Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/627672
Il-Ħadd 17 ta' Jannar 2016 | illum 35 Nazzjonali ta' taħt il-21 sena Sports naslu biex niksbu riżultati ferm tajbin u prestiġjużi. Dan wassal biex intom tiksbu unur prestiġjuż fl-edizzjoni ta' din is-sena tal-MOC Sports Awards. X'fisser għalik personali kif ukoll bħala tim nazzjonali ta' taħt il-21 sena b'mod ġenerali dan l-unur? Dan kien unur kbir ħafna kemm għalija kif ukoll għal kull min hu nvolut fit-tim nazzjonali fosthom aħna l-plejers u staff tekniku li jinvolvi l-kowċis kollha tagħna. Ħdimna kollha b'ċerta serjetà u ninsab persważ li għad fadlilna iktar unuri x'nirbħu. X'tikkummenta fuq il-kowċ tat-tim nazzjonali ta' taħt il-21 sena Silvio Vella? Jidher li dan għandu fiduċja assoluta fik... Il-kowċ Silvio Vella jemmen bis-sħiħ fil- plejers kollha u għandu fiduċja kbira fija bħala plejer u captain tat-tim nazzjonali ta' taħt il-21 sena. Nixtieq li minn hawn nirringrazzjah b'mod partikolari għax qed jgħinni ħafna biex inkompli ntejjeb il-livelli tiegħi fil-futbol u navvanza iktar f 'dan l-isport. U x'inhuma l-kummenti tiegħek fuq l-eks kowċ tat-tim nazzjonali ta' taħt il-21 sena, Ray 'Żażu' Farrugia? Persważ li tgħallimt ħafna ħiliet tal- futbol mingħand dan il-kowċ b'ħafna esperjenza fil-futbol Malti... Dan il-kowċ bħalma diġà għidt għall-kowċis Paul Zammit u Silvio Vella jgħodd ukoll għalih għax dejjem ikun minn ta' quddiem biex jgħinni u jinkoraġġini biex insir futboler aħjar. Il-futbol Malti marid? Mhux marid, iżda fadlilna ħafna x'naħdmu biex ngħollu l-livell tiegħu. X'tikkummenta fuq l-MFA mmexxija mid-duo Norman Darmanin Demajo u Bjorn Vassallo? Dawn iż-żewġ persuni qed jagħmlu l-aħjar li jistgħu għall-akbar ġid tal-futbol Malti u lilna l-plejers dejjem ikunu minn tal-ewwel biex jgħinuna u jtuna l-aħjar li jistgħu. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil- futbol kemm bħala plejer ta' Birkirkara, kif ukoll bħala captain tat-tim nazzjonali ta' taħt il-21 sena? Ix-xewqa prinċipali tiegħi hija dik li mmur nilgħab barra minn Malta. Kellek xi offerti f 'dan il-rigward? S'issa għad le, iżda hemm xi aġenti li qed jippruvaw jaħdmu biex ikun hemm żviluppi rigward din ix-xewqa tiegħi. Fl-aħħar xhur rajnik tiddebutta b'mod uffiċjali mat-tim nazzjonali tal-kbar fil-konfront kontra l-Ġorġja, u iktar tard kontra l-Ġordan, fejn kellek żewġ prestazzjonijiet pożittivi. Jidher biċ-ċar li bħall-kowċ tat-tim nazzjonali ta' taħt il-21 sena, Silvio Vella, il-kowċ tat-tim nazzjoanli tal-kbar, Pietro Ghedin, daqstant ieħor għandu fiduċja massima fik. X'taħseb? Il-fatt li kelli ċ-ċans li nilgħab fl-istess tim ma' plejers tal-ogħla livell fil-futbol Malti fosthom Andrè Schembri, Michael Mifsud u oħrajn ippermettewli biex nitgħallem ħafna affarijiet fil-futbol, kif ukoll biex nikseb iktar kunfidenza biex nidħol iktar fit-tim. Dan għadu l-bidu tiegħi mat-tim nazzjonali tal-kbar hekk kif jien għad għandi biss 21 sena. Kif tqabbel ir-riżorsi li fihom tittrenjaw u tilagħbu f 'Malta meta mqabblin ma' dawk li intom bħala plejers tużaw meta tilagħbu logħbiet internazzjonali barra minn Malta? Aħna bħala klabb ta' Birkirkara għandna riżorsi tajbin però xorta waħda nemmen li dawn jistgħu jkunu ħafna aħjar. Però tittrenjaw l-Imġarr u mhux Birkirkara stess... Eżatt, m'għandniex riżorsi tagħna. Iżda kulħadd jaf li f 'Malta fejn jidħlu riżorsi fejn nittrenjaw u nilagħbu, aħna ferm limitati u għalhekk ma tistax tikkumaparahom ma' dawk ta' barra minn Malta, l-aktar għall-fatt li aħna pajjiż ferm żgħir. Bħala plejer żagħżugħ li ta' età żgħira rnexxielek diġà tikseb suċċess konsiderevoli, għaddi messaġġ lil dawk it-tfal jew żgħażagħ li jixtiequ jibdew karriera fil-futbol. Huma għandhom jemmnu bis-sħiħ fil-potenzjal tagħhom u jirsistu u jaħdmu ħafna għax jekk ma taħdimx u ma tirsistix żgur li mintix se tasal. Twieled t-8 ta' Settembru 1994. Rebaħ l-unur personali prestiġjuż tal-BOV Plejer tax-Xahar għal Diċembru tas-sena li għaddiet, għall-ewwel darba l-karriera tiegħu. Huwa l-captain tat-Tim Nazzjonali ta' taħt il-21 sena u fost l-aktar futbolers żgħażagħ li qed jimpressjona sa issa l-Kampjonat BOV Premier, bil-okk ta' Birkirkara. Jigi ħu l-eks plejer ta' Birkirkara u tat-tim nazzjonali Malti, William Camenzuli. Ix-xewqa prinċipali tiegħu hija dik li jmur jilgħab barra minn Malta. Ryan Camenzuli "Għalkemm għaddej minn żmien tajjeb ħafna, inħoss li l-qofol tiegħi kemm mat-tim nazzjonali ta' taħt il-21 sena kif ukoll ma' Birkirkara għad irrid nilħqu." Ritratti: Chris Mangion