Illum previous editions

ILLUM 21 Frar 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/643089

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 35

Il-Ħadd 21 ta' Frar 2016 | illum 31 Sports 'Inwiegħed lill-partitarji ta' Siġġiewi li se nagħmel l-almu tiegħi biex it-tim jikseb is-suċċess mixtieq' - Saviour Debono Grech FTIT tal-jiem ilu, il- kowċ b'esperjenza wiesa' fil-futbol Malti, Saviour Debono Grech, inħatar kowċ ta' Siġġiewi. Din il-gazzetta għamlet kuntatt ma' Debono Grech innifsu, fejn intalab il-kummenti tiegħu rigward kif qed iħares lejn din l-esperjenza ġdida fil-karriera tiegħu ma' Siġġiewi. Huwa beda bi kjarifikazzjoni partikolari, "Erġajt irritornajt lura fit- tmexxija tat-tim tas Siġġiewi, għax jien diġà kelli esperjenza fil-passat mal-istess tim". Il-kowċ ġdid ta' Siġġiewi kompla billi qal li, "Fil- verità, din is-sena inħtart bħala Direttur Tekniku fin-nursery tal-istess tim, u f 'nofs l-istaġun talbuni sabiex nieħu t-tim tal-kbar f 'idejja - talba li jien ilqajt b'entużjażmu kbir, anki għaliex ġejt ippreżentat b'sitwazzjoni li xorta nibqa' nagħti l-impetu tiegħi fil-qasam taż-żgħar. It-tim tal-kbar joffri diversi sfidi u jġib miegħu sodisfazzjon kbir. Il-prestazzjonijiet u l-logħbiet tat-tim tal-kbar huma fuq quddiem nett tal-aġenda ta' bosta klabbs. Madankollu, jiena nemmen li mingħajr bażi soda, it-tim tal-kbar ma jistax jilħaq tragwardi mposti. Allura huwa importanti ferm li wieħed ikollu nursery tajba li tirrendi għall-futur. Issa diġà lgħabna żewġ logħbiet, fejn ksibna draw kontra Sirens FC u rbaħna lil Ħal Kirkop - żewġ logħbiet li offrew sfida minnha nfisha għaliex li tieħu r-riedni ta' tim li beda taħt kowċ ieħor mhix ħaġa faċli. Madankollu Siġġiewi FC għandu nukleu ta' plejers li jippromettu u bi ftit impenn min-naħa ta' kulħadd, żgur jilħqu l-miri mposti. Qed naħdem, bħalma jagħmlu l-kowċis kollha, biex nħejji pjan li fuqu nista' nħarreġ lil dawn il-plejers sabiex huma jippruvaw jilħqu l-massimu tagħhom. Nirringrazzja lill-kumitat li wera fiduċja fija u lill-plejers li laqqgħuni f 'dawn l-ewwel ġimgħat li ilni naħdem magħhom. Lill-partitarji ta' Siġġiewi, nwegħdhom li se nagħmel l-almu tiegħi biex it-tim li huma tant iħobbu jikseb is-suċċess mixtieq. Lilhom nappellalhom biex ikunu dejjem wara t-tim għaliex bis-saħħa tagħhom, ikollna t-12-il raġel fil- grawnd," temm jgħid Saviour Debono Grech. Il-kowċ il-ġdid ta' Siġġiewi FC, Saviour Debono Grech Rebecca Sare' tibda l-istaġun tal-atletika bl-aqwa mod possibli L-ATLETA Rebecca Sare' ftit li xejn għandha bżonn ta' introduzzjoni hekk kif fl-aħħar snin kienet waħda mill-atleti ewlenin li ddominaw ix-xena tal- atletika f 'pajjiżna. Hija ma setgħetx bdiet dan l-istaġun aħjar milli bdietu, hekk kif sa issa kisbet suċċess konsiderevoli meta l-ewwel ħadet sehem fil-'London Indoor Games', li saru fl-aħħar tmiem il-ġimgħa ta' Jannar, u ġimgħa wara ħadet sehem fl-'Amsterdam Indoor Championships' fl-Olanda. F'Londra, hija ħadet sehem fil-long jump u t-triple jump. Fiż-żewġ dixxiplini spiċċat il- kompetizzjoni fit-tielet post. Id-distanza tat-triple jump kienet dik ta' 11.90m, li hija itwal mir-rekord nazzjonali ta' 11.82m li kien stabbilit fl- 2012 mill-atleta, Alessandra Pace. Ġimgħa wara, ġewwa Amsterdam fl-Olanda, ħadet sehem fit-triple jump. Hemmhekk tejbet l-aħjar qabża personali tal-indoor, hekk kif irreġistrat qabża