Illum previous editions

illum 17 January 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/627672

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 35

32 illum Il-Ħadd 17 ta' Jannar 2016 Sports Galea jirbaħ l-Autocross u Gauci jirbaħ l-Enduro f 'Għawdex ILLUM, l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi, tkompli bl-attivitjiet tagħha din id-darba fil-Kumpless Sportiv f 'Ta'Qali bil-Muturi Motocross u Karozzi Autocross. Karozzi tal-Autocross se jkunu qed jikkompetu fis- sitt programm mill- Kampjonat ASMK Pasta Poiatti 2015/2016. Il-Programm jibda fl- 10:30am. Wara l-maltemp li għamel fl-aħħar attività speċjali ta' qabel il-Milied fejn kien ippjanat li jsiru 'Autocross Rides' li ġew imħassra minħabba x-xita kontinwa li għamlet, il-Kumitat Eżekuttiv tal-ASMK iddeċieda li jerġa' jagħmel tentattiv ieħor waqt l-attività li mistennija ssir illum, fejn se jkun hemm ħin biex wieħed jista' jirkeb bħala passiġġier ma' xi sewwieq tal-Autocross fejn ikun jista' jdur ftit dawriet mal-korsa biex jesperjenza ftit minn dak li jgħaddi minnu s-sewwieqa. L-Assoċjazzjoni tgħid li dawn ir-rides diġà saru fi snin oħra u qed jerġgħu jsiru biex spettatur jirkeb f 'karozza tal-Autocross madwar il-korsa li se jinstaqu minn sewwieqa ta' esperjenza u fuq regoli stretti matul dawn ir-rides. Intant, nhar is-Sibt 9 ta' Jannar, l-ASMK organizzat il-finali A u B u dik Autocross Standard, fejn fuq l-istarting line, fit- 3pm rajna s-sewwieqa ta' din il-Klassi li kienu Karl Scicluna fuq Peugeot 206, Johann Vella fuq Opel Nova, Melvin Buttigieg fuq Citroen AX, Traydon Bailey fuq Ford Ka u Ian Fenech fuq Citroen AX. Mat-tluq ta' din il-finali, assistejna għal inċident bejn Scicluna u Bailey fejn twaqqfet it-tigrija. Qabel it-tieni start, iż-żewġ sewwieqa li ħolqu l-inċident ġew imwissija b'warning kull wieħed mill-Kumitat tal- Autocross. Mat-tluq rajna lil Vella jisraq l-ewwel pożizzjoni wara ħarġa tajba segwit minn Buttigieg u Scicluna. Matul din il-finali ma kellna l-ebda tibdil, bir-riżultat finali jispiċċa b'Vella rebbieħ segwit viċin minn Buttigieg u Scicluna. Fir-raba' u l-ħames post spiċċaw Bailey u Fenech rispettivament. Fil-Finali ta' klassi B rajna start line kompost minn Matthew Borg fuq Vauxhall Nova, Jonathan Camilleri fuq Opel Corsa, Karl Micallef, Ryan Scicluna u Christian Apap it-tlieta fuq Ford Fiesta u Joseph Micallef fuq Opel Corsa. Mat-tluq, rajna ħarġa tajba minn J. Micallef u Camilleri b'J. Micallef jieħu t-tmun tat-tiġrija segwit minn Camilleri u Borg. L-attenzjoni mill-ewwel marret fuq is-sewwieqa klassifikati fit-tieni u t-tielet post rispettivament, meta Borg beda jagħmel pressjoni fuq Camilleri sakemm fis-sitt dawra, Borg sab l-opportunità biex avvanza post 'il quddiem. Il-finali spiċċat b'Joseph Micallef jirbaħ quddiem Borg u Camilleri rispettivament. Fir-raba' post, daħal Karl Micallef filwaqt li fil-ħames post spiċċa Scicluna. Fil-Finali ta' Klassi A, rajna linja tat-tluq komposta minn Christian Mark Galea fuq Fiat Ritmo, Patrick Cassar u Malcolm Borg, it-tnejn fuq Opel Corsa, Ivan Birmingham fuq Suzuki Swift, Jurgen Mallia fuq Honda Civic u Josef Grech fuq Ford