Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/643089
2 illum | Il-Ħadd 21 ta' Frar 2016 SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun pubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda 19 32 30 35 63 3 17 6 EMPIRE Pharmacy, 77, Triq it-Teatru l-Antik, Valletta BROWN'S Pharmacy, 706, Triq il- Kbira San Ġużepp, Ħamrun ST. Venera Pharmacy, 532, Triq il- Kbira San Guzepp, Santa Venera PHARMAPLUS, Triq Ganu, Birkirkara REGAL Pharmacy, 39B, Triq Antonio Bosio, Msida SPIŻERIJA Kappara, Żbibu Lane, San Ġwann EDWARD'S Pharmacy, 115, Triq Manwel Dimech, Sliema ILMEĦRIEŻ Pharmacy, 31, Triq Giovanni Curmi, Iklin MEDICINE Chest Pharmacy, Triq Demitriju Farrugia, Għargħur REMEDIES Pharmacy, 111, Triq George Borg Olivier (previously "Mellieħa Pharmacy"), Mellieħa ST. Monica Pharmacy, 157, Triq Santa Monica, Paola VERDALA Pharmacy, 57, Triq il- Gendus, Bormla SAN Tumas Pharmacy, Triq il-Qalet C/W Triq il-Lampuka, Marsascala MARTIN'S Pharmacy, 182, Triq Birzebbugia, Birżebbuġa ST. Andrew's Pharmacy, 25, Triq Dun Pawl, Luqa THE Bypass Pharmacy, Mons. Mikiel Azzopardi Street, Siġġiewi NOVA Pharmacy, 142, Triq il-Kulleġġ, Rabat PALM Pharmacy, 2, Triq Palma, Victoria TA' Pinu Pharmacy, Franġisk Portelli Street, Għarb AIRPORT Pharmacy, Ground Floor Arrivals Lounge, MIA Terminal, Luqa L-OGĦLA: 18˚Ċ L-INQAS: 10˚Ċ TEMP: Sabiħ VIŻIBILITÀ: Tajba RIĦ: Majjistral forza 4 għal 5 lokalment forza 5 għal 6 li jon- qos għal forza 4 għal 5 u jdur mill-Punent Majjistru mal-lejl BAĦAR: Moderat għal qawwi loka- lment qawwi għall-ewwel, li jsir moderat billejl IMBATT: Baxx mill-Majjistral L-OGĦLA: 19˚Ċ L-INQAS: 11˚Ċ TEMP: Sabiħ bi sħab għoli li jiżdied VIŻIBILITÀ: Tajba RIĦ: Punent Majjistru forza 4 għal 5 lokalment forza 5 għal 6 għall-ewwel, li jonqos u jdur mill-Punent forza 3 għal 4 u jsir min-Nofsinhar il-Lbiċ forza 3 għal 4 filgħaxija BAĦAR: Ħafif għal moderat lokalment moderat għall-ewwel, li jsir ħafif IMBATT: Baxx mill-Majjistral Il-Ministru Bonnici ma jgħidx jekk għandhiex tiġi regolarizzata l-industrija tas-sess minn Mark Borg FIDDAWL tar-rapporti ppublikati fuq l-ILLUM dwar servizzi ta' 'escorts', din il- gazzetta saqsiet lill-Ministru tal-Ġustizzja Owen Bonnici jekk il-Gvern għandux pjanijiet jew intenzjoni biex jgħaddi liġi li tirregola dawn l-attivitajiet onlajn. Saqsietu wkoll x'passi jistgħu jittieħdu biex jiġu mħarsa s-sigurtà kemm ta' dawk li qed joffru dan is-servizz, kif ukoll il-klijenti li qed jixtru dan is-servizz. L-ILLUM staqsiet ukoll jekk hux se jiġu regolarizzati attivitajiet bħal tal-'escorts' ladarba din l-industrija qed topera f 'pajjiżna. Minkejja li l-ILLUM bagħtet dawn il-mistoqsijiet nhar is-27 ta' Jannar, il-Ministru tal-Ġustizzja Owen Bonnici baqa' ma rrispondiex. Dan minkejja li l-Ministeru tiegħu rrispondiena għall-mistoqsijiet oħra li konna bgħatna fl-istess jum. Fil-fatt fil-ħarġa tas-7 ta' Frar din il-gazzetta kienet irrapurtat kif Bonnici kien qal li 's'issa m'hemm l-ebda liġi li tirregola l-hekk imsejħa escort services' u li 'l-qligħ minn fuq il-prostituzzjoni, l-abbuż tal-minuri, it-traffikar ta' persuni u reati kriminali oħra, min iwettaqhom ikun espost għal dak li jipprovdu l-liġijiet kriminali applikabbli.' Minkejja li konna preżentati b'dawn