Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/643089
Il-Ħadd 21 ta' Frar 2016| illum 7 Aħbarijiet Laburisti rrabjati għall-partit għad iridu jiġu indirizzati." Tingħata raġun...imma bir- raġun tibqa' Ray Tabone jgħid li l-akbar problema ta' bosta attivisti Laburisti hija li jħossu li wara snin ibatu inġustizzja jew jinqabżu minħabba l-ideat politiċi tagħhom, "issa baqgħu jinqabżu." Huwa jsemmi l-każ tiegħu fejn qal lill-ILLUM li minkejja li studja u investa biex seta' jġib Masters, hu baqa' mwaħħal "filwaqt li ħaddieħor, anke jekk bla kwalifikazzjonijiet, baqa' tiela. Hekk sew allura?" Jgħid ma' din il-gazzetta li bħalu hemm ħafna nies oħrajn. "U li tweġġgħek l-aktar huwa li kulħadd itik ir-raġun u jurik simpatija, imma bir-raġun u s-simpatija tibqa'." Ma' din il-linja ta' argument jaqbel Scerri, li apparti li kien sindku ta' Bormla, ilu attivist Laburist għal snin twal. "Nies bħali batew, kif inbidel il-Gvern lura fit-tmeninijiet. Mhux qed nesaġera. Batejna transfers, inġustizzji u anke minn promotions li ma ħadniex. Issa dawk li batew dawn it-transfers, qed jitolbu li l-inġustizzja tiġi rranġata. Imma minkejja li għaddew iktar minn sentejn minn dan il-Gvern, kull min bata inġustizzja għadu qed ibatiha, u biex tgħaxxaq min sawwatna ħa promozzjoni u għamel avvanz." Ġustizzja għal kulħadd. Mhux għal-Laburisti biss. Charles Miceli ma jaqbilx wisq ma din l-idea jew lingwaġġ ta' "Laburisti mweġġa'" u jsostni li, "rridu nitkellmu dwar ġustizzja, dwar kull min qed ibati, u mhux dwar Laburisti jew Nazzjonalisti". Iżid jammetti imma li saru inġustizzji matul is-snin u mal-ILLUM jisħaq li, "rridu nsibu mezz kif issir ġustizzja ma' min ġie ddiskriminat, ma' min kien ħaqqu xi ħaġa u ma ħadhiex, hu min hu. Sew jekk inqabeż minn Gvern Laburista u sew jekk minn Gvern Nazzjonalista." 'Trid imqar tinforma lin-nies fiex waslu l-każi tagħhom' Ma' din il-gazzetta, Manwel Cuschieri qal li huwa importanti li dawk il-Laburisti li għandhom każi quddiem il-'Grieviances Board' jew quddiem xi Ministeru, tal-inqas ikunu nfurmati fiex wasal il-każ tagħhom. "Mill-esperjenza tiegħi, nista' ngħidlek li n-nies japprezzaw żewġ affarijiet. L-ewwel li tkun onest u t-tieni li jħossuhom stmati billi tal-inqas ikunu nfurmati dwar fiex ikun wasal il-każ tagħhom." 'Ma nistgħux nipperpetwaw sistema ta' pjaċiri' Miceli, li huwa persuna kritika tal- Gvern preżenti magħġuna fit-twemmin xellugi u soċjalista, iwiddeb imma li "ma nistgħux nipperpetwaw sistema ta' pjaċiri. Għax jekk naħdmu bil-pjaċiri u fuq il- pretenzjonijiet tal-individwi, żgur nibqgħu deħlin dritt fil- ħajt. Il-prijorità hija l-ġustizzja u magħha norbot il-ġustizzja soċjali. U l-ġustizzja mhux biss trid issir imma trid tidher li qed issir. Anzi jien ngħid trid tinħass ukoll." Miceli jgħid li minkejja li tgergir dejjem se jkun hemm, dan jonqos jekk mill-'kejk' ekonomiku igawdi kulħadd. "La l-kejk kiber, kulħadd jistenna li jmissu biċċa akbar," sostna Miceli. Jekk ma noqogħdux attenti... Minkejja li dawk id-Deputati Laburisti li tkellimna magħhom ma tkellmux fis-sens li s-sitwazzjoni hija gravi, l-eks Sindku ta' Bormla xegħel bozza ħamra u widdeb lill-PL. "Fl-1996 ukoll kienet saret rebħa sabiħa, għalkemm mhux kbira daqs dik tal-2013. Imma noqgħodu attenti. Xi nies li spiċċaw f 'kariga, illum qed jarawna dubbien u ċertu deputati qed jaħsbu li qed nesaġeraw. Imma rridu noqgħodu attenti. Qed isir ħafna ġid għall-pajjiż imma min kien imweġġa', għadu mweġġa' sal-ġurnata tal-lum." "Xi nies li spiċċaw f 'xi kariga, illum qed jarawna dubbien" Manwel Cuschieri (lemin) u l-attivist xellugi Charles Miceli (xellug) Il-housing soċjali...uġigħ ta' ras kbira Inġustizzji, impjiegi mal-Gvern u 'housing' - Deo Debattista Ma nistgħux nibqgħu b'dipartimenti li jwaqqfuna milli nirranġaw inġustizzja - Silvio Schembri Il-housing hija waħda mill-akbar sfidi - Silvio Parnis Naqra aktar attenzjoni tista' tagħmel id-differenza - Etienne Grech Hemm min iħoss li fil-passat saret inġustizzja miegħu u li għandu dritt għal xi ħaġa. Issa dan id- dritt jista' jkun ġust imma jista' jkun ukoll immaġinarju. Ilment komuni huwa dwar inġustizzji fi promozzjonijiet. Nifhem il-weġgħa, iżda dawn diffiċli tirremedjahom fl-immedjat mingħajr ma toħloq kaos. Ilmenti oħra huma dwar nies li jkunu jridu impjiegi mal-Gvern. Hawnhekk jista' jkollok element ta' mentalità kolonjali, fejn in-nies jaħsbu li impjieg mal-Gvern huwa komdu. L-akbar problema llum hi dik tal-'housing' soċjali u din għandha tkun waħda mill-prijoritajiet tal-ħidma ta' dan il-Gvern. Hemm faxex ta' nies li mhux qed ilaħħqu mal-kirjiet jew prezzijiet tal-proprjetà bħalissa u dan qed joħloq pressjoni u talba qawwija għal housing soċjali. Din hija sfida kbira għall-Gvern u għall-partit bħalissa. Definittivament, waħda mill-akbar problemi fost dawk li jkellmuni huwa l-qasam tal-'housing' soċjali. Hemm bosta votanti li jħossu li saret inġustizzja magħhom meta post tal-Gvern ingħata lil uħud li kellhom il-mezzi u mhux lilhom, li m'għandhomx. Il-problema hi li dan il-Gvern sab settur tal-'housing' mingħajr postijiet vojta. Veru li se ninvestu €50 miljun biex nibnu iktar postijiet, imma dan il-proġett mhux se jsir mil-lum għal għada. Hemm Laburisti li ġustament jitkellmu dwar inġustizzji. U hawn nixtieq nesiġi li ma jistax jibqa' jkollna dipartimenti li jagħmluha diffiċli li nirranġaw inġustizzja. Ġieli ġew każi ta' persuni li kienu ilhom jaħdmu f 'post tax-xogħol 20 sena u allajbierek, qatt ma messhom promozzjoni. Dan filwaqt li oħrajn kienu qed jieħdu promozzjoni fuq oħra. Definittivament, waħda mill-akbar problemi fost dawk li jkellmuni huwa l-qasam tal-'housing' soċjali. Hemm bosta votanti li jħossu li saret inġustizzja magħhom meta post tal-Gvern ingħata lil uħud li kellhom il-mezzi u mhux lilhom, li m'għandhomx. Il-problema hi li dan il-Gvern sab settur tal- 'housing' mingħajr postijiet vojta. Veru li se ninvestu €50 miljun biex nibnu iktar postijiet, imma dan il- proġett mhux se jsir mil-lum għal għada. Hemm diversi Laburisti li ġustament jitkellmu dwar inġustizzji. U hawn nixtieq nesiġi li ma jistax jibqa' jkollna dipartimenti li jagħmluha diffiċli li nirranġaw inġustizzja. Ġieli ġew każi ta' persuni li kienu ilhom jaħdmu f 'post tax-xogħol 20 sena u allajbierek, qatt ma messhom promozzjoni. Dan filwaqt li oħrajn kienu qed jieħdu promozzjoni fuq oħra. Ħafna drabi kull ma jkunu jridu hu li l-każ tagħhom jingħata l-attenzjoni, bħal per eżempju xi ħadd li jkun fuq 'waiting list' għal operazzjoni li tkun se ssir xhur wara meta jkollu uġigħ kbir. F'każ bħal dan, wieħed ikun irid jara jekk hux possibbli li l-operazzjoni ssir qabel. Irridu nibdlu l-mentalità minn gvernijiet tal-passat meta n-nies kienu jippretendu favuri mill- Gvern. Jeħtieġ li ngħidu 'le' għal ċerti affarijiet. Min jilmenta dwar inġustizzji li saru fil-passat jista' jieħu l-ilment tiegħu lill-'Grievances Board' u aħna nservu ta' gwida. Il-'housing' soċjali hija problema kbira. Hemm bosta nies fuq waiting list twila u m'hemmx biżżejjed djar għalihom. Il-Gvern qed jindirizza din il-problema u ddedika €50 miljun biex jinxtraw djar li bħalissa mhux okkupati.