Fiesta. Mat-tluq ta' din il-finali rajna lil Galea flimkien ma' Borg jagħmlu ħruġ tajjeb ħafna tant li ħadu t-tmun tal-finali b'Galea fuq quddiem segwit minn Borg u Cassar li dan tal-aħħar mill-ewwel beda jipprova jsib kull spazju biex jista' javvanza sakemm fis-sitt dawra, Cassar issupera lil Borg bir-riżultat li l-finali spiċċat b'Galea rebbieħ għal darb'oħra segwit minn Cassar u Borg rispettivament. Fir-raba' post spiċċa Birmingham filwaqt li Mallia u Grech irtiraw mit-tiġrija. Intant, nhar il-Ħadd li għadda, l-ASMK, kienet impenjata f 'Għawdex fejn f 'Ħondoq ir-Rummien fil- Qala, l-ASMK organizzat it-tielet attività Enduro. Għal din l-attività, irreġistraw 32 kompetitur maqsuma fit-tliet klassijiet, dik A bil-muturi żgħar b'ċilindrata taħt il-250cc, klassi B għall-muturi ikbar minn 250cc ċilindrata u klassi C li fiha jaqgħu l-muturi kollha Trials. Fi Klassi A rajna lil Andrea Scicluna u Nigel Anastasi, it-tnejn fuq muturi KTM jiddominaw din il-klassi b'Anastasi jkun l-aħjar kompetitur fl-ewwel heat tiegħu, b'ħin ta' 4 minuti 17.38 sekondi u Scicluna għamel ħin tajjeb ħafna ta' 4 minuti 8.26 sekondi biex spiċċa rebaħ din il-klassi segwit minn Anastasi. Fit-tielet post spiċċa Roger Grima fuq mutur Yamaha b'ħin ta' 4 minuti 27.58 sekondi filwaqt li fir-raba' post spiċċa Daniel Caruana fuq mutur Honda b'ħin ta' 4 minuti 50.93 sekondi. Fi Klassi B rajna lil Matthew Gauci fuq Sherco jkompli jiddomina l-Enduro f 'Malta b'ħinjiet fenominali fejn bil- kapaċità li huwa għandu, diffiċli wieħed jikseb ħin aħjar minnu. Gauci rreġistra l-aħjar ħin tiegħu fl-ewwel heat u kompla jtejjeb il-ħin tiegħu fit- tieni heat b'dak ta' 3 minuti 22.58 sekondi. Gauci kien segwit mill-aħwa Scicluna - Joseph u Ian, it-tnejn fuq muturi KTM, b'Joseph jispiċċa fit-tieni post bl-aħjar ħin tiegħu ta' 3 minuti 35.55 sekondi, filwaqt li Ian spiċċa fit- tielet post b'ħin ta' 3 minuti 41.75 sekondi. Fir-raba' post spiċċa John Attard fuq mutur KTM b'ħin ta' 3 minuti 44 sekonda. Fi Klassi C fil-muturi kollha Trials rajna liż- żewġ sewwieqa Għawdxin jiddominaw din il-klassi b'Renato Mizzi fuq mutur Beta jirbaħ il-klassi b'ħin ta' 4 minuti 23.06 sekondi. Mizzi kien dejjem segwit minn Josmar Mizzi fuq mutur Gas Gas b'ħin ta' 8 minuti 25.04 sekondi. Il-ġurnata overall għat- tielet darba matul dan l-istaġun, intrebħet minn Matthew Gauci bl-aħjar ħin ta' 3 minuti 22.58 sekondi. Ir-Runner Up tiegħu Joseph Scicluna fuq KTM irreġistra ħin ta' 3 minuti 35.55 sekondi. L-ASMK xtaqet tirringrazzja lill-Kunsill Lokali tal-Qala, Transport Malta, il-Ministeru għal Għawdex, il-Pulizja f 'Għawdex u l-Gozo Sports Board fejn l-ASMK qalet li dejjem issib l-għajnuna minn għandhom kull meta jkollha bżonn. Iktar informazzjoni wieħed jista jsibha fis-sit elettroniku tal- assoċjazzjoni www.asmk. org.mt jew fil-paġni ta' facebook, bl-isem ta' A.S.M.K. Malta jew Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi. Wieħed jista' jagħmel kuntatt ukoll bl- email fuq info@asmk.org. mt. Ritratt i: Mario Micallef Johann Vella fuq Opel Nova segwit minn Melvin Buttigieg fuq Citroen

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 17 January 2016