Illum previous editions

ILLUM 21 Frar 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/643089

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 35

4 illum | Il-Ħadd 21 ta' Frar 2016 Aħbarijiet Il-Knisja inkwetata li l-pedofeli ma jkunux jistgħu jieħdu trattament ...ikompli minn paġna 1 MINKEJJA li l-Knisja Kattolika Maltija, f 'din il- position paper, ma tgħidx espressament li hija favur t-terapija ta' konverżjoni, li għaliha hemm oppożizzjoni qawwija mill-Assoċjazzjoni Amerikana tal-Psikoloġija u minn mijiet ta' għaqdiet madwar id-dinja, lanqas tesprimi ruħha kontra. Minflok, tikkritika l-abbozz għax minn omosesswali se jsir illegali li tkun imġiegħel issir eterosesswali b'terapija meqjusa mhux etika minn diversi għaqdiet ta' psikologi madwar id-dinja. Imma skont l-istess postion paper, se tibqa' legali li tkun imġiegħel issir omosesswali minn eterosesswali permezz tat- terapija. Dan minkejja li m'hemm l-ebda każ irrapurtat jew magħruf ta' persuni eterosesswali li marru jfittxu biex jagħmlu terapija. Mal-ILLUM, il-Psikologu Bernard Caruana jgħid li dan mhux argument u jfakkar li f 'kull direzzjoni, it-terapija hija ħażina. "Kemm jekk hija legali u anke jekk le, huwa irrelevanti. It-terapija ta' konverżjoni hija ħażina kemm meta ssir fuq persuni omosesswali u anke jekk qatt saret, għalkemm qatt ma smajt b'każ, fuq persuni eterosesswali." Silvan Aguis mill-Ministeru għad-Drittijiet Ċivili jmur lil hinn minn Caruana u jikkontradixxi l-argument tal-Knisja. "Mhux vera li l-liġi tgħid jew tispeċifika s-sesswalità. Din il-liġi hija 'mainstream' u għalhekk qed tapplika għal kulħadd, hi x'inhi s-sesswalità tiegħu jew tagħha. Anke jekk ma nafu b'assolutament ħadd li huwa eterosesswali u li mar għal din it-terapija." Fil-fatt, it-titlu tal-abbozz li ressaq il-Gvern stess huwa 'L-affermazzjoni tal- Orjentazzjoni Sesswali, l-Identità tal-Ġeneru u l-espressjoni tal-Ġeneru'. Fl-ebda punt ma jirreferi jew jagħmel differenza bejn persuna omosesswali jew eterosesswali. Sabuni fl-aktar mument vulnerabbli Ma' din il-gazzetta, il-persuna li miegħu saret din it-tip ta' terapija spjega kif xi ħadd kien resaq lejn il-qraba tiegħu, "fl-aktar mument li kont inċert, mifxul u meta l-aktar li kelli pressjoni. Minkejja li kont ċert u kont naf min jien, aċċettajt biex forsi nikkalma s-sitwazzjoni li kont fiha." Mistoqsi minn xiex għadda fit-terapija, dan il-persuna qal biss li ma xtaqx jerġa' jmur fil-passat li weġġa' ħafna lilu u lil ta' madwaru. "Ma rridx nerġa' mmur lura, weġġajt biżżejjed imma ma nistax nibqa' nħossni parti minn organizzazzjoni, jekk din mhux se toħroġ għonqha kontra t-trawma li għaddejt minnha. Din it-terapija għandha tkun projbita. Lil hinn mill- legalitajiet, il-Knisja trid tirrispondi mistoqsija waħda: Naqblu jew le ma' terapija fuq nies omosesswali li jkunu fi stat vulnerabbli?" Injoranza u preġuddizzju Ir-rapport tal-Knisja jikkritika l-abbozz imressaq mill-Gvern u jgħid li dan ma jikkunsidrax "sitwazzjonijiet ta' persuni bisesswali u miżżewġin li volontarjament ifittxu li jgħelbu l-inklinazzjonijiet omosesswali għax iridu jsalvaw iż-żwieġ tagħhom." L-MGRM twieġeb mill- ewwel u tgħid li l-abbozz, bl- ebda mod mhu qed jissuġerixxi li