Illum previous editions

illum 17 January 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/627672

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 35

22 illum | Ħadd 17 ta' Jannar 2016 Aquarius - Mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar L-arja pożittiva ta' dan l-aħħar qiegħda tgħinek tgħaraf aktar l-affarijiet li għandek madwarek sabiex tkompli miexja 'l quddiem. L-imħabba li żgur bħalissa għaddejja minn mu- ment pożittiv, kompli żomm il-pass tagħha. Toqgħodx tinkwi- eta fuq affarijiet terzi. Biss, trid toqgħod attent ma' min tesprimi ruħek u kif tagħmel dan. Żomm ċertu sitwazzjonijiet personali fil-magħluq u żomm saqajk mal-art. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. L-istilel l-iktar kompatibbli miegħek huma Libra u Gemini. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 3, 17, 29 u 38. Kuluri favoriti ma' Aquarius huma isfar, abjad u blu. Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna. Pisces – Mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu Mument ta' riflessjoni lejn il-ħidma fil- karriera tiegħek sabiex tkun iktar preċiż lejn ċertu deċiżjonijiet li resqin għalik, u dawn jafu jkunu bidla f 'ċertu funzjonijiet li int għandek bħalissa. Però, ħa tagħraf tkun flessibli anke f 'mumenti ta' rifelessjoni. Dan jaf joħloq żbilanċ fl-imħabba u l-partner tiegħek irid/trid jagħraf ir-responsabbiltà li ġejja fu- qhom ukoll. Irid ikun hemm bilanċ mit-tnejn. Kuluri favoriti ma' Pisces huma blu, l-aħdar u l-isfar. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. L-istilel l-iktar kompatibbli miegħek huma Scorpio u Cancer. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 2, 14, 26 u 31. Pisces huma magħrufin għall-abbilità u t-twemmin fihom in- fushom. Aries – Mill-21 ta' Marzu sal-20 ta' April Vjaġġ li qed tippjana għalih, ikun tajjeb għalik f 'mument fejn int tkun trid xi ftit ta' spazju biex tinqata' għal xi ftit mir-rutina li għandek, u bħalissa qiegħda titfgħek fi pressjoni. Biss, din il-pressjoni ħa tibda tbatti lejn l-aħħar ta' Jan- nar, u tkun iktar rilassat. L-imħabba hi xi ftit xettika, però dan mhux tort tiegħek. Int taħseb xejn ħażin fik innifsek, għax qed tagħmel li tista'. Irrifletti ftit. Kuluri favoriti ma' Aries huma aħmar, kannella u abjad. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. L-istilel l-iktar kompatibbli miegħek huma Leo u Sagitarius. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 5, 17, 24 u 30. Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li jagħtu. Taurus – Mill-21 ta' April sal-20 ta' Mejju Ħabib tal-passat, b'kumbinazzjoni se jaħbat fik. Ovvjament, ħa tkun sorpriża għalik wara daqstant żmien. Imma din is-sitwazzjoni, jekk se jkun hemm interess ta' iktar komunikazzjoni jaf iwassal għal ftit inċertezza madwarek. Is- sitwazzjoni tiegħek hi waħda stabbli bħalissa, għalhekk agħraf żommha. Tfixkil jaf ikun ta' ħsara għalik 'il quddiem, wara dak kollu li tkun għaqqadt. Kuluri favoriti ma' Taurus huma aħdar, oranġjo u isfar. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. L-istilel l-iktar kompatibbli miegħek huma Virgo u Capricorn. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 1, 18, 28 u 32. Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom. Gemini – Mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju Maqbud bejn sitwazzjonijiet differenti, se joħolwu ftit ta' riflessjoni profonda li żgur int kapaċi tagħraf tadatta għal din il-fażi. Il-karri- era, int trid toqgħod attent minn xi intoppi li xi wħud jistgħu jfixklu dak li int għandek pjanat. Żomm il-kolp u ibqa għaddej b'dak li għandek u żommu b'saħħtu. Trid tara kif se ssib ħin, spazju u bilanċ fil-ħajja mimlija, imma stabbli. Agħraf iktar li ġej. Kuluri favoriti ma' Gemini huma isfar, oranġjo u blu. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. L-istilel l-iktar kompatibbli miegħek huma Aquarius u Libra. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 7, 13, 27 u 33. Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom. Cancer - Mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju Ħsibijiet iduru madwarek, kemm fl-imħabba, kemm fil-karriera u kemm finanzjarjament, però din il-mewġa ta' ħsibijiet għandha tnaqqas ir-ritmu tagħha, u hekk terġa ssib ħin biex tagħraf aktar. Ovvjament, il-bilanċ irid ikun iktar peress li dieħel f 'ċertu sitwazzjonijiet fejn int se tħossok li kienet vijabbli waqt li l-karriera ħa tibda turik li hawn ġej dak it-tibdil sinnifikanti li int tixtieq. Kuluri favoriti ma' Cancer huma abjad , blu u isfar. