Illum previous editions

ILLUM 21 Frar 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/643089

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 35

Il-Ħadd 21 ta' Frar 2016 | illum 17 I l-Forum Nazzjonali dwar il-Wirt Kulturali li sar nhar il-Ġimgħa kien opportunità sabiħa ħafna għal kull min għandu għal qalbu s-settur biex nitkellmu x'għamilna fis-sena li għaddiet, u x'se nagħmlu fis-sena li ġejja. Din is-sena, l-Forum sar fil-Forti Sant'Anġlu u t-temp iffavoriena. Il-post hu fenomenalment sabiħ u kull darba li nidħol fih, ma nistax ma niftakarx fis-sagrifiċċji li għamlu n-nies ta' Heritage Malta biex dan jitlesta fil-ħin u skont il-baġit. L-ewwel li tkellem kien Dr Tony Pace li għandu r-rwol f 'pajjizna li jkun il-"pulizija" kontra kull haga li tista' taghmel hsara lill-patrimonju kulturali. Sintendi, dan l-irwol jirrendik fiċ-ċentru tal-kontroversja u tal-kritika kultant, iżda Dr Pace dejjem għaraf ikun għaqli u jagħmel dak li hu tajjeb għall-ġid tal- patrimonju tagħna. Tkellmu wkoll uħud mill-operaturi tal-qasam tal-patrimonju - rappreżentanti ta' Heritage Malta, id- Direttorat tar-Restawr, il-Patrimonju tal-Knisja u Din l-Art Ħelwa. Dawn taw elenku tax-xogħol li sar is-sena l-oħra. Kelma waħda: inkredibbli x-xogħol li sar. Il-lista ma kienet tispiċċa qatt. Minn Fortijiet sa Ċentri ta' Interpretazzjoni, minn restawr ta' Swar, sa restawr ta' Knejjes. Kif jgħidu bl-Ingliż, you name it, you have it! Huma u jissemmew il-proġetti li saru mill-entitajiet tal-Gvern, bdejt nara bħal film quddiem għajnejja, b'episodi matul is-sena li għaddiet ta' xogħol li sar biex wettaqna l-commitments tagħna. Sintendi, ladarba x-xogħol ikun sar tajjeb u bl-aħjar mod, xi ħaġa hekk, ma tagħmilx l-aħbar. Niftakar kemm kienu ddiżappuntati l-ħaddiema ta' Heritage Malta meta konna inawgurajna l-Proġett tal-Katakombi ta' San Pawl, u għal ċerti portals, dik ma kinitx aħbar. Realtà li trid titgħallem tgħix magħha, imma xorta tweġġgħek. Sa din il-ġimgħa stess nedejna l-proġett ta' restawr tal-ponta tal-Isla fejn irrangajna post li sa ftit xhur ilu kien ta' periklu jekk tgħaddi minn taħtu. Issa jekk tħares lejn il-Port il-Kbir mill-Belt, issib in-naħat ewlenin tal-Kottonera, restawrati bil-gardjola imponenti tal-Isla tieħu lura l-glorja tagħha. Għal darb'oħra, għal certi portals dik ma kinitx aħbar. M'hemmx x'tagħmel. Forsi dak li hu pożittiv, sabiħ u tajjeb m'għadux ibigħ fid- dinja tal-lum, u tbigħ biss l-aħbar negattiva. L-aqwa li x-xogħol sar, sar tajjeb u l-poplu Malti u Għawdxi japprezza l-ħidma li qed issir. Tant sar xogħol is-sena li għaddiet, li wasalna Frar u għadna qed ninawguraw il-proġetti! Li jmiss ninawguraw hu l-proġett tal-Imdina. Dak ukoll hu proġett sabiħ li jġib valur kbir lil pajjiżna u jagħmel il- prodott turistiku ferm u ferm aħjar. Il-futur għal dan is-settur hu sabiħ immens. Hemm sensiela ta' proġetti li jridu jsiru u se jsiru minn dawn l-operaturi u oħrajn. Kollha se jagħtu wirt importanti lill-ġenerazzjonijiet futuri. Fuq nota oħra, daqs kemm huma importanti l-proġetti, huwa importanti l-qafas legali. Għal dan il-għan, wara konsultazzjoni, se nkunu qed inressqu emendi għall- Att dwar il-Patrimonju Kulturali biex inġibuh iktar relevanti għall- ħtiġijiet tal-lum. Ma' din, irridu wkoll inniedu l-istrategija għas-sitt snin li ġejjin. Kif għamilna ftit ilu bis-settur tal- kultura, hekk ukoll irridu nagħmlu għal dan is-settur. Inħares lura, dan is-settur tani sodisfazzjon kbir għax tista' tara proġetti jiġu realizzati - minn fuq il-karta, tara fi ftit xhur il-proġett isir realtà. Is-sodisfazzjon li tieħu meta xi ħadd jgħidlek, kemm ġie sabiħ Sant' Anġlu, kemm ġie sabih Sant'Iermu, kemm tnaddfu tajjeb is- swar, kif hadet ir-ruħ il-Gardjola u affarijiet hekk - huwa kbir immens. Grazzi minn qalbi lin-nies kollha li ħdimt magħhom f 'dan is-settur fl-ewwel nofs tal-leġiżlatura. Inħares 'il quddiem biex b'iktar impenn, inkomplu nagħtu iktar progetti sbieħ lill-poplu fit-tieni nofs tal- leġiżlatura. Opinjoni OWEN BONNICI Il-Patrimonju ta' pajjiżna "Inħares lura, dan is-settur tani sodisfazzjon kbir għax tista' tara proġetti jiġu realizzati - minn fuq il-karta, tara fi ftit xhur il-proġett isir realtà" Il-forti Sant Anġlu meta kien fil-fażi ta' restawr

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 Frar 2016