Illum previous editions

ILLUM 21 Frar 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/643089

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 35

Il-Ħadd 21 ta' Frar 2016 | illum 13 Ghawdex FIL-ĦWIENET EWLENIN HISTORY OF ORNITHOLOGY IN MALTA ikun hawn organizzati avvenimenti oħra." Matul dawn l-erba' ġimgħat aspett importanti hu l-programm edukattiv li jinċentiva l-kultura permezz ta' attivitajiet fl-iskejjel. Il-festival jinkludi wkoll esperjenza unika għal studenti tal-vuċi hekk kif din is-sena se jiġu organizzati masterclasses tal-vuċi, ma' ħadd ħlief is-sopran ta' fama mondjali Miriam Gauci. Dawn se jsiru bejn it-28 u t-30 ta' Marzu u jkunu segwiti minn kunċert għall-pubbliku nhar il-btala pubblika tal-31 ta' Marzu, f 'Għawdex. B'artisti ġejjin mill-Ewropa kontinentali kif ukoll mill-Istati Uniti u l-Eġittu, Gaulitana għandu jkun tiżwiqa tal-isbaħ element mużikali fid-dinja tal- lum. Dan il-festival żgur li jfisser ħafna finanzi u kull avveniment hu bla ħlas (minbarra l-Opra finali). "Għandna sapport kbir mill- Arts Council Malta. Kieku ma jkunx hekk, żgur li ma jistax jittella'," spjegali Colin. Għalkemm il-membri tal- kor huma kollha volontarji, l-artisti li jinġiebu minn barra u anke dawk Maltin jitħallsu. Colin iqis il-mużika, "bħala kultura li tagħti l-kuluri lil ħajja. Għalhekk wieħed irid japprezza l-kuluri u jkun parteċipi fil-kuluri tal-ħajja. Xogħli mhux li ntella' l-mużiċisti biss, iżda li niżviluppaw u ninfluwenzaw firxa ta' kultura. Irridu lill- Għawdxi li jisma' ftit iżjed. Xogħolna mhux li noħolqu l-mużiċisti biss, iżda li noħolqu nies li jitgħallmu u jsiru jħobbu l-mużika. Il-mira tagħna hi li nkattru l-udjenzi lokali u mhux udjenzi barranin biss. "Hu għalhekk li qed nagħmlu bħal Mawmettu, u jekk il-muntanja ma tiġix għandna, immorru aħna ħdejn il-muntanja, u aħna għalhekk qed immorru fl-iskejjel neħdulhom il-mużika, biex inħajruhom idoqqu xi strument u jisimgħu l-mużika." Min hu Colin Attard? Colin twieled u għex fil-belt kapitali Għawdxija 54 sena ilu, miżżewweġ lil Marie Louise u missier Jean Noel ta' 25 sena u Pierre Louis ta' 22 sena. Jean Noel ħa l-baċċelerat fil-mużika fl-Iskozja, u ħuh iż-żgħir qed jimxi wara l-passi tiegħu fejn bħalissa qed jistudja l-Iskozja biex anke hu jġib il-baċċelerat fil-mużika. Għalkemm tela f 'ambjent mużikali, minħabba li zijuh kien il-Prof. Joseph Vella li laqqgħu mal-mużika, hu ggradwa fl- accountancy, iżda għażel it-triq tal-mużika iktar tard. Fil-fatt, meta ntalab imur jaħdem fl-iskola tal-mużika f 'Għawdex, telaq dak li kien studja għalih, u ħaddan dak li tant iħobb…il-mużika. Huwa wkoll dilettant kbir tal-futbol, ukoll fejn mhux biss kien jilgħab mal- Victoria Hotspurs, iżda kien captain u rebaħ diversi unuri magħhom. Iqis ruħu bħala Juventin kbir, li ngħid għalija ma tantx niżlitli tajjeb din l-affermazzjoni! Colin hu s-surmast tal-Banda Leone u kien dejjem parti mill-Opri li ttellgħu fl-Aurora fejn anke kkonduċa l-orkestra Nazzjonali f 'Għawdex fl-opri u anke f 'diversi kunċerti. Ħoloq ukoll il-kunċert li sar popolari mmens 'Leone Goes Pop'. Attard hu wkoll kompożitur, maestro di cappella tal-Katidral ta' Għawdex u ta' diversi knejjes oħra Għawdxin. Opera+ Weekend Il-Festival jilħaq il-qofol tiegħu bl-Opra. Għalhekk il-Gaulitanus iddeċieda li mhux biss joffri l-Opra lid- dilettanti, li hi opra 'full scale', iżda hemm weekend sħiħ imdawwar mal- opra. Ġurnata qabel fit-22 ta' April, hemm recital tal- pjanu minn Michael Laus fil-Ministeru ta' Għawdex. Fil-ġurnata tal-opra hemm ukoll Wine & Music session b'żewġ Ungeriżi bil-vjolini fil-kumpless kummerċjali Vini & Capricci. Il Barbiere di Siviglia se tiċċelebra l-biċentinajru mill- premiere tal-opra. Għal darb'oħra, Colin Attard se jidderiġi lill-Orkestra Filarmonika Nazzjonali u l-kor Gaulitanus f 'kollaborazzjoni ma' Enrico Castiglione (fir-regia u xeni) u Sonia Cammarata fil-kostumi. Il-biljetti għal din il-produzzjoni fit-Teatru tal-Opra Aurora nhar it-23 t'April, jinsabu diġà għall- bejgħ minn fuq is-sit www. teatruaurora.com jew ċemplu 79045779. Qabel l-istess opra se jkun hemm 'opera talk' mill-espert tal-Opri Michael Storace. L-għada jkun hemm lunchtime concert mit-Tortorelli-Meluso Duo u final vokali minn Miriam Cauchi u ensemble strumentali. 'Isma aktar mużika'' Colin Attard, is-surmast li jgħix il-mużika u jrid jaqsamha mal- poplu Għawdxi Xena mill Barbiere di Siviglia ta' Costiglione

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 Frar 2016