Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/627672
Il-Ħadd 17 ta' Jannar 2016 | illum 33 Sports Tragwardi u orizzonti ġodda għal Ryan Grech WARA diversi jiem ta' xnigħat u spekulazzjonijiet, nhar it-Tlieta filgħaxija, tħabbar kif il-plejer ta' 30 sena mwieled fl-1985 Ryan Grech, kien ingħaqad ma' Naxxar Lions sa tmiem l-istaġun, biex b'hekk issa se jkun qed jaffronta lill-eks plejers sħabu ta' Mosta, fid- derby jaħraq u tant mistenni imsejjaħ tat-Tramuntana, kontra Mosta. Dan hekk kif matul il-ġimgħat li għaddew, huwa talab li jingħata r-release mingħand Mosta, biex ikun jista' jfittex klabb ieħor, liema klabb deher li kien hemm ċans kbir li seta' jkun dak ta' Pembroke Athleta, iżda finalment Ryan Grech, għażel li jibda avventura ġdida fil-karriera tiegħu tal-futbol, propju ma' Naxxar Lions. Ryan Grech huwa prodott ta' Sliema Wanderers, u għamel id-debutt tiegħu fil-Kampjonat Premier ma' Pietà Hotspurs lura fl-istaġun 2005/06 wara li kien lagħab ma' Lija Athletic u Balzan b'self. Fl-2008 ingħaqad ma' Tarxien Rainbows, u eventwalment ma' Vittoriosa Stars u Sliema Wanderers. Huwa ngħaqad ma' Mosta fis-7 t'Awwissu tal-2012 fejn kellu esperjenza mħallta ma' dan it-tim, hekk kif kellu mumenti tajbin ħafna mal- Blues, iżda wkoll mumenti mhux daqshekk sbieħ, speċjalment f 'din l-ewwel parti tal-istaġun fejn għalkemm kien il-captain tat-tim, jidher li l-affarijiet xejn ma bdew ileqqu għalih mat-tim immexxi mill-kowċ bravu, Ivan Zammit. Propju ftit minuti wara li nhar it-Tlieta filgħaxija iffirma b'mod uffiċjali ma' Naxxar Lions, din il-gazzetta għamlet kuntatt mal-istess plejer, fejn tana dawn il-kummenti esklussivi rigward x'kien li wasslu biex jitlaq lil Mosta wara tliet snin u nofs, biex jingħaqad propju mal-ġirien iżda rivali kbar ta' Mosta, Naxxar Lions. "Lil Mosta tlabthom biex nieqaf minn magħhom, minħabba żewġ raġunijiet. L-ewwel waħda kienet dik li ma stajtx inkompli l-istaġun tiegħi magħhom, mingħajr ma nitħallas għal numru ta' xhur sħaħ, aktar u aktar wara li d-'deal' ta' Babangida falla, liema raġuni għadha misteru. It-tieni raġuni hi li ma qbiltx ma' ċerti deċiżjonijiet tal- kowċ fil-konfront tiegħi, fejn saħansitra filli kont captain tat- tim u filli sibt ruħi fuq il-bank tas-sostituti! Dan apparti li l-għaqda fit-tim ma baqgħetx kif kienet qabel," sostna Grech. "Intant," kompla jispjega l-plejer, "nixtieq nagħmel referenza għal programm sportiv li xxandar nhar il- Ħadd li għadda fuq stazzjon politiku lokali, fejn inħoss li meta president ta' klabb bħalma huwa George Galea ta' Mosta, jgħid li għax plejer jagħlaq 30 sena, dan ma jibqax validu, naħseb li jkun nuqqas ta' rispett min-naħa tiegħu lejja, wara tliet snin u nofs servizz lill-klabb ta' Mosta. Fil-verità, jien tlabt biex nieqaf minn ma' Mosta FC għar-raġunijiet li semmejt qabel. Madanakollu, nixtieq nirringrazzja lil dawk kollha li b'xi mod jew ieħor għenuni kemm fit-tajjeb kif ukoll fil-ħażin fil-klabb tal-Mosta, b'mod speċjali lil Emanuel Buhagiar u lil Pawlu Magri, li ironikament m'għadhomx jiffurmaw parti mill-klabb Mosti wkoll." Rigward kif qed iħares lejn l-esperjenza mat-tim il-ġdid tiegħu, Ryan Grech, sostna li, "Naxxar Lions laqgħuni ħafna, u ta' dan nixtieq