Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/627672
Il-Ħadd 17 ta' Jannar 2016| illum 5 Aħbarijiet minn Veronica Lynn Mizzi LALLEGATI dehriet ta' Borg in-Nadur, ġew dikjarati li mhux ġejjin minn Alla, u dan waqt li ġew żvelati stejjer ta' nies li kienu morda bil-kanċer u li suppost tfejqu minn Angelik, imma mietu biss xahrejn wara. Din il-gazzetta żvelat ukoll li xi xhieda fil-każ ta' Angelik allegatament intalbu l-eluf ta' euros wara li żaru Borg in-Nadur, u dan mingħajr lanqas biss rendikont ta' x'sar minnhom l-istess flus. Fid-dawl tad-deċiżjoni tal-Knisja li toħroġ digriet li jgħid li l-allegati dehriet ta' Angelik, ma kinux ġejjin minn Alla, l-ILLUM marret fit-toroq tal-Belt Valletta biex tistaqsi lin-nies jekk jaqblux mad-deċiżjoni tal-Knisja li tagħmel dan. Waqt li wħud taw il-benefiċċju tad-dubju għaliex sostnew li hu biss kien jaf x'qed jara, il-maġġoranza assoluta m'emmnux fid-dehriet tal- istess Angelik, b'uħud jgħidu li l-Knisja damet taħsibha wisq biex toħroġ tali deċiżjoni. Ara wkoll paġni 6-7 u segwi il-filmat fuq illum.com.mt Tony Borg – Valletta Michael Bonnici Soler – Tas-Sliema Mario Mintoff – Valletta Kevin Borg – Attard Bernadette Apap Bologna – Tas-Sliema Nannette Muscat – Raħal Ġdid Maria Muscat –Valletta Charles Darmanin – Ħal Qormi Carlo Borg – Valletta Rita Vella – Mosta Li jħoss u jara l-bniedem ħadd ma jista' jiġġudikah, imma min-naħa l-oħra, nifhem li l-Knisja qed tgħid li mhux qed jidhru dawn l-affarijiet. Dan bħal meta kien hemm id- dehriet tal-Madonna lit-tfal f 'Lourdes fejn għall-ewwel m'emmnuhomx u kien hemm ħafna kontroversja. Dażgur li naqbel mal- Knisja, u bil-kif. Ma nafx jekk kinux ivvintawhom dawn id-dehriet. Naqbel mal-Knisja u naħseb li damet wisq taħsibha biex tohrog id-deċiżjoni tagħha. Naħseb li dawn huma immaġinazzjonijiet tal- bniedem. Iva, naqbel mal-Knisja. Ma nemminx li qed jiġru dawn id-dehriet u naħseb li qed jivvintahom. Iva naqbel mal-Knisja, u deher mill-bidu li ma kienx veru dak li qed jgħid. Naħseb li d-dehriet kienu ġejjin minn moħħ Angelik, jiddispjaċini għalih, imma mhux vera. Naqbel totalment mal- Knisja, u minn dejjem kont naħseb hekk. Issa d-dehriet ma nafx minn fejn ġejjin, imma żġur li mhux ġejjin mill-Mulej. Jiena pjuttost rajthom iktar bħala reċti dawn. Jien naqbel mal-Knisja, għax mhux vera li jara l-Madonna. Naħseb li kien qed jivvinta. Id-demm li kien jagħmel, mhux min tiegħu stess kien? Biex forsi jgħidu li l-Madonna għamlet miraklu? Naqbel mal-Knisja. Biss biss fuq din tad-demm li beda jgħid, deher li mhux vera, għax kien tiegħu stess. Jekk hija statwa, jista' joħorġilha d-demm? Ma' naqbilx ma' Angelik, u anke meta jara l-ostja ġejja. Nemmen li jeżisti Alla imma Anġelik mhux vera. Il-Knisja għandha kull dritt li tgħid favur jew kontra. Int tista' tgħid li qed tara l-ostji għaddejjin jew qed ikellmek il-Bambin u tarah jibki, u ma jkun veru xejn. Jien għalija, qatt m'emmintu, u meta tara wiċċu, jagħtik l-impressjoni li hi ħaġa fittizja. U mela kieku l-Madonna se tgħidlek biex timtela' bit-tattoos? Jekk il-Knisja għandha l-provi li mhumiex vera, naqbel li qalet hekk. Naħseb li la l-Knisja, wara dan iż-żmien kollu waslet biex tgħid l-opinjoni tagħha, naħseb li għandha l-provi għal dan. Min jemmen lil Angelik? Ritratti: Ray Attard