Illum previous editions

ILLUM 21 Frar 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/643089

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 35

Il-Ħadd 21 ta' Frar 2016 | illum 3 Aħbarijiet ġimgħat wara... minn Mark Borg "TAĦWID enormi," qaltli mara anzjana waqt li kienet qed tħares lejn it-tabelli biex tipprova tifhem minn fejn se taqbad il-karozza lejn iż-Żejtun. "M'hawn ħadd lil min tistaqsi," qaltli oħra, "u tispiċċa tistaqsi nies oħrajn li jafu anqas minnek." Dan qalitu mal- ILLUM passiġġiera anzjana fil-venda tal-karozza tal- linja ħdejn l-isptar Mater Dei meta din il-gazzetta marret hemm għall-ħabta tal-10.30 ta' filgħodu iktar kmieni din il-ġimgħa. Dan l-ilment, flimkien ma' diversi lmenti oħra li qed nippublikaw illum, jiġu fid- dawl ta' rapport ippublikat fuq l-ILLUM fis-17 ta' Jannar li għadda. Dakinhar l-ILLUM kienet irraportat tgerfix, taħwid u rabja f 'din l-istess venda. Għalkemm ħames ġimgħat wara jidher li hemm ħafna anqas rabja fost il-passiġġieri f 'din il-venda, il-konfużjoni ċertament għadha hemm. Fil-ħin li konna fuq il-post deher li l-karozzi tal-linja kienu qed jgħaddu b'mod regolari, jieqfu, jgħabbu n-nies u jsuqu 'l hemm. Is-sitwazzjoni dehret li tjiebet wara ħames ġimgħat għalkemm il-passiġġieri li kienu qed jistennew, ma tantx dehru li kienu qed jaqblu mal- konklużjoni tagħna. "Dan mhux rocket science," qalli passiġġier anzjan ikemmex xofftejh, "imma jidher li ħadd mhu kapaċi jirranġa s-sitwazzjoni. Kieku jtejbu t-trasport pubbliku, fejn għallinqas inkunu nafu x'ħin ġejjin, u mhux iħalluna nistennew fil-ksieħ, kieku jkun hemm ħafna aktar nies li jużaw is-servizz." Il-livell ta' frustrazzjoni tan-nies kien ekwivalenti għall-ammont ta' ħin li kienu ilhom jistennew. Kien hemm nies li għamlu biss ftit minuti jistennew qabel ma ġiethom il-karozza u rikbu. Oħrajn damu nofs siegħa u oħrajn kien ilhom qrib siegħa. L-ILLUM iltaqgħet ma' żewġ problemi partikolari. Waħda tirrigwarda n-nuqqas ta' informazzjoni dwar is-servizz, li jinkludi d-destinazzjonijiet tal- karozzi u aktar importanti l-ħin li fih suppost jaslu l-karozzi fuq il-venda. L-oħra tirrigwarda l-atteġġjament tas-sewwieqa tal-karozzi tal-linja. Fil-venda ta' Mater Dei hemm problema oħra minħabba li hemm tliet waqfiet u l-passiġġieri jkollhom jistennew f 'wieħed minn dawn l-istejġis skont id-destinazzjoni tagħhom. Ma' dan l-artiklu qed nipproduċu ritratti tat- tabelli li hemm fuq dawn it-tliet waqfiet. L-ewwel stejġ għandu n-numri ta' karozzi li għandhom jieqfu hemm, iżda m'hemmx id- destinazzjoni tagħhom. Fuq it-tabella tat-tieni stejġ m'hemm assolutament xejn. Hija biss it- tabella tat-tielet stejġ li tagħti din it-tip informazzjoni, suppost uniformi f 'kull stejġ. L-informazzjoni dwar il-ħin ta' meta għandhom jgħaddu x-xarabanks, ħames ġimgħat wara li l-ILLUM kienet fuq il-post, għadha nieqsa bil-konsegwenza li min ikun qed jistenna quddiem Mater Dei, għadu mhux qed ikun infurmat dwar il-ħin li fih se tgħaddi tal-linja. Dawk li tkellmu magħna spjegaw kif minħabba li din l-informazzjoni hija nieqsa, "ma tagħmilx differenza li hemm servizz għal diversi bliet u rħula madwar Malta, għax in-nies, la ma jafux fi xħin ġejja l-karozza, jippreferu jieħdu l-ewwel karozza li tkun sejra lejn il-Belt, biex imbagħad jieħdu l-karozza li jridu minn hemm. Dejjem aħjar milli jistennew għal karozza li m'għandhomx idea meta se tasal." Minħabba li hemm tliet stejġis, simili għas- sitwazzjoni ħames ġimgħat ilu, n-nies kienu qed isibu ruħhom