ta' 12-il metru. B'din il-qabża, irnexxielha tirbaħ il-kompetizzjoni fost disa' atleti. Id-distanza ta' 12-il metru hija wkoll 'stadium record' ta' fejn saret il-kompetizzjoni, jiġifieri 'Sportcentrum Ookmeer'. Din id-distanza għandha titqies ukoll bħala rekord nazzjonali tal-atletika indoor, però għadha mhix ratifikata u rikonoxxuta mill- Assoċjazzjoni tal-Atletika, l-M.A.A.A. B'hekk, permezz ta' dawn ir-riżultati pożittivi li kisbet Rebecca Sare' fl-atletika indoor, hija rnexxielha tibda l-istaġun fuq nota pożittiva u l-għan tagħha huwa dak li tkompli ttejjeb id- distanza tagħha fl-atletika outdoor, biex ittejjeb ir-rekord nazzjonali tat-triple jump (outdoor). L-għanijiet prinċipali għal dan l-istaġun huma l-Kampjonati tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Atletika li se jsiru għall-ewwel darba, u li se jkunu qed jiġu organizzati propju ġewwa Malta. Sfortunatament, it-triple jump mhix se tkun parti minn dawn il-logħob, allura matul dan l-istaġun, hija se tkun qed taħdem ukoll fuq id-dixxiplina tal-long jump, u tagħmel dak li tista' biex tikseb medalja għal Malta f 'dawn il-logħbiet. Sfortunatament, l-atletika se tkun qed timmissja lil-long jumper Rebecca Camilleri f 'dawn il- Kampjonati, u għalhekk taħt il-gwida tal-kowċ ta' Sare', Jivko Jetchev, li kien ukoll il-kowċ ta' Camilleri, huma se jkunu qed jaħdmu biex itejbu d-distanza tal-long jump, biex fl-aħħar mill- aħħar, tkun tista' tiġġieled biex tikseb medalja għal pajjiżna. Il-parteċipazzjoni f 'dawn il-kompetizzjonijiet internazzjonali kemm f 'Londra kif ukoll f 'Amsterdam kienet possibli għall-atleta Rebecca Sare', grazzi għall-fondi tal- Kumitat Olimpiku Malti, taħt l-iskema tal-'Elite Athletes'. Rebecca Sare' f 'Londra, fejn ħadet sehem fil-'London Indoor Games' tal-Atletika WARA li ftit tal-jiem ilu Alfred Attard tneħħa minn kowċ ta' Zebbug Rangers, tħabbar kif kien inħatar Johann Cilia bħala kowċ ġdid ta' dan il-klabb li jimmilita fl-Ewwel Diviżjoni. Din mhux se tkun esperjenza għal kollox ġdida għal Cilia fit-tmun ta' dan it- tim, hekk kif riċentament, huwa kien l-assistent kowċ tal-istess tim, kif ukoll kowċ fis-settur tal- Youths tal-istess tim. Din il-gazzetta għamlet kuntatt ma' Johann Cilia nnifsu fejn intalab il- kummenti tiegħu rigward kif qed iħares lejn din l-esperjenza ġdida fil- karriera tiegħu fit-tmun ta' Zebbug Rangers bħala kowċ. Huwa afferma li, "Qed inħares lejn din l-esperjenza b'mod pożittiv. Il-fatt li ilni naħdem għal dan l-aħħar staġun u nofs ma' Zebbug Rangers, bħala assistent kowċ, naf sewwa x'inhi l-ideoloġija u l-viżjoni ta' dan il-klabb. B'hekk ma kelli l-ebda problema biex naċċetta din l-opportunità, kif ukoll sfida fl-istess ħin. Għalkemm it-tim jinsab għaddej minn żmien diffiċli, jien għandi fiduċja kbira f 'din l-iskwadra u fl-istaff tekniku, u nemmen li l-għaqda u d-determinazzjoni ta' dan il-klabb, se jwassluna għal prestazzjonijiet u riżultati pożittivi. Nixtieq nirringrazzja lill-klabb ta' Zebbug Rangers, talli emmen fil-kapaċitajiet tiegħi kif ukoll lin-nursery ta' dan it-tim, li kienu parti integrali fl-iżvilupp tal-kowċing tiegħi," temm jgħid Johann Cilia. Ritratt - Christine Borg Il-kowċ il-ġdid ta' Żebbug Rangers, Johann Cilia 'Qed inħares lejn l-esperjenza bħala kowċ ta' Żebbuġ Rangers b'mod pożittiv'- Johann Cilia

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 Frar 2016