Illum previous editions

illum 17 January 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/627672

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 35

Il-Ħadd 17 ta' Jannar 2016 | illum 21 TELEVIXIN Ittri L-ittri jridu jkunu ffirmati u mhux itwal minn 300 kelma. Indirizzaw l-ittri tagħkom: Lill-Editur Illum, MediaToday, Vjal ir-Riħan, San Ġwann jew imejl illum@mediatoday.com.mt Mistoqsija lil Vince Borg Newtralità Kummerċjali Vincent Borg, Viċi Sindku Kunsill Lokali Floriana IPPERMETTILI nwieġeb din il-mistoqsija li staqsa s-sur Edward Torpiano fil- gazzetta tieghek 'ILLUM' nhar il-Ħadd, 3 ta' Jannar. Ma nafx għaliex semma lili biss meta kien hemm tnejn oħra li kiteb fuqhom fl-ittra tiegħu ta' nhar il-Ħadd. L-ewwel semma li kien hemm kandidata li ma kinetx ta' livel (ta' stoffa). Tajjeb li ngħidu li fl- elezzjoni tal-kunsill li saret fit-12 ta' Ġunju, kien hemm kandidata waħda biss li kienet mara u din ħarġet taħt l-istess kappa tas-sur Torpiano, jiġifieri l-Partit Nazzjonalista, u li kienet l-uniku kunsilliera eletta f 'dik l-elezzjoni għall-Partit Nazzjonalista u s-sur Torpiano baqa' l-art. (Lagħaq it-trab tal-art?) Din il-kunsilliera kienet irriżenjat minn kunsillier u fl-elezzjoni każwali kien tela' kandidat ieħor u mhux is- Sur Torpiano. (Reġa' lagħaq it-trab tal-art?). Issa niġu għas-sindku li rriżenja. Is-Sur Torpiano hawnhekk waqa' fil-baxx ħafna meta attakka persuna li ma tistax twieġbu għax illum tinsab mejta. Fl-aħħar semma lili b'ismi u bir-ritratt tiegħi. Jien hawnhekk nixtieq nirringrazzja lis-Sur Torpiano għar-reklam tajjeb li għamilli, meta wera kemm jien raġel, sinċier u onest li meta kont żbaljat tlabt skuża. Tajjeb li ngħidu li dan kien inqala' dak iż-żmien li fil- Kunsill lokali ta' Tas-Sliema l-ewwel kien hemm xi riżenji minħabba xi laptop li kien inħareg mill-Kunsill ta' Tas- Sliema u wara kien hemm is-segretarju eżekuttiv li kien biddel is-serratura tal-bieb tal-Kunsill. Għalhekk jien kont ressaqt din il-materja waqt seduta tal-kunsill. Is-sindku Nigel Holland kien veru ħareġ il-laptop tal-Kunsill barra l-bini tal- Kunsill kif ukoll kellu aċċess sabiex jidħol fl-uffiċċju amministrattiv. Li ma kontx naf, li sakemm jien ressaqt din il-materja quddiem il- kunsill, il-liġi kienet tbiddlet u s-sindku kellu dritt joħroġ il-laptop barra mill-Kunsill kif ukoll kellu dritt jiħhol fl-uffiċċju amministrattiv. Għalhekk jien kont skużajt ruħi. J. Bonett Balzan, Balluta IDDUTTRINA ekonomika li studjajt u nammira, dik li tfisser kif l-aħjar mod li jiġu mmexxija l-affarijiet tal-istat, hu billi l-istat jagħmel dawk l-eżerċizzji u jieħu dawk l-inizjattivi li l-privat jew l-individwu ma jkunx irid jew jista' jieħu. U dan, b'newtralità kummerċjali. Dan ġie f 'moħħi meta rajt ir- reklami li d-Dipartiment tal-Kummerċ u għadd ta' entitajiet oħra jħallsu biex jidhru fil-ġurnali biex jirreklamaw meta jkunu se jarmaw bit-tilari tax-xogħol tal-artiġġjanat fi Pjazza la Vallette. Mill-banda l-oħra, tal-monti qishom iż-żingari fl-Ewropa mbuttati 'l hawn jew 'l hemm. Personalment, ma tantx għadni mmur il-monti; mhux għax ġie spustjat, iżda għaliex il- prezzijiet m'għadhomx wisq kompetittivi. Mill-banda l-oħra, meta tkellit ma' xi tnejn li għandhom il-posta, ġietni simpatija għalihom għax huma nies bil-familja. Ngħid għalija, ladarba l-Belt u l-Furjana mhumiex neqsin mill-ġonna, min jaf kieku l-ispazju fil-foss taħt Bieb il-Belt, flok isir ġnien ieħor, jingħata biex nofsu jintrama bil-monti bi ftit