Illum previous editions

ILLUM 21 Frar 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/643089

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 35

32 illum Il-Ħadd 21 ta' Frar 2016 Sports Infantino u x-Sheikh Salman fil-pole TINSAB fl-aqwa tagħha t-tellieqa għall- presidenza tal-FIFA, hekk kif tabilħaqq hemm stennija kbira għall- elezzjoni biex jiġi elett president ġdid tal-FIFA, li se ssir nhar il-Ġimgħa li ġej. Ir-rebbieħ bejn dawn il-kandidati se jkun qed jieħu post l-Iżvizzeru Sepp Blatter, li ġie ri-elett għall-ħames terminu tiegħu bħala president tal-FIFA f 'Mejju li għadda, għalkemm ħabbar li kien irriżenja minn din il- kariga ftit jiem biss wara, hekk kif ġie akkużat li kien involut f 'allegat każ ta' korruzzjoni. Sepp Blater kien mistenni li jżomm il-presidenza tiegħu sal-elezzjoni ta' Frar li ġej, iżda bħal Michel Platini, ġie sospiż għal 90 ġurnata, minħabba li jinsabu għaddejjin investigazzjoniiet dwaru, relatati ma' korruzzjoni. Bħalissa qed imexxi l-FIFA bħala 'acting-president', l-eks stilla tal-futbol fil- Kamerun, Issa Hayatou, li kien ikkontesta lil Sep Blatter għall-president tal-FIFA lura fl-2002, iżda kien ħareġ tellief. Il-FIFA bħalissa tinsab fiċ-ċentru ta' diversi kontroversji u investigazzjonijiet u qed tolqot il-headlines tal-aħbarijiet mhux biss sportivi. Dan hekk kif awtoritajiet fl-Iżvizzera, minħabba li l-FIFA hija bbażata f 'dan il- pajjiż, iżda anki fl-Istati Uniti, qed jinvestigaw l-involviment ta' diversi uffiċjali, li għadhom iservu fil-FIFA, iżda wkoll diversi eks uffiċjali ta' din l-assoċjazzjoni, li tmexxi l-futbol mondjali, minħabba allegati każijiet ta' korruzzjoni, fosthom l-allegat bejgħ, permezz ta' somom esorbitanti ta' flus, biex iż- żewġ edizzjonijiet tat-Tazza tad-Dinja li jmiss fl-2018 u fl-2022 isiru fir-Russja u l-Qatar rispettivament. Intant, kollox qed jindika li x-Sheikh Salman, li huwa l-Kap tal-Konfederazzjoni tal- Futbol Asjatika u Gianni Infantino, is-Segretarju Ġenerali attwali tal- UEFA, se jkunu qed jibdew mill-'pole position' għal din l-elezzjoni. Rimarkabbli huwa l-fatt li propju x-Sheikh Salman fil-ġimgħat li għaddew, afferma li jekk huwa jkun elett bħala president tal- FIFA, se jkun qed jistieden lil Gianni Infantino nnifsu jew lil Kap Eżekuttiv tal-Kampjonat Barclays Premier fl-Ingilterra, Richard Scudamore, biex wieħed minnhom jgħinu fit-tmexxija tal-FIFA, bħala Segretarju Ġenerali. Għadu mhux magħruf jekk dawn it-tnejn aċċetawx din il-proposta tax-Sheikh. Għalkemm qed jissemma' li l-Prinċep Ali, jista' jirbaħ numru ġmielu ta' voti, fosthom dak ta' Malta permezz tal- MFA, madankollu jidher li huwa mhuwiex il-favorit ewlieni biex jirbaħ din l-elezzjoni, bħal mhuma Gianni Infantino u x-Sheikh Salman. Biex jissottomettu l-kandidatura tagħhom, kull kandidat kellu jikkampanja, biex jikseb mill-inqas ħames nomini minn federazzjonijiet nazzjonali tal-futbol diversi. Barra minn hekk, kull kandidat ried ikun ilu nvolut fil-futbol b'mod attiv għal mill- inqas sentejn mill-aħħar ħames snin. Hawn