Illum previous editions

ILLUM 21 Frar 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/643089

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 35

Il-Ħadd 21 ta' Frar 2016 | illum 27 SPORTSillum minn Cristian Antony Muscat Balzan ........................ 2 Pembroke A ................. 1 BALZAN kellhom jistennew sas-86 minuta biex għelbu lil Pembroke Athleta bl-iskor ta' 2-1. Dan wara li huma tilfu penalti u kellhom ukoll plejer imkeċċi. Din kienet is-seba' rebħa konsekuttiva għat- tim immexxi mill-kowċ Oliver Spiteri. Min-naħa l-oħra, għal Pembroke Athleta din kienet it-tielet telfa għalihom f 'erba' logħbiet. Balzan irnexxielhom jiftħu l-iskor fis-16 -il minuta meta minn kross ta' Alan Da Silva Souza, il-ballun spiċċa f 'saqajn Lydon Micallef li mill-viċin tefa' l-ballun wara l-goalkeeper veteran Mario Muscat. Iżda Pembroke Athleta ġabu l-iskor indaqs meta minn kross ta' Manolito Micallef, difensur ta' Balzan naqas milli jikklerja l-ballun, biex daħal bħal vleġġa Ariel Laudisi li mill-viċin tefa' ġewwa għalkemm il-goalkeeper ta' Balzan Christian Cassar għamel minn kolox biex isalva l-ballun. Għaxar minuti mit- tmiem tal-logħba, Balzan kellhom l-opportunità li jerġgħu imorru fil-vantaġġ meta rebħu penalti iżda x-xutt mill-11-il metru tal-attakkant Montenegrin Bojan Kaljevic intemm barra. U biex l-affarijiet ikomplu jikkomplikaw ruħhom għal Balzanin, huma spiċċaw jilagħbu b'10 plejers meta tkeċċa għalihom il-plejer Brażiljan Pedro dos Santos Calcado. Iżda, erba' minuti minn tmiem id-90 minuta, Balzan skorjaw il-gowl tar- rebħa meta minn korner ta' Alan Da Silva Souza, il-ballun ġie mxellef għal ġewwa mid-difensur ta' Pembroke Athleta, Rennie Tanti, biex b'hekk irriżulta awto-gowl sfortunat. Balzan - Cassar, Grioli, Fenech, Bezzina, Arab, Effiong (Kaljevic 76'), Calcado, Sciberras (Vujacic 54'), Micallef, Da Silva Souza (Focsa 87'), Brincat Pembroke A. - Muscat, Zoran Levnaic, Cini, Tanti (De Paulo Da Nobrega 90'), Bugeja, Barbetti, Micallef, Arab Eddin, Laudisi, Villalobos, Agius (Grech 86') Referi - Philip Farrugia ALAN DA SILVA SOUZA Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti. Rebaħ l-unur tal-BOV Plejer tax- Xahar għal Jannar li għadda. Ħalla impatt immedjat fuq il-Kampjonat BOV Premier League wara li ffirma ma' Balzan fil-bidu ta' Jannar. Għen lil Valletta jirbħu t-22 titlu tagħhom żewġ staġuni ilu. Balzan jiksbu s-seba' rebħa konsekuttiva tard fil-logħba Ritratt - Ray Attard Alan Da Silva Souza jissielet għall-ballun ma' plejer ta' Pembroke Athleta Ritratt - BOV

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 Frar 2016