Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/627672
14 illum | Il-Ħadd 17 ta' Jannar 2016 F il-ħajja kontemporanja, irridu ngħidu li kemm in-nisa, kif ukoll l-irġiel huma vanitużi ħafna. Minkejja dan, kieku kelli nkun suġġettiv, ngħid li n-nisa huma aktar vanitużi mill-irġiel minħabba diversi raġunijiet li mhux se nidħol fihom għax nispiċċa nikteb artiklu sħiħ. Attwalment, huwa faċli li tbiddel l-apparenza tiegħek u tipprova tidher aħjar. Dan qed jiġri għaliex qed ngħixu f 'ħajja konsumerista fejn għandek għażla aktar wiesa' ta' prodotti u aċċessorji ta' sbuħija minn fejn tagħżel biex tidher aħjar milli int fil-verità. Għaldaqstant, minn diversi studji li saru jidher li hemm korelazzjoni ċara bejn il-konsumeriżmu u l-identità personali tal-persuna. Il-'Mobile phones' Jekk nagħtu ħarsa lejn il- mobile phones per eżempju, li daħlu invoga fl-Ewropa fil-bidu tat-tmeninijiet, naraw li dawn kienu għoljin ħafna fil-bidu li ħarġu, u għaldaqstant ftit kienu dawk li jifilħu jixtruhom, jekk ma jkunux sinjuri. B'hekk li jkollok mowbajl fil-bidu li ħarġu fis-suq, kien ta' prestiġju u kien iservi ta' simbolu għall-istatus tal- persuna. Madankollu, aktar ma beda jgħaddi żmien, aktar il-mowbajl beda jsir komuni fost in-nies, u b'hekk sar parti mill-moda u ma baqax xi ħaġa li jiddistingwik minn ħaddiehor bħala reputazzjoni jew status (Katz u Sugiyama, 2005). Il-mowbajl tant sar parti mill-istil tal-ħajja tan-nies, li ħafna biex jimxu mal-moda, jippersonalizzawh skont il-gosti tagħhom. Dan huwa evidenti l-aktar fost l-adolexxenti. Apparti minn hekk, minn żmien għal żmien, mudelli ġodda ta' mowbajls, kontinwament joħorġu biex jolqtu l-gosti ta' dak li jkun. Għall- adolexxenti, li jkollok mowbajl sabiħ li ħareġ riċentement u li jkollu diversi funzjonijiet, saret xi ħaġa vitali għall-istil tal-ħajja tagħhom. Iżda fil-verità, il- bniedem fid-dinja mgħaġġla, virtwali u individwalista tal-lum, kemm se jkun kapaċi jżomm ma' din il-moda li kompletament qed tevolvi u dejjem qed toffrilek xi ħaġa ġdida? Dan mhux qed ngħidu biss fir-rigward tal- mowbajls, iżda fuq l-affarijiet kollha l-oħra in ġenerali li l-bniedem iqis importanti biex jifforma l-identità tiegħu permezz tagħhom. Il-konsumeriżmu jikkontrolla l-ħajja tat-tfal u l-adolexxenti? Il-konsumeriżmu, flimkien mal-individwaliżmu jgħin lill-membri tas-soċjetà jilħqu l-għanijiet tagħhom billi jagħżlu huma stess dak li jridu jixtru mill-ħwienet, u dan jagħti ċertu libertà fil-ħsieb li hija xi ħaġa pożittiva. Madankollu, waħda mill-isfidi li qed iġib miegħu l-konsumeriżmu huwa li dejjem joħroġlok b'xi ħaġa ġdida, u dak li għalik sa ftit taż-żmien ilu jkun ikkunsidrat bħala l-iktar riċenti, malajr isir antik. Dan iwassal biex ċertu nies, saħansitra l-ġenituri iżda l-aktar it-tfal u l-adolexxenti, jsiru skjavi ta' din it-tip ta' ħajja fejn dejjem iridu jixtru dak li huwa 'latest' fis-suq, inkella jħossuhom inferjuri għal ħaddieħor. Dawn it-tip ta' nies, jista' jkun ikunu qed jesperjenzaw tip ta' distorsjoni konjittiva magħrufa bħala personalizazzjoni, fejn fiha fost affarijiet oħra jibdew jikkumparaw lilhom infushom ma' ħaddiehor biex jaraw min huwa l-aktar attraenti fejn tidħol l- apparenza tal-ilbies per eżempju. Naħseb li b'mod kollettiv, jeħtieġ li l-ġenituri, l-iskejjel, kif ukoll il-knisja tgħafas aktar fuq dan il-punt li l-konsumeriżmu huwa vitali iżda m'għandux ikun iċ- ċentru ta' ħajtek. Il-knisja ta' spiss tagħmel referenza għal dan is-suġġett, iżda jeħtieġ li ssib metodi kif tinżel aktar għal-livell tat- tfal u l-adolexxenti biex ikunu jistgħu jifhmu aktar il-messaġġ li qed tipprova twassal fil-kuntest ta' dan is-suġġett. Nixtieq nagħmilha ċara, li jien m'iniex kontra l-konsumeriżmu, iżda kontra l-ħsieb li l-identità tiegħi għandha tkun imsejsa u bbażata fuq kemm jirnexxili nżomm mat-tendenzi konsumeristiċi. Apparti minn hekk, tajjeb noħorġu d-differenza bejn dawk l-affarijiet li huma meqjusin bħala bżonnijiet, u affarijiet oħra li mhumiex neċessitajiet għalina iżda nixtiequhom (il-'wants'). Ċertu faqar fost il-familji, aħna stess noħolquh għax ma niffokawx fuq l-affarijiet li vera neħtieġu u li huma meqjusin bħala bżonnijiet, iżda nkunu rridu affarijiet tad-ditta per eżempju, imbagħad nispiċċaw noqogħdu neqsin minn affarijiet li huma essenzjali biex ngħixu l-ħajja tagħna. Nibni l-identità tiegħi Fir-realtà, bil-materjaliżmu biss, tagħmel triq fil-baħar. Kull bniedem huwa awtentiku u kull wieħed u waħda minna għandu jew għandha x'toffri lis-soċjetà, għalhekk ngħixu f 'soċjetà interdipendenti għax għandna bżonn lil xulxin biex ngħixu. L-identità tagħna jeħtieġ tkun differenti minn ta' ħaddieħor u ma nikkupjawx lil ħaddieħor iżda naċċettaw il-kwalitajiet u l-limitazzjonijiet tagħna mingħajr ma nistħu nuru min aħna verament fir-realtà. Hija ħasra li ħafna nies jippruvaw jilbsu maskla u jippruvaw jagħmlu użu mill- konsumeriżmu fost affarijiet oħra biex jagħtu stampa ferm differenti ta' dak li huma verament fir-realtà. Dan ħafna drabi jsir biex dak li jkun, iħossu aktar popolari mal-ħbieb u forsi anke aktar aċċetat fis-socjetà. Il- verita' hi li n-nies aktar faċli tiġbidhom lejk meta tħaddan ċertu valuri u prinċipji li jiddistingwuk min-nies oħra u jagħmluk dak li int permezz tal-iżvilupp fiżiku, mentali, morali u soċjali tul iż-żmien. kevinmercieca24@gmail.com Opinjoni Kif irid jidher il-bniedem f 'ħajja konsumerista KEVIN MERCIECA "M'iniex kontra l-konsumeriżmu, iżda kontra l-ħsieb li l-identità tiegħi għandha tkun imsejsa u bbażata fuq kemm jirnexxieli nżomm mat- tendenzi konsumeristiċi"