m'għandux ikun hemm għajnuna lill-persuni bisesswali biex dawn ikunu fidili lejn is-sieħba/sieħeb tagħhom, "ladarba l-kwistjoni kollha mhux qed tiċħad li l-persuna huwa bisesswali imma li l-persuna teżerċita kontroll fuq l-infedeltà." Aktar minn hekk, l-MGRM tgħid li, "li timplika li persuni bisesswali jidħlu f 'relazzjonijiet extra-matrimonjali minħabba l-orjentazzjoni sesswali tagħhom, turi preġudizzju serju lejn persuni bisesswali u l-abbilità li dawn jidħlu f 'relazzjonijiet stabbli u monogami." L-MGRM tkompli tgħid li din l-istqarrija fil- pożizzjoni li ħarġet il-Knisja tkompli turi, "livell gravi ta' injoranza li jista' jkollu riperkussjonijiet negattivi." L-omosesswalità hija 'kundizzjoni' Minkejja li fl-aħħar snin il-Knisja Kattolika għamlet ħafna tentattivi biex tibni pontijiet mal-komunità LGTIQ, id-dokument, li għandu l-qbil tagħha, fih kliem li jirreferi għall-omosesswalità bħala "kundizzjoni" u aktar tard tagħmel referenza għal "trattament" ta' din l-istess suppost kundizzjoni. Il-position paper tibda billi tgħid li dan l-abbozz qed jipprova jipproteġi kategorija ta' nies li "qed isibuha diffiċli li jaċċettaw il-kundizzjoni tagħhom li tagħmilhom differenti minn sħabhom." Iktar 'il quddiem, l-istess rapport jgħid li bl- abbozz, "ħadd mhu se jkun f 'pożizzjoni li jeżerċita b'mod liberu d-dritt li jieħu trattament tal-orjentazzjoni sesswali tiegħu." X'qalu dwar it-terapija ta' konverżjoni... X'qalet il-Ministru Helena Dalli... Suwiċidju wara li ġegħluha tmur għat-terapija "...din tista' tipprovoka sens ta' ansjetà u ħtija u ma jkollha ebda potenzjal li tbiddel l-orjentament sesswali"—Akkademja Amerikana tal-Pedjatriċi "...jgħaddu minn sens intens ta' mistħija u mibgħeda lejhom infushom minn omofobija interna" ----Jannell L. Corell psikologa "...it-trawma esperjenzata minn dawk li jgħaddu minn din it-tip ta' terapija tiddisturba aktar is-sens ta' identità" ---Bernsten & Rubin 2007 "Din it-terapija hija theddida serja għas-saħħa, u anke għall-ħajja ta' dawk effetwati" ---rapport tal- Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa. "Nagħmel apoloġija lill- komunità gay" ----Robert Spitzer jitlob maħfra li bħala psikologu uża din it-terapija Il-Ministru Helena Dalli qalet li l-għan tal-Gvern huwa li kulħadd ikun protett minn dawn il- prattiċi invażivi li huma rikonoxxuti li jagħmlu ħsara kbira. Tfakkar kif dan huwa konfermat minn assoċjazzjonijiet dinjija magħrufa bħall- American Psychological Association u diversi oħrajn. Filwaqt li saħqet li mhux veru li se jkun hemm diskriminazzjoni bejn omosesswali u eterosesswali, fakkret kif "għal dan il-Gvern, mhux aċċettabbli li f 'pajjiżna xi ħadd jitqies bħala differenti jew li jbati minn xi kundizzjoni abbażi tal-orjentazzjoni sesswali, l-identità tal-ġeneru jew l-espressjoni tal-ġeneru tiegħu/tagħha." Fl-2014, Leelah Alcorn, li twieled bħala Joshua Ryan Alcorn, għamlet suwiċidju billi ntefgħet taħt trakk wara li l-ġenituri tagħha m'aċċettawx li tagħmel operazzjoni u wara li bagħtuha tagħmel terapija ta' konverżjoni għand għaqda Kristjana. Hi għamlet suwiċidju billi ntefgħet f 'nofs ta' highway sakemm ittajret minn karozza.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 Frar 2016