Illum previous editions

illum 17 January 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/627672

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 35

12 illum | Il-Ħadd 17 ta' Jannar 2016 minn John Busuttil ANDREW Vella, Clayton Bonello, Sylvano Mizzi, Chris Gatt, Joseph Xerri u Michael Camilleri huma sitt żgħażagħ Għawdxin li jiffurmaw il-grupp mużikali, The Travellers. Dawn is-sitt żgħażagħ idoqqu ħafna stili ta' mużika differenti, iżda dawk oriġinali tagħhom huma kontemporanji u kummerċjali. Però, bla dubju li l-ewwel 'single' li ħarġu hi waħda mill-aktar partikolari, fejn donnhom taw nifs ġdid lill-mużika Maltija. Irnexxielhom iżewqu l-ħoss tal-mużika jazz imħallta bil-brass mal-lingwa sabiħa Maltija u ħarġu ħoss vera sabiħ li ntlaqat sew ma' min semagħha. Tliet membri minn din il-band kienu jiffurmaw parti minn band oħra, li huma Chris il-kantant, Joseph tat- trumbetta u Clayton li jdoqq il-bass. Għall-bidu tal-2013, iddeċidew li jieħdu l-mużika aktar bis-serjetà u għal din ir-raġuni, bdew jaħdmu fuq proġett ġdid. B'dan ir-riżultat, Andrew fuq il-kitarra, Sylvano fuq is-Saxophone) u finalment Michael bid-drums, ingħaqdu ma' din il-band ġdida. "Mill- ewwel ġurnata, il-mira tagħna kienet li nikkomponu diski oriġinali però bil-lingwa Maltija, li hija xi ħaġa ġdida minn dak li nisimgħu fuq l-istazzjonijiet tar-radju lokali." L-isem ta' The Travellers, "jirrifletti ħafna l-ħajja tagħna. Bħalma kulħadd jaf, aħna ġejjin mil-gżira Għawdxija u bħal kull Għawdxi ieħor, irridu naqsmu l-fliegu u nivvjaġġaw lejn Malta kważi kull ġimgħa jew minħabba xogħol, skola u ħolm ieħor li rridu nwettqu f 'ħajjitna. Għalhekk dan l-isem jagħmel ħafna sens għalina." Tlabthom jgħiduli dwar għal min hi indirizzata l-mużika tagħhom u kif jaħsbuha fuq il-Eurovision. "Il-Eurovision hu importanti ħafna għall- mużiċisti u kantanti Maltin. Aktar milli għax il-pubbliku Malti jkun jistennih bil- ħeġġa, nemmen li hu wieħed mill-aktar passi importanti li kantant jew grupp jista' jagħmel fix-xena internazzjonali. Qed ngħidu hekk, għaliex minħabba ċ-ċokon tal-gżira tagħna, wieħed isibha diffiċli ħafna li jkun espost 'il barra minn xtutna, għalhekk din hija waħda mill-ftit okkazzjonijiet li jista' jkollok. Ninsabu ċerti, li jkun hemm mużika tajba u kantanti bravi b'talent li jieħdu sehem f 'din il-kompetizzjoni." Is-sodisfazzjon tagħhom qalulna li hu meta l-esperiment u l-elementi ġodda li qed jippruvaw idaħħlu fix-xena mużikali lokali tintlaqa' tajjeb. Sadanittant, xtaqt inkun naf kemm irendi l-bejgħ tal-mużika fil-gżira Maltija. "Il-ħolma ta' kull artist, kantant jew grupp mużikali, bla dubju ta' xejn hi, li wara daqstant sagrifiċċji, xogħol u determinazzjoni, isib pubbliku jew aħjar segwaċi tal-mużika li verament japprezzaw u jappoġġjawk matul il-karriera tiegħek. Sfortunatament nemmnu li f 'Malta, ftit huma dawk li jiddependu mill-bejgħ tas-CDs tagħhom." The Travellers għandhom ħolma li jdoqqu bħala grupp barra minn Malta, "individwalment iva, però bħala grupp għadu qatt ma kellna x-xorti nagħmlu dan. Jalla fil-futur qarib ikollna l-opportunità li nwettqu din il-ħolma." Min huma? Chris Gatt, il-kantant ta' 27 sena mir-Rabat, li jaħdem ma' Aġenzija tal-UE "L-imħabba lejn il-mużika bdiet minn età ferm żgħira, meta kelli xi