Illum previous editions

illum 17 January 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/627672

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 35

Il-Ħadd 17 ta' Jannar 2016 | illum 9 Aħbarijiet 'Wara tliet snin, dan il-Gvern gwapp daqs ta' qablu' 44.7% tal-qarrejja jaħsbu li l-kontroversji politiċi tal-2015 ħallew impatt negattiv fuq Muscat minn Albert Gauci Cunningham GĦALKEMM il- maġġoranza tal-qarrejja tas-sit illum.com.mt iħossu li l-allegazzjonijiet u skandli politiċi li ħarġu matul l-2015 ma ħallewx effett konsiderevoli fuq l-immaġini ta' Joseph Muscat, 44.7% ma qablux ma dan. B'kollox, 752 qarrej tal-illum.com.mt, jew 52.2% ta' dawk li pparteċipaw fl-istħarriġ, iħossu li l-kontroversji politiċi ma ħallewx impatt politiku kbir fuq Muscat filwaqt li 644 mill-qarrejja jħossu li fil-fatt, dan kien il-każ. Is-sit irċieva numru konsiderevoli ta' kummenti dwar dan l-istħarriġ bl-opinjoni hawnhekk ukoll tkun maqsuma. Fost dawn il- kummenti, kien hemm wieħed ta' Donald Spiteri li saħaq kif, "qabel Marzu 2013 konna xbajna mill-Gvern ta' Lawrence Gonzi meta dan ma neħħiex ċerti Ministri. Malta kienet mwiegħda stil ġdid ta' gvernar, bi trasparenza. Sfortunatament għalina, wara biss tliet snin, jirriżulta li dan il-Gvern gwapp daqs ta' qablu." Immedjata kienet ir-risposta ta' qarrej ieħor tal- ILLUM, Joseph Zammit, li staqsa lil Spiteri biex jgħidlu jekk Gonzi qattx ġiegħel lil wieħed mill-Ministri tiegħu jirreżenja, "bħalma għamel Muscat ma' Manwel Mallia." Bosta oħrajn ma kinux tal-istess opinjoni, fost dawn Albert Spiteri li sostna li dak li qed jagħmel il-PN bħalissa huwa, "assasinju tal-karattru" u Miriam Falzon li qalet li l-PN huma professuri f 'li ma jħallu ebda traċċa tal-iskandli li jkunu wettqu. Saviour Cachia qal li m'għandux dubju li kieku l-iskandli, "li qed itambru dwarhom in- Nazzjonalisti jkunu verifikati Joseph Muscat, mhux se joqgħod b'idu fuq żaqqu," filwaqt li Henry Cassar jistaqsi kif ladarba l-barranin u fl- UE kulħadd jaf x'qed jiġri Malta, għalfejn minflok tmaqdir, dan il-pajjiż qed jaqla tifħir biss. Kienu bosta l-qarrejja li semmew fatturi oħrajn li jmorru lil hinn mill- governanza u qalu li ladarba pajjiż sejjer tajjeb u l-Gvern qed iżomm il-wegħdi tiegħu, fosthom tar-roħs fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma, mela allura l-immaġini ta' Muscat mhux se tkun affetwata daqstant. L-2015 kienet sena li matulha, minkejja tkabbir ekonomiku qawwi li esperjenza pajjiżna u baġit pożittiv, Gvern Laburista kellu jiffaċċja bosta diffikultajiet u mumenti imbarazzanti. Dawn id-diffikultajiet kienu ġejjin l-aktar minn sensiela ta' kwistjonijet li servew ta' imbarazzament għall-Gvern. Fost dawn kien hemm il-kwistjoni tal-Cafè Premier u l-allegazzjonijiet li jduru mal-kwistjoni ta' Gaffarena u l-proprjetà fi Triq Zekka. Mingħajr dubju, din tal-aħħar tappnet l-imaġini ta' Muscat għax tat l-impressjoni li bejn Gvern u ieħor m'hemmx differenza u poġġiet lis- Segretarju Parlamentari Michael Falzon f 'pożizzjoni politika skomda ħafna. Fl- istess ħin li l-Gvern spiċċa daħal f 'dawn il-kontroversji, l-Oppożizzjoni Nazzjonalista ħarġet dokument dwar il- governanza. Ara wkoll l-opinjoni ta' Frank Psaila f 'paġna 15 Taħseb li l-allegazzjonijiet u skandli żvelati s-sena l-oħra naqqsu ħafna mill-popolarità ta' Joseph Muscat? 52% 3% 45% IVA LE MA NAFX Muscat iffaċċjat minn 'Le Iene' dwar il-ħlas fuq il-Parlament U jgħidilhom li 'l-Gvern Malti ma jaqbadx u jħallas kif ġieb u laħaq jekk ma jkunx sodisfatt bix-xogħol' KIENET xena interessanti dik li setgħu jaraw il- mistiedna li kienu deħlin għas-serata Gala organizzata minn 'The Economist' f 'pajjiżna nhar il-Ġimgħa, hekk kif il-Prim Ministru Joseph Muscat sab ma' wiċċu crew ta' Le Iene hekk kif wasal fuq il-post. Jidher li crew minn dan il-programm ta' Mediaset ġew Malta biex jistaqsu dwar ħlas li qed tgħid li għandha tieħu kumpanija Taljana fir-rigward tal-bini tal-Parlament il-ġdid fil-Belt Valletta. Minn informazzjoni li għandha din il-gazzetta, jidher li l-Prim Ministru kompla sew ma' Le Iene, u rrisponda b'botti niggieza hekk kif it-Taljani bdew jimplikaw li l-Maltin ma jħallsux. Jidher li Joseph Muscat qal li l-Gvern Malti ma jaqbadx u jħallas kif ġieb u laħaq jekk ma jkunx sodisfatt bix- xogħol għaliex dawn huma flus tat-taxpayers Maltin. Huwa kompla jirribatti billi sostna li fejn il-kumpaniji inklużi dawk Taljani, għamlu xogħolhom sewwa, tħallsu. Fejn hemm hemm id-dubji, dawn il-flus ma tħallsux. Jidher li l-Prim Ministru wiegħed li se jkun hemm laqgħa li matulha, l-Grand Harbour Regeneration Corporation se tispjega l-fatti kif jirriżultaw lilha. Ninsabu infurmati li din il-laqgħa saret ilbieraħ filgħodu. Mument ħelu f 'din l-intervista niggieża kienet xħin it-Taljani staqsew lil Joseph Muscat jekk jogħġbux il-Parlament. Il-Prim Ministru, li huwa magħruf li qatt ma kellu xi affinità partikolari lejn dan il-proġett ta' Gvern Nazzjonalista mmexxi minn Lawrence Gonzi, wieġeb li hu mhu ħadd biex jikkritika lil Renzo Piano, u ladarba l-ħaġa hija f 'Malta hu se jkun qed jfaħħarha biss. Iżda Muscat, bilfors kellu jitfa' dik il-botta kontra l-proġett tal-Parlament, ikkritikat minn bosta minħabba l-ispiża u d-diżinn tiegħu u żied jgħid ukoll li kieku kien hu Prim Ministru dak iż-żmien, "€100 miljun kont nużahom mod iehor. Kont nużahom għall-poplu."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 17 January 2016