Illum previous editions

ILLUM 21 Frar 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/643089

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 35

22 illum | Ħadd 21 ta' Frar 2016 Aquarius – Mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar Aħseb f 'dak li int taħseb li huwa ta' ġid għalik. Aħseb f 'dak li huwa tajjeb għalik u aħseb f 'dak li jista' jagħmlek aħjar u mhux jgħarrqek 'l isfel. Jekk int f 'dawn it-tliet ġimgħat m'intix se tagħraf dak li huwa ta' ġid għalik, ħa tara żmien diffiċli ġej lejk u mhux ħa tkun faċli li int tinqala' malajr minn din is-sitwazzjoni. Issa għad għandek iċ-ċans li dan tevitah jekk int tagħraf. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. L-istilla l-iktar kompatibbli miegħek hi Gemini. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 6, 17, 22 u 38. Kuluri favoriti ma' Aquarius huma isfar, abjad u blu. Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna. Pisces – Mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu Ħsieb li għaddielek minn moħħok, huwa tajjeb li tagħmel analiżi sew tiegħu għax għalkemm forsi taħseb li dan kien ħsieb ta' mument u xejn iktar. 'Il quddiem ha tinduna li dan ma kienx hekk, anzi, grazzi għall-fatt li int analizzajt, u minn hemm ħadt ċertu deċiżjonijiet, tagħraf kemm dan kien verament utli għalik. Tagħraf ukoll kemm kien importanti li int irriflettejt u ħadt azzjoni minn dak il-ħsieb ċkejken. Kuluri favoriti ma' Pisces huma blu, l-aħdar u l-isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. L-istilla l-iktar kompatibbli miegħek hi Cancer. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 2, 18, 28 u 32. Pisces huma magħrufin għall-abbilità u t-twemmin fihom infushom. Aries – Mill-21 ta' Marzu sal-20 ta' April Tentazzjoni li qiegħda ddur bħalissa mad- warek, trid tagħraf tegħlibha qabel ma hi tegħleb lilek. Li tfittex parir mingħand xi ħadd viċin tiegħek, ikun tajjeb imma fl-aħħar mill- aħħar, trid tkun int li tagħraf tieħu d-deċiżjoni, u dan int tista' tagħmlu b'mod mill-iktar faċli, għax meta tħares lejn il-passat għall-preżent, żgur mhux iż-żmien li int tirrepeti l-iżbalji. Irrifletti sew. Kuluri favoriti ma' Aries huma aħmar, kannella u abjad. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. L-istilla l-iktar kompatibbli miegħek hi Leo. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 4, 14, 29 u 30. Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li jagħtu. Taurus – Mill-21 ta' April sal-20 ta' Mejju Ħabib li verament jixtieqlek il-ġid, bħal qisek m'intix tafdah biżżejjed, u dan minħabba li fil-passat ġejt tradut, imma jista' jkun li dan mhux il-każ. Però int tista' tesperimenta billi tafda fuq affarijiet żgħar, imbagħad tara kif int tibda tħossok, u aktar ma jibda jgħaddi żmien, tkun taf kemm int tibda tħossok komdu. Ħares 'il quddiem u tibqax imwaħħal mal-passat. Kuluri favoriti ma' Taurus huma aħdar, oranġjo u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. L-istilla l-iktar kompatibbli miegħek hi Virgo. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 1, 17, 28 u 34. Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom. Gemini – Mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju Pjan ta' tfassil għal dak li għandek ippjanat, irid isir iktar bil-ħsieb. Bħalissa, għandek ħafna toroq miftuħin li int trid tkun korrett ħafna li tagħraf tieħu l-aħjar opportunitajiet. Trid tfassal aktar pjan wiesa' ta' kif int se tqassam, għax kif int qiegħed tara, għandek bosta pjanijeit u peress li int miexi waħdek trid tagħraf aktar kif se tqassam, ħalli sak li għandek ġej, tagħmlu pjanat sew. Kuluri favoriti ma' Gemini huma isfar, oranġjo u blu. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. L-istilla l-iktar kompatibbli miegħek hi Libra. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 5, 13, 29 u 33. Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom. Cancer – Mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju Għandek sitwazzjoni madwarek li int trid tagħraf aktar il-pożizzjoni tiegħek, b'mod speċjali fejn jidħol il-partner tiegħek għax qiegħda tesperjenza mumenti xejn feliċi. Agħraf sew dak li int għaddej minnu, għax fil- preżent, is-sitwazzjoni mhix se tkun waħda ideali, u habib tal-passat tiegħek jista' jkun ir-risposta għal diversi sitwazz- jonijiet li mhux qegħdin skont il-gosti tiegħek. Kuluri favoriti ma' Cancer huma abjad , blu u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. L-istilla l-iktar kompatibbli miegħek hi Scorpio. Numri favoriti miegħek għal din il ġimgħa huma 8, 15, 23 u 32. Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom. Leo – Mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu Mumenti varji li qegħdin ifixkluk, però trid iżżomm pass li tagħraf it-tajjeb li int għandek. Għalkemm forsi mhux kollox ġej minnek, imma l-parti tiegħek għamilha. Meta tkun fl-imħabba, kif għandu jkun, kull ostaklu li jkun hemm, jinħall. Basta l-imħabba tkun ġejja mill-qalb. Dan hu perjodu fejn l-arma sigrieta tiegħek hi l-imħabba. Ipprova ftit ftit, u tara progress. Kuluri favoriti ma' Leo huma aħmar, oranġjo u deheb. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. L-istilla l-iktar kompatibbli miegħek hi Aries. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 6, 17, 21 u 35. Leo huma magħrufin kemm huma umli. Virgo – Mit-23 ta' Awwissu sa 22 ta' Settembru Deċiżjoni li int trid tieħu fil-ġranet li ġejjin, m'għandekx tibża' teħodha, jekk dejjem int tagħraf tieħu l-aħjar minn dak li jkun ġej għalik. Ovvjament, din id-deċiżjoni se ġġib ċertu tibdil madwarek, imma dan ħa jkun kollu għat-tajjeb kemm għalik personali, u kemm għall-ħajja futura tiegħek, però tagħmel tajjeb li bħalissa tagħmel ċertu ħsibijiet, aħseb fit-tul. Kuluri favoriti ma' Virgo huma oranġjo, isfar u kannella. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. L-istilla l-iktar kompatibbli miegħek hi Taurus. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 2, 14, 28 u 35. Virgo huma magħrufin li jservu ta' pont. Libra – Mit-23 ta' Settembru sa 23 ta' Ot- tubru Libra –mit-23 ta' Settembru sat-23 ta' Ottu- bru Fil-mument, dak li qiegħed jiġri madwarek, mhux tort ta' dak li int, imma huwa żmien ta' fażi li int trid tgħaddi minnha. Issa, minn dak li int għaddej, għandek tgħaraf aktar il-ħajja, forsi ħsibt li l-ħajja hi biss ward, imma issa qed tinduna li jaf, ikun hemm ix-xewk ukoll. Għalhekk, minn kull sitwazzjoni hemm xi tagħlima. Din il-fażi mhux tant ħa ddum madwarek. Irrifletti. Kuluri favoriti ma' Libra huma blu, aħdar u abjad. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. L-istilla l-iktar kompatibbli miegħek hi Gemini. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 5, 15, 22 u 34. Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna. Scorpio – Mill-24 ta' Ottubru sat-22 ta' Novembru Parir li se jingħatalek fil-ġranet li ġejjin, ħu ħsieb li tagħmel ftit ta' riflessjoni dwaru, u mhux tisma' dak li għandek tisma' u tinjorah. Wara li tisma' sew dak li se jintgħatalek bħala gwida, sib il-ħin li toqghod tirrifletti ftit fil-fond. Wara, skont dak li int tħoss ġewwa fik, agħraf ħu deċiżjoni. L-importanti huwa li mhux tisma' u twarrab dak li tisma', imma analizza u ddeċiedi wara. Kuluri favoriti ma' Scorpio huma aħmar, iswed u vjola. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. L-istilla l-iktar kompatibbli miegħek hi Cancer. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 4, 12, 24 u 35. Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom. Sagittarius – Mit-23 ta' Novembru sat-22 ta' Diċembru Sitwazzjoni xejn tajba fir-relazzjoni tiegħek qiegħda tikkawża ħafna tfixkil fil-ħajja per- sonali, kemm għalik u kemm għal ta' mad- warek. Però, riesaq il-mument li int trid tagħraf kemm int lest taffaċċja żmien ta' inċertezzș, li issa ilek għaddej minnu. Emmen iktar fik innifsek ħalli tħares 'il quddiem b'kuraġġ. Kulur favorit ma' Sagittarius huma blu, roża u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. L-istilla l-iktar kompatibbli miegħek hi Aries. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 6, 10, 22 u 30. Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom. Capricorn – Mit-23 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar Int li int persuna li ma tantx tafda, bħalissa trid toqgħod iktar attent li dan tagħmlu aktar għal dawk li bħalissa int għandek mad- warek biex int dejjem tkun taf sew min huma dawk li għandek tafda jew le. Ovvjament, tradiment li int ġarrabt fil-passat, għandu jkun ta' gwida tajba għal dak li int għaddej minnu bħalissa. Mhux 'il bogħod li tagħraf min huwa vera sew. Kuluri favoriti ma' Capricorn huma aħmar, vjola u blu. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. L-istilla l-iktar kompatibbli miegħek hi Taurus. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 1, 16, 28 u 37. Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom. L-Oroskopju PaulJon joffri diversi servizzi ta' gwida permezz tal-oroskopju, tfissir tal-ħolm, bilanċ ta' enerġija pożittiva fid-dar jew negozju tiegħek u bosta servizzi oħrajn. Biex tikseb aktar tagħrif tista' tidħol fuq il-paġna ta' Facebook ta' PaulJon Aquilina jew ċempel mit-Tnejn sas-Sibt bejn 09.00 a.m u 21.00 p.m. fuq 99013600 jew 79495804. Tista' iżur il-websajt www.pauljon13.com Nigwidak għal ħajja aħjar. Namaste...... Trid issir taf lil PaulJon aktar mill-viċin? 20% skont għall-qarrejja meta jippreżentaw dan ir-riklam Ir-rgħiba għas-suċċess Din il-ġrajja tlaqqgħana ma' Moira li dejjem kienet taspira li jkollha karriera ta' suċċess fil-kant. Il-ġrajja teħodna lura għall-2005 meta Moira kellha 17-il sena u kienet qed tieħu sehem f 'festival fejn ħasbet li kienet żgura li se tirbaħ, però spiċċat fit-tieni post. Moira kienet diżappuntata fejm u minflok marret id-dar, telqet tiżvoga d-diżappunt tagħha f 'ħanut tax-xorb. Ftit tal-ħin wara, meta kienet qed tieħu drink, resaq ġuvnott lejha u beda jkellimha. Hi f 'dak il-mument ta' dwejjaq, bdiet tiftaħ qalbha miegħu. Wara li qagħad jismagħha bil-kalma kollha, beda jispjegalha li jekk kienet tafdah, hu kien lest jgħina u l-karriera tagħha tkun ta' suċċess. Għal dan il-kliem, hi fetħet widnejha, però hu spjegalha li xejn ma jiġi b'xejn, imma hi weġbitu li kienet lesta tagħmel kollox basta tikber fil-karriera. Qablu li jerġgħu jiltaqgħu, u hekk ġara, imma din id-darba, il-laqgħa ta' bejniethom kienet iktar kordjali. Hu beda jispjega li jekk hi tkun lesta li tidħol fi grupp sataniku, u tagħmel ċertu obbligi, dak li hi tixtieq se jingħatalha. Għalkemm kienet xi ftit beżgħana fiex kienet se tidħol, xorta waħda aċċettat u ftiemu data meta kien se jlaqqagħha mal-bqija tal-grupp. Għaddew xi ġranet, u wasal il-lejl tal-qamar kwinta fejn huma u l-bqija tal-grupp iltaqgħu f 'dar antika u hemmhekk, ilkoll wettqu r-ritwal sataniku li kien hemm bżonn li jsir. Moira għamlet patt ma' dan il-grupp li hi kellha tagħmel xi sessjonijiet f 'ċertu ħinijiet tal-ġurnata sakemm jerġa' jasal qamar kwinta ieħor. F'dan il-perjodu, hi kienet mistiedna għal festival barra minn xtutna, u b'sorpriża għaliha, rebħet dan il-festival u iktar imtliet b'kuraġġ għat- tieni laqgħa li kellha ppjanata. Imma l-kbir u l-problemi għal Moira, kienu għadhom ġejjin, l-aktar meta hi ħasbet li kollox se jkun sempliċi. Ikompli l-ġimgħa d-dieħla... Min jixtieq iwassal xi rakkont, b'kunfidenzjalità garantita, jista' jċempel fuq 99013600 jew jibgħat email fuq pauljon.aquilina13@ gmail.com

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 Frar 2016