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. L-istilel l-iktar kompatibbli miegħek huma Scorpio u Pisces. Numri favoriti miegħek għal din il ġimgħa huma 9, 13, 29 u 38. Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom. Leo – Mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu TkDeċiżjoni li għandek tieħu, tajjeb tagħmel ftit riflessjonijiet tagħha, għax ovvjament xi linja trid tittieħed, però għamel il-kalkulazzjonijiet sew ħalli wara, int tkun tista' ssaħħaħ dak kollu li din il-bidla se ġġib madwarek. Forsi ma kont lest għaliha tant kmieni, imma taqtax qalbek. Int persuna preparata tajjeb għal kull tibdil li jkun ħa jsir. Wara dan, tajjeb li tkun va- ganza żgħira. Kuluri favoriti ma' Leo huma aħmar, oranġjo u deheb. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. L-istilel l-iktar kompatibbli miegħek huma Aries u Sagittarius. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 8, 11, 24 u 37. Leo huma magħrufin kemm huma umli. Virgo – Mit-23 ta' Awwissu sa 22 ta' Set- tembru Sitwazzjoni li inqbadt fiha bla ma kien maħsub, anzi, suppost kellek tkun ta' pont ta' għaqda fiha, u issa li din marret ftit ħażin, int għandek iżżomm il-kalma u kollox għandu jibda jsib postu fi ftit ġranet. L-importanti hu li int iżżomm il-kalma. Min-naħa l-oħra, bħal Virgo għandek żmien feliċi fil-karriera u trid tibda ssib ftit ħin sabiex issib spazju għad-delizzju tiegħek jew eżerċizzju importanti. Kuluri favoriti ma' Virgo huma oranġjo, isfar u kannella. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. L-istilel l-iktar kompatibbli miegħek huma Taurus u Capricorn. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 6, 17, 22 u 34. Virgo huma magħrufin li jservu ta' pont. Libra – Mit-23 ta' Settembru sa 23 ta' Ot- tubru L-idea li int tkun kapaċi tmexxi, hi tajba. Jista' jkun li wasal iż-żmien li int ikollok in-negozju tiegħek, u tinħass minn issa li int ħa tkun per- suna iffokata ħafna fuq dan, però, jista' jinħass li ħa titfa' fil-ġenb ir-relazzjoni tiegħek, u hawn fejn trid tagħraf tkun Libra. Meta int trid tagħraf tkun bilanċ, inkella ħa togħla naħa u tinżel fl-oħra. Kuluri favoriti ma' Libra huma blu, aħdar u abjad. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. L-istilel l-iktar kompatibbli miegħek huma Aquarius u Gemini. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 3, 14, 25 u 36. Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna. Scorpio – Mill-24 ta' Ottubru sat-22 ta' Novembru L-imħabba bħalissa hi l-aktar sitwazzjoni li int trid tagħraf tieħu ħsieb, għax taf dak li bnejt tul iż-żmien, itir mar-riħ f 'ħakka t'għajn. Ippro- va ara kif issib aktar spazju mal-partner tiegħek ħalli dak li jista' jkun ġej bħala żmien iebes, int tilqagħlu. Jekk int tagħmel dan, jekk kellha tkun maltempata ta' 4 ġimgħat, tkun waħda ta' ftit ġranet u tkompli għaddejja b'aktar saħħa 'il quddiem. Kuluri favoriti ma' Scorpio huma aħmar, iswed u vjola. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. L-istilel l-iktar kompatibbli miegħek huma Cancer u Pisces. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 5, 11, 23 u 39. Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom. Sagittarius – Mit-23 ta' Novembru sat-22 ta' Diċembru Għalkemm int taħseb li wasal il-mument ta' deċiżjoni, fil-fatt iż-żmien mhux dak oppor- tun li int tagħraf tagħmel dan. Anzi, pjuttost int kompli agħraf dak li għaddejja minnu. Agħraf dak li ġej ħalli int tkun taf iktar fuq liema sitwazzjoni għandek tasal għad-deċiżjoni tiegħek. Però, għalissa mhux il-waqt li tagħmel dan. Fl-istess waqt, sib ħin fejn tista' tirrilassa t-tensjoni. Kulur favorit ma' Sagittarius huma blu, roża u isfar. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. L-istilel l-iktar kompatibbli miegħek huma Aries u Leo. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 2, 10, 29 u 30. Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom. Capricorn – Mit-23 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar L-ebda deċiżjoni bħalissa mhi tajba li tittieħed rigward il-Żmien fejn int qiegħda f'vena mill- iktar pożittiva u dan jirrigwarda tajjeb għal dak li għandu jiġi fil-ġimgħat li ġejjin. Imma jekk min- naħa l-oħra bħalissa hu żmien negattiv għalik. Fittex agħmel xi protezzjoni qabel ma jiġi l-qamar kwinta. Protezzjoni li tkun tahba biżżejjed ħalli ma jkomplix jersaq aktar negattiv lejk, ħalli int ukoll tagħraf tieħu l-pożittiv minn dak li ġej. Kuluri favoriti ma' Capricorn huma aħmar, vjola u blu. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. L-istilel l-iktar kompatibbli miegħek huma Taurus u Virgo. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 9, 16, 28 u 35. Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom. L-Oroskopju PaulJon joffri diversi servizzi ta' gwida permezz tal-oroskopju, tfissir tal-ħolm, bilanċ ta' enerġija pożittiva fid-dar jew negozju tiegħek u bosta servizzi oħrajn. Biex tikseb aktar tagħrif tista' tidħol fuq il-paġna ta' Facebook ta' PaulJon Aquilina jew ċempel mit-Tnejn sas-Sibt bejn 09.00 a.m u 21.00 p.m. fuq 99013600 jew 79495804. Tista' iżur il-websajt www.pauljon13.com Nigwidak għal ħajja aħjar. Namaste...... Trid issir taf lil PaulJon aktar mill-viċin? Imħabba bla tmiem (1) Rakkont ta' qsim il-qalb u juri sa fejn tista' twassal l-għira għall-imħabba. Rakkont li se jlaqqgħana ma' tliet persuni: l-aħwa Anna u Kristina, u Tonio. Anna u Kristina kienu żewġ aħwa b'żewġ karattri totalment differenti. Anna kienet persuna simpatika, bi statura normali, xagħarha iswed u par għajnejn li ma tkunx trid titlaq ħarstek minn fuqhom, u kellha wkoll negożju tal-ħwejjeġ. Kristina kienet persuna li tħobb turi l-isbuħija tagħha. Kellha xagħarha kannella innukklat twil, b'għajnejn ċari u kienet tmexxi aġenzija tal-ivjaġġar. Imbagħad Tonio, li kien maniġer f 'bank, hu persuna professjonista, edukata u dedikata fuq xogħlu, u jħobb jibqa' fit. Kien waqt riċeviment li dawn it-tlieta iltaqgħu. Tonio mill-ewwel xeħet għajnejh fuq Anna u l-ħin kollu jdur magħha, imma oħtha, min- naħa tagħha xeħtet ħarsitha fuq Tonio, u bl-għajnuna ta' ħabib, it-tlieta ġew introdotti, u Tonio baqa' sorpriż li kienu aħwa u mhux ħbieb. Waqt ir-riċeviment, kienu kollha flimkien, imma mal-ewwel mument li Tonio sab lil Anna waħedha, taha l-personal card tiegħu sabiex jekk ikollha xi bżonn ta' xi parir finanzjarju, iċċempillu, ovvjament kienet skuża biex isir jafha aktar. Din kienet l-ewwel lejla tal-bidu tal- imħabba trijangulari. Ftit ta' ġranet wara dan ir-riċeviment, Kristina marret sal-bank bil-ħsieb li Tonio jistedinha għal xi ħarġa. Imma għad-diżappunt tagħha, Tonio iktar beda jistaqsi dwar Anna, u dan beda joħloq ħafna rabja u għira fi Kristina għax bid-dehra seduċenti tagħha, setgħet faċilment tiġbed lil Tonio lejha, imma l-pjan falla. Ta' dan, pattiet qares ħafna, ghaliex kien riesaq Jum l-Omm, u Tonio sab l-okkażjoni jmur fil-ħanut ta' Anna bl-iskuża li jixtri libsa lil ommu, u kif ikun hemm jipprova jersaq iktar qrib ta' Anna. Fil-fatt hekk għamel, u kif kien hemm staqsieha biex imorru jieklu, u hi aċċettat. Dakinhar filgħaxija, waqt ikla ma' oħtha, Anna stqarret ma' Kristina li Tonio kien staqsieha biex tmur tiekol miegħu, u għal dan il-kliem, Kristina ħasset bħal għoqla kbira u ma felħietx titkellem. Wasal il-jum tal-ikla u Anna u Tonio ħarġu flimkien, u din l-għaqda tagħhom kompliet tikber u tissaħħaħ, u wara sena joħorġu flimkien, iddeċidew li jħabbru lill- familja u l-ħbieb li kienu fit-triq taż-żwieġ, u din kienet id-daqqa mortali ta' Kristina. Hemm, kristina rat it-tamiet tagħha li forsi għad tirbaħ lil Tonio, jkomplu jogħsfru, u ħalfet vendetta kontra oħtha, li rat kif se twaqqa' lil Tonio sesswalment. Dan il-pjan beda jitħejja minn Kristina biex tagħmel dan fl-ewwel okkażjoni li ssib. Ftit xhur qabel it-tieġ, Anna ħejjiet biex tmur Milan għal-libsa tagħha personalment. Tonio ma setax jakkumpanjaha għax kellu responsabbiltajiet tax-xogħol. Għalhekk, Anna kellha titla waħedha u dan kien eżatt li xtaqet Kristina biex f 'dawk l-erbat ijiem li oħtha tkun Milan, hi twettaq il-pjan tagħha. Jekk għandkom xi ġrajja li tixtiequ taqsmu, tistgħu ċċemplu fuq 99013600 jew email fuq pauljon.aquilina13@ gmail.com

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 17 January 2016