Illum previous editions

ILLUM 21 Frar 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/643089

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 35

minn Mark Borg IL-PRIM Ministru tar- Renju Unit David Cameron ħabbar li r-Referendum dwar jekk pajjiżu jibqax fl-Unjoni Ewropea se jsir fit-23 ta' Ġunju. Dan wara jumejn ta' laqgħat li wasslu għal numru ta' bidliet fl- Unjoni Ewropea kif kien qed jitlob Cameron biex ikun jista' jieħu posizzjoni favur li r-Renju Unit tibqa' fl-Unjoni Ewropea fir- Referendum. Cameron qal li r-Renju Unit ingħata status speċjali fl-UE, u wissa li jekk ir- Renju Unit joħroġ mill- Unjoni Ewropea tkun qed tipperikola s-sigurtà ekonomika u nazzjonali tagħha. Gvern Maqsum Il-Gvern konservattiv ta' Cameron, diġà jinsab maqsum dwar dan ir- referendum. Cameron u l-Ministru tal-Finanzi George Osborne huma fuq quddiem fost il-membri tal-Kabinett li se jaħdmu biex r-Renju Unit jibqa fl-Unjoni. Mistenni li fil-jiem li ġejjin, diversi Ministri jiddikjaraw ruħhom magħhom f 'din il-posizzjoni. Però, hemm numru ta' Ministri li diġà ddikkjaraw ruħhom kontra. Michael Gove, is-Segretarju tal-Ġustizzja, li huwa ħabib ta' Cameron, ħa posizzjoni kontra li r-Renju Unit jibqa' fl-UE – moviment li qed jissejjaħ Brexit għal British Exit. Hu qal li ilu ħafna ġimgħat itella' u jniżżel dwar l-aktar deċiżjoni diffiċli tal-ħajja politika tiegħu. Qal li kien ikkontesta l-elezzjoni wara li kien imħeġġeġ jagħmel dan minn Cameron u li dan tah opportunità jservi fil-Gvern tiegħu. Minkejja dan, qal li hu jemmen li r-Renju Unit ikun aktar ħieles, aktar ġusta u tkun aħjar ekonomikament barra mill-Unjoni Ewropea. Ministri tal-Kabinett oħra li diġà esprimew ruħhom favur Brexit huma John Whittingdale, Priti Patel, Theresa Villiers, Chris Grayling u Iain Duncan Smith. Jiġri x'jiġri f 'dan ir- referendum, m'hemmx dubju li l-Kabinett tal- Ministri wara r-Referendum mhux se jkun l-istess wieħed li hemm bħalissa. Jekk Brexit jirbħu dan ir-Referendum, Cameron ma jkunx jista' jibqa' Prim Ministru u dawk il-Minsitri kollha li ħadu pożizzjoni favur l-Unjoni bħalu, ma jkunux jistgħu jibqgħu Ministri. L-istess jiġri lil dawk il-Ministri li ddikjaraw ruħhom favur li r-Renju Unit joħroġ mill-UE jekk Brexit jitilfu r-Referendum. Ara wkoll l-opinjonijiet f 'paġna 15 Il-Ħadd 21 ta' Frar 2016| illum 5 Aħbarijiet Kien hemm numru ta' bidliet li l-UE aċċettat mid-domandi tar-Renju Unit. Dawn huma: 1. L-immigranti ma jeħdux benefiċċji soċjali għall-ewwel erba' snin mill-wasla tagħhom fil-pajjiż 2. Ir-Renju Unit għandha l-possibiltà li toħroġ mill-impenn storiku tal- UE, "li ssawwar Unjoni dejjem aktar qariba bejn il-popli Ewropej" 3. Ir-restrizzjonijiet fuq benefiċċji tat-tfal tal-immigranti fl-UE jibdew minn rati aktar baxxi skont ir-rata li dawn ikollhom fil- pajjiżi minn fejn ikunu ġejjin. Għall-immigranti l-ġodda, dan għandu jseħħ b'mod immedjat u għal dawk l-immigranti diġà eżistenti jibdew jitħallsu bir-rata aktar baxxa mill-2020 4. Pajjiż membru jkollu d-dritt li jimponi l-'handbrake' u jirreferi regolazzjonijiet finanzjarji kontroversjali lil-laqgħa tal-kapijiet tal-pajjiżi membri fil- Kunsill Ewropew, 5. Se jkun aktar faċli li gvernijiet jiġu flimkien biex jimblokkaw liġi li ma toġgħobhomx jekk 55% tal-parlamenti nazzjonali joġġezzjonaw għal xi liġi partikolari, 6. Li r-Renju Unit jista' jibqa' jżomm il-Lira Sterlina anke jekk tibqa' fl-Ewropa mingħajr xkiel u diskriminazzjoni kontriha f 'kummerċ mal-pajjiżi taż-Żona Ewro 7. Protezzjoni għal Londra u s-servizzi finanzjarji kbar tagħha biex din l-industrija ma ssibx ir-regolazzjonijiet tal-Eurozone imposti fuqhom ukoll, 8. Li jwaqqfu l-moviment ħieles lil nies min- nazzjonalitajiet oħra minn barra l-Unjoni li jiżżewwġu ċittadini tal-EU bħala miżura biex tiġi ndirizzata l-problema ta' żwiġijiet fittizji 9. Li jkun hemm poteri ġodda biex jiġu esklużi nies li huma maħsuba li jistgħu jkunu ta' riskju għas-sigurta tal-pajjiż anke jekk dawn ma jkollhomx xi kundanni preċedenti. Il-ftehim iservi tajjeb lil Malta wkoll Il-Prim Ministru Joseph Muscat diġà qal li dan il-qbil iservi l-interessi ta' Malta għax kif inhu miktub, dawn il- bidliet m'għandhomx japplikaw biss għar-Renju Unit iżda għall- istati membri kollha tal-Unjoni Ewropea li jsibu ruħhom fl-istess sitwazzjoni. Hu qal li se jappoġġja dan il-ftehim. 23 ta' Ġunju - Jum ir-Referendum dwar l-UE fir-Renju Unit

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 Frar 2016