Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/627672
Il-Ħadd 17 ta' Jannar 2016 | illum 25 Vjaġġi minn John Busuttil IRDUMIJIET maħruġin fuq il-bahar kaħlani, flora ta' rikkezzi mmensi, kuluri tal-ħxejjex Mediterranji u speċi tal-baħar li jgħixu f 'dan il-baħar meraviljuż u fuq kollox pajsaġġi maħluqa mill-bniedem maż-żminijiet. Villaġġi fuq il-baħar, immensità ta' dwieli u siġar taċ-ċitru neżlin mal-għoljiet li jagħtu għall-baħar kaħlani. Dan it-territorju ta' ġmiel naturali immudellat mill- bniedem ilu jeżisti għal diversi ċiviltajiet, għax għal darba, il-bniedem irnexxielu jindokra dak li ħoloq hu stess. Għal mitejn sena sħaħ, l-abitanti t'hawnhekk irnexxielhom jittrasformaw l-għoljiet xagħri f 'għelieqi produttivi billi mlew dawn l-għoljiet b'ħamrija li nġarret minnhom stess f 'basktijiet kbar u żammew il-ħamrija milli titkaxkar għall-baħar billi bnew bħal speċi ta' ħitan tal-ġebel. Ir-rebbieħ tal-premju Nobel tal-letteratura, Eugenio Montale jidefinixxi lill-abitanti ta' dawn in- naħat bħala ulied Ercole li bix-xogħol siewi tagħhom irnexxielhom jittrasformaw art xagħri għal art fertili. Il-popolazzjoni ta' dan it-territorju għall-bidu kienet tgħix fuq l-għoljiet biex b'hekk ikunu protetti mill-attakki kontinwi tas-Saraċeni. Iżda bil- mod il-mod, bdew jersqu viċin il-baħar, sakemm inħolqu l-ħames villaġġi. Riomaggiore, Manarola, Coniglia, Vernazza u Monterosso. L-isem ta' Cinque Terre tfaċċa għall- ewwel darba fis-seklu 15. Id-diversi fortifikazzjonijiet li għadhom jidhru f 'dawn il-villaġġi jagħtu stampa ċara li kienu baqgħu jiġu attakkati mill-pirati Saraċeni. Fis-seklu 18 kien introdott tren li jgħaddi minn villaġġ għall-iehor u b'hekk, seta' jinqata' l-użu tal-karozza li biex tmur f 'dawn il-villaġġi hu ferm skomdu. Minkejja dan, dawk li jixtiequ jgawdu x-xenarju mill-kosta, għandhom jagħmlu dan minn fuq it-'traghetti' li bħal ġurat, jaqbżu minn gżira għall-oħra u fl-istaġun sajfi jaħdmu regolarment minn Riomaggiore sa Monterosso. Għal dawk li jħobbu jimxu qalb in-natura, għandhom fejn jogħxew mat-trejqiet magħmulin apposta biex wieħed jista' jgawdi x-xenarju spettakolari minn kull villaġġ li żżur. Riomaggiore ħadet l-isem mix-xmara li fuqha hu mibni l-istess villaġġ. It- triq prinċipali li tinsab fuq ix-xmara hi l-bidu ta' toroq dojoq karatteristici tal-post li huma msejħa carugi, tipiċi ta' bliet oħra fil-Ligurja. Fil- parti t'isfel hemm l-villaġġ tas-sajd u l-parti ta' fuq, il-villaġġ tal-bdiewa. Manarola hu speċi ta' kustodju ta' rdum iswed li jagħti għall- baħar. Jingħad li dan il-villaġġ imur lura għal żmien ir-Rumani u kien sit ta' tempju ta' familja nobbli Rumana. Dan il-villaġġ hu magħruf għad-dwieli u għas-siġar tal-lewż u żebbuġ. Meta tkun fil-villaġġ, tħossok qed tirreċta l-ħajja bin-natura tħares lejk għax dan il-villaġġ hu mibni bħal amfiteatru bil-bini taħt u mdawwar bl-għelieqi telgħin sal-quċċata tal-irdumijiet, li jagħtu dehra ta' seating ta' teatru naturali. 