il-fatti, il-Gvern jidher li ma jixtieqx jikkumenta dwar x'pożizzjoni se jkun qed jieħu u f 'liema direzzjoni jixtieq imur fir-rigward ta' din il-kwiustjoni. Fl-aħħar żewġ ħarġiet tal-gazzetta ILLUM kienu ppublikati żewġ stejjer dwar l-industrija tal-escorts f 'pajjiżna u l-industrija tas-sess inġenerali. Irrapurtajna kif hawn aktar minn 800 mara, il-biċċa 'l kbira tagħhom barranin, li qed jipparteċipaw f 'din l-industrija. Fil-ħarġa tal-ILLUM tal-Ħadd li għadda kkomparajna is- sitwazzjoni legali f 'Malta ma' pajjiżi Ewropej oħra, b'sors li tkellem ma' din il-gazzetta jiddeskrivi s-sitwazzjoni bħala limbu legali. Għalkemm il- prostituzzjoni minnha nnifisha mhux illegali, m'hemmx liġijiet li jirregolaw dawn l-attivitajiet. B'dan il-limbu jfisser li l-industrija ssir waħda klandestina u azzjonijiet klandestini hemm tendenzi li jsiru dominati minn elementi kriminali li jaħdmu mingħajr skrupli u limiti legali. F'dan il-limbu, wieħed ma jistax jieħu l-passi meħtieġa biex jassigura li l-ambjent fejn isiru dawn l-attivitajiet ikun nadif u sigur, li s-saħħa kemm ta' dawk li qed joffru s-servizz u l-klijenti tagħhom hi mħarsa, li tieħu statistika biex tara kemm hi kbira din l-industrija u t-tip ta' persuni li qed jipparteċipaw fiha u għaliex. Wieħed lanqas ma jista' jipproteġi lin-nisa li qed joffru dan is-servizz minn esplojtazzjoni u l-klijenti tagħhom minn riskju ta' rikatt u perikli oħra. Malta mhux waħidha f 'dan, għax hemm diversi pajjiżi oħra fl-istess ilma. Fl-interess ta' dawk il-qarrejja li segwew dawn l-istejjer, l-ILLUM xtaqet tkun taf jekk f 'Malta hemmx pjanijiet li noħorġu minn dan il-limbu legali. L-ILLUM tkellmet ma' persuna involuta f 'din l-industrija, li xtaqet tibqa' anonima, qalet li tixtieq li l-industrija tiġi regolarizzata. Qalet ukoll li tħoss, "li wasal iż- żmien li noħorġu rasna minn ġor-ramel u niffaċjaw ir-realtà u ma nibqgħux nippretendu li dawn l-affarijiet mhumiex jiġru madwarna." Qalet li "wasal iż-żmien li naċċettaw li dawn l-attivitajiet mhux se nwaqqfuhom għax fejn hemm servizz li xi ħadd irid jixtri u li xi ħadd ieħor lest li joffri, din l-attività se tkompli. Wasal iż-żmien li naċċettaw li jekk mhux se nirregolarizzaw din l-industrija, din se tibqa' moħbija u allura tħalli persuni suxxettibbli għall- abbużi u r-riskji għal dawk li jipparteċipaw fiha u l-familji tagħhom." Qaltilna li rridu naċċettaw li fil-ħajja, nies differenti għandhom morali u valuri differenti u rridu nkunu kemm jista' jkun inklużi u ma nkomplux nemarġinaw aktar u aktar membri tas-soċjetà. "Għamilna ħafna progress soċjali f 'oqsma oħra tas- soċjeta. Għaliex mhux din?" temmet tgħid. "Jekk mhux se nirregolarizzaw din l-industrija, se tibqa' moħbija u allura tħalli persuni suxxettibbli għall-abbużi u r-riskji" It-Trasport Pubbliku f 'Reporter FILPROGRAMM Reporter ta' għada t-Tnejn, Saviour Balzan se jkun qed jiddiskuti t-trasport pubbliku mal-Ministru responsabbli minn dan il-qasam, Joe Mizzi u max-shadow minister Marthese Portelli. Reporter se jkun qed jistaqsi dwar il-kuntratt tal- Alesa, l-istennija tal-pubbliku għal servizz aħjar u iktar effiċjenti ta' trasport, u x'inhu jikkawża l-problemi f 'dan il-qasam. Il- programm Reporter jixxandar nhar it-Tnejn fl-22.05 fuq TVM. Joe Mizzi Marthese Portelli