nirringrazzjahom. It-tragward tal-klabb f 'dan l-istadju huwa s-salvazzjoni. M'għandix dubju li l-grupp issaħħaħ, u b'aktar determinazzjoni nistgħu ntejbu l-pożizzjoni tagħna fil- klassifika." Intant, meta mistoqsi fuq kif qed iħares lejn id-Derby tant mistenni tat-Tramuntana bejn Mosta u Naxxar Lions, hekk kif propju bħal-lum ġimgħa fl-4pm fil-Hibernians Stadium f 'Kordin se jkun qed jaffronta lill-eks plejers sħabu ta' Mosta, huwa tenna li, "id-derby tkun mistennija minn kulħadd. Personalment, se tkun l-ewwel darba li se nilgħab bi flokk aħmar minflok blu! Ninsab fiduċjuż fit-tim li għandna, għalkemm Mosta, kif tixhed il-klassifika, huma b'saħħithom ħafna, speċjalment fid-difiża. M'għandix dubju li se tkun logħba sabiħa bħal kull derby ieħor." Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, din il-gazzetta talbet lil Ryan Grech jekk jaħsibx li Naxxar Lions tabilħaqq se jirnexxielhom jevitaw ir- relegazzjoni għall-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni fi tmiem dan l-istaġun, fejn huwa kien pront wieġeb li "l-klabb Naxxari għadda minn fażi ta' transizzjoni f 'dan l-istaġun. Ovvjament mhijiex sitwazzjoni faċli, però ninsab fiduċjuż li aħna l-plejers, kif ukoll l-istaff tekniku se naħdmu bis-sħiħ, sabiex niggarantixxu staġun ieħor fil-Premier", temm jgħid Ryan Grech. Ryan Grech jirma kuntratt ma' Naxxar Lions sa tmiem dan l-istaġun, imkien mal-president il-ġdid, Pierre Sciberras 'Se naħdem u nistinka ħafna biex nikseb suċċess ma' Birkirkara' NHAR it-Tnejn filgħaxija, tħabbar li l-midfielder internazzjoanli ta' taħt id-19-il sena, Matthew Guillaumier, kien ingħaqad ma' Birkirkara b'mod uffiċjali, wara li ffirma kuntratt ta' erba' snin u nofs mal-Istripes. Din il-gazzetta bħas-soltu għamket kuntatt ma' dan il-plejer żagħżugħ, fejn kien mill-aktar disponibbli, u tana dawn il-kummenti rigward kif qed iħares lejn din l-esperjenza ġdida fil- karriera tiegħu, mat-tim immexxi mill-kowċ il-ġdid Kroat, Drazen Besek. "Ninsab eċitat ħafna għal din l-opportunità biex nilgħab ma' klabb li jisfida għar-rebħ tal-unuri," sostna l-plejer żagħżugħ. "Se tkun esperjenza ġdida għalija minħabba d-differenza fis- sapport tal-partitarji. Dan hekk kif ma' St Andrews, qatt ma kien hemm ħafna sapport, iżda ma' Birkirkara, żgur li l-istorja se tkun waħda differenti. B'hekk ninsab eċitat li f 'kull logħba jkolli dawk il-partitarji kollha warajja. Se naħdem u nistinka ħafna ta' kull ġimgħa, sabiex intejjeb il- livell tiegħi fil-futbol, kemm jista' jkun u nikseb suċċess ma' Birkirkara," temm jgħid Matthew Guillaumier. Matthew Guillaumier huwa prodott ta' St Andrews, u wara li għamel id-debutt tiegħu mat-tim tal-kbar ta' dan it-tim, meta kien għad kellu biss 15-il sena fl-Ewwel Diviżjoni, huwa kellu esperjenza qasira mat-tim Taljan ta' Empoli, lura fl-2013, qabel irritorna Malta biex jilgħab b'mod regolari ma' St Andrews, qabel f 'Mejju tal-2014, kien parti essenzjali mit- tim nazzjonali Mali ta' taħt is-17-il sena, li ħa sehem fil-Kampjonati Ewropej ta' taħt is-17-il sena organizzati propju f 'pajjiżna, u li ntrebħu mill-Ingilterra. Matthew Guillaumier jirma kuntratt ta' erba' snin u nofs ma' Birkirkara, biswit il-president ta' B'Kara, Adrian Delia