377 tarġa jwassluk fuq l-uniku villaġġ mill-ħamsa li jinsab fuq għolja u mhux fejn il-baħar, Corniglia. Id-djar fuq Corniglia huma differenti mill-erba' villaġġi l-oħra. Huma aktar baxxi u aktar wiesgħa. Ħafna jsejħu lil Vernazza bħala l-Venezja tal-Ligurja għax għandha żewġ kanali għaddejjin minn nofs il- villaġġ. L-isem ġej minn tip ta' nbid li kien isir hawnhekk fis-seklu 14, vernaccia. Dan il-villaġġ kien mill-aktar importanti għax kien l-uniku villaġġ li kellu port naturali u kien isir negozju marittimu ma' Genoa. Il-ħitan tal-belt, il-kastell u t-tliet torrijiet f 'Vernazza, Torre di Trionfo, Torre Belforte u t-Torre del Castello Doria u diversi arkati juru l-importanza ta' dan il-villaġġ spettakolari. Monterosso hi belt maqsuma f 'żewġ partijiet, il-belt l-antika u l-moderna. Iż-żewġ partijiet huma maqsuma minn mina waħda li minnha jgħaddu n-nies bil-mixi u l-ftit karrozzi li hemm f 'din il-belt. Il-bajja tgħaddi matul il- kosta u użata sew mit-turisti kif ukoll min-nies tal-lokal u hi l-unika bajja li hi bir- ramel miċ-Cinque Terre kollha. Din hi l-aktar belt ċkejkna mfittxija mit-turisti fiż-żmien sajfi u fil-fatt, tkun imdewda bit-turisti. Dan il-villaġġ, li fil-fatt hu meqjus bħala belt, fl-1948 kien inqata' miċ-Cinque Terre minħabba li skont l-uffiċjali Taljani dan il- villaġġ kien kunsidrat kbir wisq biex ikun parti mit- trejqa storika. Iżda sena wara reġgħet ġiet introdotta. Kif iddurhom It-treni huma frekwenti u jgħaqqdu l-ħames villaġġi li jitilqu minn La Spezia. Għalkemm l-aktar spettakolari huma t-traghetti li fil-fatt huma l-aktar għoljin fil-prezz. Jekk ikun maltemp, ma jaqblilkomx tmorru bil-baħar għax taqilgħu l-istonku. Il-mixi hu l-aktar popolari fejn hemm passaġġi apposta minn fejn wieħed jista' jimxi matul dawn il-villaġġi, fit-trejqiet fuq l-ogħla partijiet tal-villaġġi u wieħed jista' jimxi matul il-kosta u jesplora Volastra (fuq Manarola), Monte Negro (fuq Riomaggiore) jew il- parks ta' bejn Levanto u Monterosso. Biex timxi ma' dawn it-trejqiet, wieħed irid jixtri 'pass' li jiswa €5 li jkunu għall-bejgħ fejn l-istazzjonijiet tat-tren. Wieħed jista' anke jħallas supplement ta' €3 u jkun jista' jirkeb it-tren kemm irid matul il-ġurnata kollha. Iċ-Cinque Terre huma spettaklu naturali maħluq mill-bniedem u msebbaħ mill-baħar Mediterran. Kif Tasal L-aħjar mod kif tmur hu billi taqbad ir-RyanAir għal Pisa u minn hemm issib mezzi bħal tren jew coaches li jwassluk dritt La Spezia. Wieħed anke jsib tours organizzati minn Firenze għaċ-Ċinque Terre. Iċ-Cinque Terre: Spettaklu naturali maħluq mill-bniedem Riomaggiore Vernazza Manarola