tisbieħ? Hekk ikun qed jiġi onorat il-prinċipju li tal-Monti ma jikkompetux mal-ħwienet li biex joperaw, ikunu krew propjetà, waqt li xorta jkunu viċin il-kapitali. Farsa mil-liġijiet ġodda Michael Camilleri, Birkirkara NUQQASIJIET jew offiżi minn politiċi kontra l-istat u kontra ċ-ċittadini onesti, għadhom għaddejjin lixxi b'mod li qegħdin jagħmlu farsa mil-liġijiet il-ġodda tal-Whistleblower u tat- Tneħħija tal-Preskrizzjoni. L-att tal-Whistleblower jipproteġi lil min jikxef il-korruzzjoni tal-politiċi u l-liġi li tneħħi l-preskrizzjoni, ġabet lill-korrott suġġett li jkun mixli mingħajr limitu ta' żmien minn meta jsir ir-reat. Jiġifieri ż-żewġ atti neħħew il- privileġġi inġusti tal-politiku, u ġabuh suġġett għal-liġi daqs kull ċittadin ieħor. Minkejja sawk il- provedimenti li jiffaċilitaw il-kxif tal-korrotti, xorta ma tresqux każi, ħlief wieħed fil-Qorti matul it-18-il xahar li ilhom fis-seħħ dawn l-atti. Dak li jikkonċerna lir-raġel tal-eks Ministru ta' Għawdex, li huwa mixli bil-korruzzjoni tax-'xogħol għal voti'. Tassew diżappuntanti kif għadu ma ċċaqlaq xejn mill-qabda każi oħra bi truf imlaħħma ta' korruzzjoni politika, li seħħew fl-aħħar 20 sena. L-iżjed gravi fosthom, kienu tnejn li dehru fallimenti sistematiċi tad-Drydocks u tas-Sea Malta. L-awtorità statli meta se tisma l-appell tal-GWU għall-proċeduri biex jiġu stabbiliti l-kawżi u r-raġunijiet tal-fallimenti ta' dawn l-ażjendi statali? Tal-istess gravità hija l-korruzzjoni organizzata tax- xiri taż-żejt HFO għall-power station tal-BWSC, li tressqet biss quddiem il-kumitat tal- kamra (PAC). Meta se jkollna l-verdett, u l-każ jitressaq il-Qorti għal ġustizzja sħiħa mal-ħatja? X'piż kellu f 'dak il-ħmieġ min ippilota l-emenda fil-liġi tat-tingiż tal-arja, li għamlet possibbli n-negozju tal-HFO li qabel, kien illegali f 'pajjiżna? Inkwetanti wkoll hemm il-każi pendenti tal- miżapproprijazzjoni tal- apparat tal-eks stazzjoni tar-radju VOM, u tal-ftehim stramb li ħeles lill-kumpanija Skanska mir-responsabbiltà tax-xogħol li għamlet fl-isptar Mater Dei. Arroganti huma każi mdendla bħal tal-politiku li sforza ħaddiema tal-Gvern jaħdmu f 'każin tal-partit tiegħu f 'ħin ix-xogħol tagħhom. Agħar minnu kien l-eks ministru li rċieva rigali għall-favuri ministerjali li għamel. Assurdi huma reati li ma sar xejn dwarhom minkejja l-provi dokumentati li jikxfu MPs li ma jistħux jieħdu salarju bla ma qatt imorru għax-xogħol, u oħrajn li ħadu allowances b'ingann. Serji huma r-reati taż-żewġ eks ministri b'investimenti sigrieti barra l-pajjiż. Għad ma sar xejn dwarhom, u l-Gvern ma qalx jekk hemmx aktar Maltin li evadew it-taxxi bħalhom. Il-liġijiet tal-Whistleblower u tat-Tneħħija tal-Preskrizzjoni se jibqgħu biss fuq il-karta sakemm il-Gvern ma jitrattax bl-akbar impenn il-każi pendenti li diġà hemm provi dwarhom, u sakemm ma jagħmilx kulma huwa legalment possibbli, biex ikunu investigati l-fallimenti tal-ażjendi li semmejt u biex jitressaq il-Qorti l-każ tal- korruzzjoni li hemm quddiem il-kumitat tal-kamra. Inkwetanti l-każ pendenti tal-ftehim stramb li ħeles lill-kumpanija Skan- ska mir-responsabbiltà tax-xogħol li għamlet fl-isptar Mater Dei "Il-liġijiet tal- Whistleblower u tat-Tneħħija tal- Preskrizzjoni se jibqgħu biss fuq il-karta sakemm il-Gvern ma jitrattax bl-akbar impenn il- każi pendenti" to our new premises in Valletta Road, Luqa opposite TNT w e h a v e m o v e d Tel. 21 320 433

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 17 January 2016