seba' snin. Oriġinarjament, bdejt l-istudju tiegħi fl-iskola tal- mużika ġewwa Għawdex, fejn hemmhekk tħarriġt dwar it- teorija u aktar tard tgħallimt il- pjanu fl-istess skola. Ta' għaxar snin, il-ħajra għall-mużika kompliet tikber u tgħallimt indoqq il-klarinett, u għamilt servizz twil indoqq mal-baned residenti Għawdxin. Meta għalaqt 15-il sena u għaddejt mill-eżamijiet tal-Matrikola, missieri wettaqli waħda mill-akbar xewqiet li kelli, dik li jkolli drum kit, fejn stajt nutilizzah sabiex inqatta' l-ħin liberu tiegħi fuqu. Dan wassal biex inkompli niftaħ orizzonti mużikali ġodda, fosthom l-opportunità li nissieħeb f 'band Għawdxija. Minn hawn nibet l-interess li nibda nistudja b'mod professjonali dwar il-vuċi. Infatti kien biss f 'dawn l-aħħar snin li bdejt nikkunsidra serjament li niffoka aktar fuq il- vuċi u għaldaqstant, il-karriera mużikali tiegħi ħadet xejra oħra, iffukata aktar dwar il-kant, aktar milli fuq l-istrumenti. Illum il-ġurnata nemmen, li dak kollu li tgħallimt u studjajt fuqu matul is-snin kien essenzjali u permezz tad-determinazzjoni u d-dedikazzjoni li dejjem kelli fija nnifsi, wassluni għall-bniedem li jien illum." Kemm hu faċli taħdem bħala grupp? "Li taħdem fi grupp hu sabiħ, speċjalment meta l-grupp għandu għan wiehed, fil- każ tagħna huwa l-mużika. Madankollu, il-fatt li l-band tagħna hija komposta minn sitt membri, ġieli jkun hemm ideat differenti u għalhekk jista jagħti l-każ, li nieħdu ftit aktar ħin sabiex insibu kompromess fuq is-sitwazzjoni li tkun konċernata." Taħseb li l-lingwa Maltija fid- diski hi mfittxija? "Naħseb li wasal il-mument li l-lingwa Maltija terġa' tieħu spinta fil-qasam mużikali lokali, u għaliex le, forsi ankè fuq livell internazzjonali. Illum il-ġurnata naħseb li l-ġenerazzjoni żagħżugħa, tara l-lingwa Maltija bħala xi ħaġa antika f 'ambitu ta' xena mużikali, jew aħjar jirrelatawa aktar ma' diski tipikament tradizzjonali. Mill-banda l-oħra, aħna 'The Travellers', nemmnu li l-lingwa Maltija tista' tinstema cool u għandha potenzjal anke f 'kuntest ta' mużika kontemporanja. B'hekk nemmnu li diski b'lirika Maltija jistgħu jkunu relevanti ankè fiż-żmien tal-lum. Żgur li dan il-pass mhux se jkun faċli għall- band tagħna, ankè minħabba l-fatt li mhux se tkun faċli li tiġi aċċetata mill-ġenerazzjonijiet kollha. Wieħed jawgura li dan l-esperiment pjuttost ġdid jintlaqa' tajjeb mis-segwaċi tal- qasam mużikali." Personalita Għawdxija ikona tiegħek? "Domenic Grech tat-'Tramps'." Joseph Xerri fuq it-trumbetta, għandu 26 sena mix-Xagħra u jaħdem bħala Senior Graphic Designer "Ilni fil-mużika minn meta kelli ħdax-il sena. Bdejt mal- banda tar-raħal peress li missieri jdoqq ukoll, u ħadni l-kazin tal- banda nitgħallem. Wara ftit snin ħallejt il-banda u bdejt nistudja privat biex inkompli navvanza fuq l-istrument. Kemm hu faċli taħdem bħala grupp? "Xejn mhu faċli! L-importanti Għawdex The Travellers: iżewqu l-mużika • Il-membri tal-grupp kollha bdew mal-banda tar-raħal "L-isem jirrifletti ħafna l-ħajja tagħna għax bħal kull Għawdxi ieħor, irridu naqsmu l-fliegu u nivvjaġġaw lejn Malta kważi kull ġimgħa" Mix-xellug: Andrew Vella, Clayton Bonello, Sylvano Mizzi, Chris Gatt, Joseph Xerri, Michael Camilleri

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 17 January 2016