Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/627672
6 illum | Il-Ħadd 17 ta' Jannar 2016 Aħbarijiet Minn Ġuża tal-Girgenti għal L-ILLUM tħares lejn ix-xebħ u d-di erenzi bejn id-dehriet l-Girgenti u dawk f'Borġ in-Nadur minn Albert Gauci Cunningham IDDEHRIET tal-Madonna jew aħjar dawk in-nies li jgħidu li bdiet tidrilhom il-Madonna, mhux xi ħaġa li bdiet illum, la f 'Malta u lanqas f 'pajjiżi madwar id-dinja. F'Malta, id- devozzjoni Marjana hija kbira ħafna, ibda mid- diversi festi li għandna f 'dan il-pajjiż, kollha ddedikati lil xi Madonna jew oħra u ibqa' sejjer sal- isem tal-Isptar Ġenerali ta' Malta. Fil-fatt l-isem Mater Dei, omm tagħna, huwa riflessjoni tal-qima kbira u r-rispett li pajjiżi Kattoliċi għandhom lejn dik li jqisuha bħala l-omm Universali. Minkejja l-ħafna allegati dehriet, l-ILLUM se tħares, b'xi naqra għajn xettika lejn tnejn partikolari u tagħmel ftit ta' tixbih fejn jirrigwarda l-messaġġ li allegatament qed tibgħat il-Madonna. X'hemm simili fil-messaġġ tal-Madonna tal-Girgenti u dik ta' Borġ in-Nadur? X'hemm differenti? Min huma dawk in-nies li segwew lil Ġuża u min huma dawk li qed isegwu lil Angelik? Kif irreaġixxiet il-Knisja fiż- żewġ każi? U x'qalu dawk li kienu preżenti? Il-Madonna u l-Gvern ta' Alfred Sant Kemm fil-każ ta' Angelik u ħafna iktar fil-każ ta' Ġuża, id-dehra tal-Madonna kien fiha element politiku. Naturalment f 'pajjiż fejn il-poplu jedha jiddiskuti l-politika u fejn il-mentalità hija waħda tribali ta' blu kontra l-aħmar u viċi versa din ma tiġix wisq ta' sorpriża. Ġuża tibqa' famuża għas- suppost tbassir li għamlet meta qalet li se jkun qed jitla' Gvern Laburista u ma jdumx aktar minn sentejn. Tbassira li maż- żmien ingħatat dak in- naqra kulur, dejjem skont il-preferenza politika ta' min ikun qed jirrakontaha. Naturalment, wara li l-Gvern Laburista mmexxi minn Alfred Sant waqa' 22 xahar wara li kien elett, it- tbassir ta' Ġuża tas-Siġġiewi ngħata aktar kredibbiltà, u n-nies bdew imorru f 'numri akbar lejn il-Girgenti. Fil- fatt bdew tilgħin in-nies bil- gżuż bil-vannijiet u t-tours organizzati, mhux biss fuq inizjattiva individwali iżda wkoll fuq inizjattivi mhux uffiċjali, fuq livell ta' partit. Il-mistoqsija hija li jekk vera Ġuża kienet qed tara l-Madonna, xi skop kellha li tbassar li Gvern Laburista se jdum inqas minn sentejn? Kif issaħħet il-fidi tal-Maltin b'dan it-tbassir? U għaliex il-ħajja ta' Gvern Laburista kienet importanti għall-Madonna? Kif ma bassritx li se nidħlu fl- Unjoni Ewropea? Kif ma bassritx li Eddie Fenech Adami kien se jsir President tar-Repubblika? U kif ma bassritx li l-PN fl-2013 kien se jieħu l-akbar telfa elettorali fl-istorja politika moderna? Jekk huwa vera li Ġuża bassret il-ħajja ta' Gvern Laburista, nazzardaw ngħidu li kienet wisq selettiva u forsi xi ftit partiġġjana wkoll. Imma dan dejjem jorbot fuq jekk din it-tbassira hija vera jew inkella hix frott ta' min ried juża lil Ġuża, mara twajba u umli, għal skopijiet ulterjuri u partiġġjani Il-Madonna u d-divorzju Iktar riċenti kellna lill-Madonna, imma din id-darba f 'Borg in-Nadur, suppost tibki għax f 'Malta kien hemm ċans li jidħol id- divorzju. Skont Angelik, il-pajjiż kellu jesperjenza terremoti divini ta' rabja jekk jintroduċi d-divorzju. Fil-fatt, il-poplu vvota biex jidħol id-divorzju u għamel dan b'maġġoranza konsiderevoli u mhux talli ma seħħux ħafna mit- traġedji morali li qalu li se jiġru dawk li kienu kontra l-introduzzjoni tad-divorzju, talli dan it-terremot, għall- grazzja t'Alla, ma wasal qatt. Naturalment, l-eks Ministru Nazzjonalista Tonio Fenech kellu jgħaxxaqha u f 'artiklu li kien kiteb, żeffen lill- Madonna fin-nofs meta qal kemm din hija mdejqa li f 'Malta se jidħol id-divorzju. Kumment li kien kemm ikkritikat kif ukoll redikolat minn prattikament kulħadd. Il-messaġġ jew il- messaġġier? Minkejja li kemm il- Madonna ta' Ġuża kif ukoll ta' Angelik kellhom interess qawwi fix-xena politika lokali u internazzjonali, ir-reazzjoni tan-nies kienet differenti. Xi ħaġa li turi kif "Jekk vera Ġuża kienet qed tara l-Madonna, xi skop kellha li tbassar li Gvern Laburista se jdum inqas minn sentejn? Kif issaħħet il-fidi tal-Maltin b'dan it-tbassir?" "Dawk li tkellmu mal- ILLUM semmew lil Angelik jiġri b'idejh fil-ġibs filgħodu u mingħajr il-ġibs filgħaxija, kif ukoll ġabra li darba għamel għat-tfal tiegħu stess għax qal li kellhom kanċer" Ġuża kitbet diversi ittri fosthom lill-eks Prim Ministri Mintoff u Fenech Adami, lil Saddam Hussein dwar il-gwerra tal-Golf u lil Raegen li bgħatitlu pittura tal-Madonna Angelik Caruana