jistennew fl-istejġ żbaljat u meta jagħmlu sinjal lis-sewwieqa biex jieqfu, dawn bdew jippuntaw lejn l-istejġ l-ieħor u jibqgħu sejrin. B'hekk, iħallu lin-nies jistennew xi nofs siegħa oħra għall-karozza li jmiss. Ħafna nies ħassewhom urtati b'dan l-aġir tas-sewwieqa li avolja jafu bit-taħwid kbir u n-nuqqas ta' informazzjoni li hemm f 'din il-venda, ma jagħmlux konċessjoni għal dawn l-iżbalji, partikolarment f 'post fejn se ssib il-maġġoranza ta' passiġġieri li huma anzjani u morda. "Ara," qalli ġuvni, li deher irrabjat, "dawn jiġu jitmellħu min-nies." It-tfajla tiegħu qablet miegħu, "M'hemmx rispett għall-passiġġier. Jaħsbu li n-nies għandhom il-ħin x'jaħlu. Tistenna xi siegħa fil-kju l-isptar biex it-tabib jarak f 'ħames minuti u mbagħad tiġi hawn u tistenna għal xi siegħa oħra. Taħli tliet siegħat mill- ġurnata għal ħames minuti mat-tabib." Raġel ieħor qal li jekk mhux se jieqfu lin-nies anke jekk jinzertaw qegħdin fl-istejġ żbaljat, aħjar jagħmlu stejġ wieħed u l-karozzi kollha jieqfu fih. F'intervista li dehret fuq il-MaltaToday il-Ħadd li għadda, il-Ministru għat- Trasport u Infrastruttura Joe Mizzi qal li din it-tip ta' informazzjoni se tkun disponibbli għall-pubbliku fuq il-mowbajls, onlajn u fuq kull stejġ, "fil-ġranet u ġimgħat li ġejjin." L-ILLUM se tkompli ssegwi s-sitwazzjoni fit- trasport pubbliku quddiem Mater Dei u se tibqa' tirraporta dwar dan bit-tama li l-Malta Public Transport, eventwalment ittejjeb is- sitwazzjoni u tipprovdi din l-informazzjoni bażika. Nerġgħu nirraportaw mill- Mater Dei fi ftit żmien ieħor. Nies jistennew ix-xarabank quddiem Mater Dei Numri iva, Destinazzjonijiet le Tabella għall-gost, għax għadha vojta għadna bil-konfużjoni 5 72,835 tilqima kontra l-influwenza €1m aktar lill- Kunsilli Lokali Konsultazzjoni pubblika dwar il- Politika Nazzjonali Agrikola €1.6m għar- rikondizzjonar tal-pitkalija GĦALL-ISTAĠUN 2015/2016, il-Gvern xtara rekord ta' 80,000 tilqima tal- influwenza. Dan qalu l-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa Konrad Mizzi. Sat-12 ta' Frar 2016, ibbenefikaw 72,835 persuna minn din it-tilqima. Mizzi kien qed jirrispondi mistoqsija parlamentari tad- deputat Claudette Buttigieg. FL-2016 l-allokazzjonijiet lill-Kunsilli Lokali żdiedet bi kważi €1 miljun, meta mqabbel mas-sena ta' qabel, jiġifieri l-2015, għal total ta' €32,945,575. Il-ħames kumitati reġjonali rċevew €54,425 biex jagħmel total finanzjarju ta' €33 miljun. L-akbar żieda ngħatat lill-Kunsill Lokali tal-Mosta segwit minn dawk ta' San Pawl il-Baħar, Birkirkara, Rabat Malta u Ħal Qormi. IL-MINISTRU għall- Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil- Klima Leo Brincat qal li fl-aħħar ta' Frar se tibda l-konsultazzjoni pubblika dwar il-Politika Nazzjonali Agrikola. Brincat kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari tad- deputat Toni Bezzina. Qal ukoll li kuntrattur ippreżenta 'Issues Paper' li qiegħda tiġi evalwata. Sussegwentament, din l-Issues Paper ħa toħroġ għall-konsultazzjoni pubblika. Wara din il-konsultazzjoni pubblika, jkun jista' jiġi ppreżentat il-Pjan tal-Politika Agrikola Nazzjonali. BĦALISSA qed jiġu ppreparati t-tenders neċessarji għar- rikondizzjonar tal- pitkalija li huma stmati li se jiswew €1.6m. Malli jiskadi l-perjodu ta' proċedura, jibdew jitwettqu x-xogħlijiet meħtieġa. Din l-informazzjoni ngħatat mill-Ministru Leo Brincat għal mistoqsija parlamentari tad-Deputat Toni Bezzina.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 Frar 2016