taħt, se nkunu qed nagħtu ħarsa fid- dettall, lejn kull wieħed mill-ħames kandidati għall- presidenza tal-FIFA: Tokyo Sexwale Dan il-persuna meqjus bħala biljunarju, ġej mill-Afrika ta' Isfel, u llum jgħodd it-62 sena u huwa famuż l-aktar għall- protesti li kien jorganizza kontra s-sistema popolari tal-'Apartheid', ġewwa pajjiżu. Barra minn hekk huwa serva priġunerija ta' aktar minn għaxar snin fil-famuża Robben Island, flimkien ma' Nelson Mandela. Jekk jiġi elett bħala president tal- FIFA, huwa jkun l-ewwel president Afrikan ta' din l-assoċjazzjoni li tmexxi l-futbol mondjali. Il- fatt li l-Afrika, għandha xejn inqas minn 54 assoċjazzjoni nazzjonali tal-futbol li tista' tivvota f 'din l-elezzjoni, jista' jkun fattur ewlieni li jkabbar iċ-ċansijiet li Tokyo Sexwale jista' jirbaħ din l-elezzjoni, dejjem jekk huwa jassigura s-sapport tagħhom. Fil- passat riċenti, huwa serva fil-kumitat tal- FIFA, li jiġġieled id-diskriminazzjoni fil- futbol. Barra minn hekk, huwa kellu karriera ta' suċċess fl-industriji tal- minjieri u tal-enerġija, u huwa stimat li għandu assi ta' xejn inqas minn $200 miljun fil-kont bankarju tiegħu. U dan wara li kien nefaq is-somma ta' $70 miljun biex jixtri gżira privata fl-Oċean Indjan, lura fl-2013. Jerome Champagne Dan huwa persuna li fil-passat ħadem fid- diplomazija politika meta ngħaqad fil-FIFA bħala amministratur tard fis-snin 90. Huwa dam jaħdem f 'din l-organizzazzjoni sal- 2010, meta kien ħalla l-kariga tiegħu ta' Tokyo Sexwale Gianni Infantino Scicluna jirbaħ fuq Gauci bi 3 sekondi fl-ASMK Enduro NHAR il-Ħadd li għadda, l-ASMK organizzat ir-raba' attività mill-Kampjonat ASMK Enduro Pasta Poiatti 2015/2016 bis- sapport ta' Dunlop Tyres. L-attività ġiet organizza f 'barriera fil-Fawwara u dan grazzi għal Schembri Barbros u Polidano Group li ppermettew li l-ASMK tkun tista' tuża il-barriera għall-Enduro. Il-kumitat organizzativ irnexxielu jagħmel korsa twila ta' tliet kilometri li offriet sfidi differenti kemm għal dawk li ħadu sehem l-ewwel darba kif ukoll għall-kompetituri regolari. Minkejja li kienet ġurnata tal-maħbubin u li żammet diversi kompetituri milli jattendu, 18 -il kompetitur irreġistraw għal din l-attività maqsuma f 'żewġ klassijiet. Ħarsa lejn il-ġurnata fejn fil-pole position ta' Klassi A rajna lil Gary Debono u Andrè Scicluna, it-tnejn fuq muturi KTM jiddominaw il-Pole Position b'Debono jispiċċa fuq quddiem nett segwit minn Scicluna u Elvin Debono li wkoll kien qed isuq mutur KTM. Fl- ewwel Heat rajna lil Elvin Debono jkompli jtejjeb il-ħin tiegħu filwaqt li Scicluna spiċċa biex waqa' pożizzjoni. Fit-Tieni Heat komplejna nassistu lil Gary Debono jkompli jtejjeb il-ħin tiegħu drastikament fejn għalaq il-ġurnata u rebaħ il-klassi b'ħin ta' 6 minuti 39.88 sekondi segwit minn Scicluna fejn ukoll għamel titjib fil-ħin biex il-pożizzjoni li tilef fil- heat, irnexxielu jirkupraha. Scicluna għalaq il-ġurnata Joseph Scicluna fuq Mutur KTM Ritratt: Mario Micallef

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 Frar 2016