Illum previous editions

ILLUM 21 Frar 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/643089

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 35

TUL konferenza intitolata 'Il-Klima tagħna, il-Futur tagħna' organizzata fi Brussell, l-MEP Miriam Dalli qalet li l-proċess biex naddattaw għat- tibdil fil-klima ma jġibx biss żvantaġġi imma wkoll għadd ta' opportunitajiet. Imma biex nieħdu l-benefiċċji minn din is-sitwazzjoni jridu jkunu l-pajjiżi tal- Unjoni Ewropea kollha li jgħinu biex noħolqu l-aħjar klima għall-investiment f 'teknoloġija nadifa. "Din hi opportunità għall- Unjoni Ewropea kollha kemm hi biex inżidu l-isforzi u nibnu alleanzi fi ħdan l-istess Unjoni u f 'kontinenti oħra u ma sħab minn oqsma varji minn madwar id-dinja," qalet Miriam Dalli. Dalli qalet li l-ftehim iffirmat f 'Pariġi kien messaġġ ċar biex investituri jiffinanzjaw teknoloġiji nodfa u biex nimxu minn sorsi li jniġġżu bħall- faħam u ż-żejt għall-gass naturali u teknoloġiji rinnovabbli. Dan jista' jkun appoġġjat permezz ta' iktar riċerka u billi napprovaw soluzzjonijiet innovattivi għall-enerġija u mezzi tat- trasport nodfa biex fl-aħħar mill-aħħar jibdew jiġu kumerċjalizzati. Din il-konferenza ittellgħet flimkien ma' kumpaniji multinazzjonali involuti fil-qasam tal-enerġija u l-kummerċ bħall-ENI, IKEA u METRO u għaqdiet ambjentali fosthom Transport & Environment. Magħhom ingħaqdu mal- 20 parteċipant minn Malta li attendew is-sessjoni li saret fil-bini tal-Parlament Ewropew. Fabio Marchetti, Kap tal- Affarijiet Pubbliċi għall- UE għall-ENI qal li hemm bżonn tibdil fil-politika għall-qasam tal-enerġija għax bis-sitwazzjoni preżenti, is-settur tal- enerġija jrid inaqqas l-emissjonijiet b'44%. Qal li għandu jkun hemm iktar investiment fl-energija nadifa għaliex jekk kollox jibqa' kif inhu, m'aħniex se nilħqu l-miri klimatiċi tal-2030. "Biex nilħqu l-miri tagħna irridu naqilbu għall-gass naturali, bidla li tista' taqta l-emissjonijiet bin-nofs f 'ħafna pajjiżi Ewropej," sostna Marchetti. Katarina Maaskant, Kap tal-Affarijiet Ewropej għall- IKEA enfasizzat dwar kemm hu essenzjali li nagħmlu s-sostenibbiltà aċċessibbli għall-kulħadd, anke għal dawk li ma jistgħux jonfqu ħafna. Min-naħa tagħha, Julia Poliscanova minn Transport & Environment iffukat fuq it-trasport u qalet li jista' jsir ħafna aktar speċjalment għaliex diġà jeżistu teknoloġiji aktar nodfa. Fl-għeluq tal-konferenza, l-MEP Miriam Dalli qalet li jekk irridu nilħqu l-miri tagħna u jkollna dinja fejn naqtgħu kemm jista' jkun tniġġiż, hu importanti li nibqgħu inġibu rapprezentanti tal-industrija u tal-ambjent flimkien. "Għandna responsabbilita komuni u irridu naħdmu flimkien, individwalment u kollettivament, kemm fuq livell nazzjonali, Ewropew u globali. Il-ftehim ta' Pariġi hu biss il-bidu ta' revoluzzjoni fil-mod kif nitrattaw dan il-qasam, fil-politika li naddottaw, fid-deċiżjonijiet finanzjarji li nieħdu u fil- mod kif joperaw is-swieq finanzjarji u fl-avvanzi teknoloġiċi tat-trasport u l-enerġija u dan kien mill-aktar evidenti matul il-laqgħa tal-llum," temmet tgħid Miriam Dalli. Il-Ħadd 21 ta' Frar 2016 | illum 21 TELEVIXIN Aħbarijiet 'Li naddattaw għat-tibdil fil-klima jġib miegħu opportunitajiet'

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 Frar 2016