Illum previous editions

illum 17 January 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/627672

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 35

18 illum | Il-Ħadd 17 ta' Jannar 2016 Il-PM fl-Ewwel tas-Sena Opinjoni I l-media lokali qed tiffanga fuq kwistjoni wara l-oħra mingħajr mal-aħbar tkun diġestita bis-serjetà. Qed ikun hemm overkill fuq kwistjoni wara l-oħra. U l-effett tal-kritka inċisiva qed jintilef taħt mantra retorika instigata mill- Oppożizzjoni li issa bdiet tirrepeti lilha nnifisha bla hedha. Iżda li hemm bżonn hi analiżi kritika li tidħol fil- fond tal-affarijiet. Nieħdu per eżempju l-messaġġ tal-ewwel tas-Sena tal-PM u l-gidba manifatturata, "fil- kċina tal-koppja miżżewġa friska." L-istress kellu jkun (1) fuq kif il-PM ipprova jqarraq bil-poplu; (2) fuq kif il-koppja tal-Construct Furniture qed tgħix f 'lussu privileġġjat li numru kbir ta' familji Maltin mhux biss ma jaffordjawx, talli hemm uħud li qed jgħixu f 'miżerja li tfakkrek fil-kundizzjonijiet ta' żmien Dickens, bħal dawk li jgħixu f 'kerrejjiet bla dinjità umana. Naħseb li biex saret il-produzzjoni bombastikament redikola tal-pjanuforti u l-orkestra fuq l-irdum, intefqu bil- wisq aktar mit-€8,000 li ddikkjara l-Gvern. Imma anki kieku stess intefqu €8,000 biss, b'dawk il-flus kienu jissewwew djar u apartamenti fejn għad hemm Maltin jgħixu bħal bhejjem. Soċjaliżmu demokratiku għidt? Jew mandra ta' korruzzjoni li tiffalsifika għal kollox il-kunċett tal- ugwaljanza? It-tixrid tal-armi fl-Istati Uniti Fl-Istati Uniti tista' tidħol f 'gun show bil-prezzijiet imraħħsin sew. Mara tista' tidħol bil-pushchair bit-tifel fih, jimmira lejk xkubetta kbira tal-plastik. Il-kultura tal-firearms hi interzjata fil- psike tal-Amerikani. Fil-bejgħ tal-armi, tista' tixtri arma għal mitt dollaru, 'no questions asked'. Trid biss turi li għandek liċenzja tas-sewqan. Issa l-President Obama qed jgħid li hu determinat li jieħu passi biex jikkontrolla t-tixrid tal-armi. Id-'dritt' li żżomm arma fuqek hu garantit fit-tieni artiklu tal- Kostituzzjoni, iżda f 'dawn l-aħħar għaxar snin kien hemm kontroversja sħiħa dwar x'ifisser eżatt it-tieni artiklu tal-Kostituzzjoni. X'ifisser 'id-dritt'? Li hu ċert hu li żdiedu l-attakki mġienen bl-addoċċ fuq nies ċivili. Obama jrid jaqbeż lill- Kungress biex jikkontrolla l-armi. F'intervista lill-media, sostna li kontinwament qed jirċievi talbiet mill-ġenituri u l-għalliema biex jieħu passi. Il-problema hi kumplessa u mhux magħruf kemm Obama se se jirnexxilu jsolviha. Jiffaċċjawh hemm konsiderazzjonijiet politiċi kumplessi. Kull sena, 30,000 ċittadin Amerikan jitilfu ħajjithom minħabba sparaturi frekwenti: vjolenza domestika, suwiċidji u attakki 'tal-massa'.U minkejja dan, il-kwistjoni ġabet fl-Istati Uniti klima polarizzata għax il-Kungress qed jopponi miżuri biex ikunu kkontrollati l-armi. Il-Caritas tagħti l-eżempju L-inizjattiva li ħadet il-Caritas biex fil-Milied issir ikla għal dawk oppressi mis-solitidni kien jixirqilha ħafna aktar attenzjoni fil-media. Il- Caritas m'għandhiex mezzi radjufoniċi-televiżivi, u għalhekk trid tiddependi fuq mezzi oħra tax- xandir biex tħabbar x'qed tagħmel b'solidarjetà fejn hemm it-tbatija, fiżika jew mentali. Kien importanti li din l-attività unika kienet irrekordjata fil-gazzetta It- Torċa minn Charles Miceli (3.1.2015), li dejjem wera li hu sejf u tarka għall- iżvantaġġjati u foqra ta' kull tip. Terġa' u tgħid, taħt il-kappa tal-Caritas jixxierku bosta għaqdiet, bħal dawk tar- romol, is-separati, oħrajn bi problemi emottivi u ta' ansjetà, dawk li jeħtieġu għajnuna terapewtika u oħrajn. Miceli kellu punt ta' min jagħti kasu meta ssuġġerixxa li forsi l-Kunsilli Lokali ma jibqgħux jagħmluha biss ta' dipartimenti tal-Gvern, iżda jħarsu b'ottika aktar ħanina lejn l-inugwaljanzi u t-tbatijiet soċjali fil- komunità. Iridu jibdew iħarsu lejn il-kundizzjonijiet soċjali fil-ħajja ta' kuljum. Għaddewli leaflet li Kunsill bħal dak tal-Mosta diġà beda jaħseb fuq linji simili. Hemm maħsub programm jismu Mosta Solidali. Il-Caritas tat l-eżempju. Uriet fil-prattika, mhux bil-fanfarunati, x'għandha tfisser is-Sena tal-Ħniena. Meħtieġa revoluzzjoni medjatika fil-Knisja Fis-Sena tal-Ħniena 2016, il-Knisja qed tgħix f 'era mibdula kulturalment. Qed tgħix l-epoka tar- relattiviżmu. Il-Knisja trid tkun preżenti b'messaġġi ċari speċjalment fil-media tagħha. Anki l-iskejjel tal-Knisja jridu jkunu miftuħin għall- konvinzjoni Kattolika u mhux għall-istatus tal- ġenituri u wliedhom. Trid issir insistenza fuq il-mixja tal-fidi u t-tifsira attwali tal-ħniena, l-aktar mal-emarġinati. Il-Knisja trid tkun preżenti l-aktar fejn hemm it-tbatija u l-emarġinazzjoni, mhux iċ- ċelebrazzjoni trionfalista. U lanqas is-sensazzjonaliżmu ta' dehriet finti bħal dawk ta' Anġelik Caruana: l-organu Leħen is-Sewwa għamel żmien twil jimbotta aħbarijiet relatati ma' Borġ in-Nadur. Mill-ġdid il-Knisja Maltija trid tagħżel bejn it-tradizzjoni u l-avvent profetiku tal- evanġelizzazzjoni attiva. Fi kliem ieħor, il-Knisja teħtieġ tagħti leħen konkret lill-Vanġelu. Hawn ukoll il-media għandu jkollha vokazzjoni preċiża. Ir- retorika fil-media tal-Knisja trid tinbidel fi spiritwalità awtentika, komponent li għal bosta Maltin u Għawdxin ifisser ftit li xejn, minħabba l-varniċ tal- kostumi qodma. MEDIASPOT MINN MARIO AZZOPARDI "Soċjaliżmu demokratiku għidt? Jew mandra ta' korruzzjoni li tiffalsifika għal kollox il-kunċett tal-ugwaljanza?" 30,000 ċittadin Amerikan jinqatlu bl-armi kull sena

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 17 January 2016