards internazzjonali tagħna." Ir-restorant tal-Mosta jesa' 100 klijent bilqiegħda u għandu post fuq ġewwa fejn jilagħbu t-tfal. Se jkun hemm ukoll post fejn tiekol fuq barra u parkeġġ kbir. L-aġġornament fid-disinn tar- restorant tal-marka BURGER KING jilqgħek u jolqot l-għajn. It-tiżjin ta' ġewwa jikkonsisti f'materjali naturali, b'kuluri jgħajtu, li joħolqu ambjent aktar komdu u li jilqgħek, kif ukoll fi dwal li jikkumplimentaw id-disinn. Il-marka tal-BURGER KING hi espressa bl-aqwa mod bi grafika partikolari, iffukata fuq l-ikel, u b'varjetà ta' għażliet komdi fejn tpoġġi. Tagħrif ieħor fuq il-ftuħ tar- restorant il-ġdid issibu mis-sit: www.facebook.com/bkmalta. Il-kunċett SUV tal-Kia, Telluride, b'disinn li jolqot l-għajn, se jitnieda dax-xahar fil-2016 North American International Auto Show u jwessa' l-orizzonti tat-teknoloġija u l-lussu permezz ta' teknoloġija unika li ttejjeb is-saħħa u s-sens ta' kumdità fil-karozza. Il- kunċett jenfasizza l-ewwel użu ta' komponenti ta' stampar permezz ta' 3D mill-Kia, li jżidu element ta' disinn distint, modern u lussuż fid-dashboard, fil-bibien u l-isteering wheel. Kia hija rrappreżentata f'Malta mill-Cars International fi Triq l-Imdina, Ħal-Qormi. Għal test- drive ta' kull karozza Kia, ibgħat email fuq kiasales@cil.com.mt, ċempel fuq 2269 2000 jew żur il-websajt www.kia.com/mt jew il-paġna Facebook Kia Motors Malta. Impjegati ta' MAPFRE Middlesea mħarrġa biex jagħtu l-ewwel għajnuna Matul l-aħħar sena, 28 impjegat ta' MAPFRE Middlesea attendew taħriġ ta' First Aid, b'kollaborazzjoni ma' St John's Ambulance. Kull sena, il-kumpanija torganizza korsijiet bħal dawn u l-impjegati jistgħu jagħżlu volontarjament jekk jattendux. Iż-żewġ sessjonijiet li jmiss huma mistennija jsiru f'Mejju u Diċembru 2016. F'kull sezzjoni ta' tmien siegħat, l-impjegati kienu murija kif għandhom jaġixxu f'każ ta'inċident, kif jagħmlu l-istħarriġ inizzjali, ipoġġu l-vittma f'recovery position u jagħmlu CPR. Rappreżentanta ta' St John's Ambulance spjegat lill-impjegati x'għandhom jagħmlu meta xi ħadd isofri minn attakk ta' qalb, telf ta'demm u ħruq jew jekk persuna tifga jew tbati minn ħass ħażin. Il-kors spjega wkoll dwar ġrieħi, gdim minn bram u deni kawżat minn ċaqliq. Barra dawn il-korsijiet, kull impjegat ta' MAPFRE Middlesea attenda informazzjoni dwar saħħa u sigurtà, li saret fuq il-post tax-xogħol stess, waqt li taħriġ fit- tifi tan-nar issir regolarment. Matul is-sena, MAPFRE Middlesea torganizza wkoll numru ta' korsijiet dwar tifi tan-nar u numru sostanzjali ta' impjegati huma mħarrga. Il- korsijiet li jmiss huma mistennija jsiru f'April u Novembru. Il-korsijiet tal-First Aid saru fil- kwartieri ta' St John's Ambulance fil-Belt Valletta. Il-kumpanija tappoġġja x-xogħol li jsir minn St John's Ambulance, u toffri sponsorship wkoll. L-impjegat ta' MMS Fabian Sciberras waqt it-taħriġ Telluride, il-kunċett SUV ġdid tal-Kia jiddebutta globalment

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 17 January 2016