Illum previous editions

ILLUM 21 Frar 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/643089

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 35

24 illum | Il-Ħadd 21 ta' Frar 2016 Kummerċjali Ivvjaġġa lejn Larnaca u Dubai u ffranka sa 50% fuq il-biljetti tal-ajru Emirates b'companion fares fil-Klassi tal-Ekonomija Il-vjaġġ lejn Dubai jew Larnaca jibda fuq nota tajba permezz tal-prezzijiet speċjali li qed toffri Emirates. Jekk qed taħseb biex tieħu vaganza fi żmien l-Għid, Emirates qed toffri skontijiet fuq il-biljetti tal- ajru fil-Klassi tal-Ekonomija biex tinkoraġġixxi aktar vjaġġaturi jesploraw is- sbuħija ta' Ċipru u Dubai, jew biex iżuru mill-ġdid dawn il-postijiet favoriti tagħhom. Żewġ passiġġieri jew iktar li jivvjaġġaw flimkien fil-Klassi tal-Ekonomija u fuq l-istess booking, jistgħu jibbenefikaw minn skont sa 50% fuq il-biljett tal-ajru. Il-prezz bir-ritorn lejn Ċipru jibda minn €145, filwaqt li l-prezz bir-ritorn lejn Dubai jibda minn €495 kull persuna għal minimu ta' żewġ persuni li qed jivvjaġġaw flimkien. Fil-prezz hemm inkluż ukoll it-taxxa. Jekk id-data tat-tluq tkun il-Ġimgħa jew is-Sibt ikun hemm żieda fil-prezz ta' €20. L-offerta hi valida għal biljetti li jinxtraw sat-Tnejn 29 ta' Frar 2016, u t-tluq tal-vjaġġ għandu jkun sat-30 ta' April 2016. Termini u kundizzjonijiet japplikaw. Kuljum, Emirates topera titjriet skedati bejn Malta u Dubai. Mill-1 ta' Marzu, Emirates ser ittir lejn Malta darbtejn fil-ġimgħa, nhar ta' Tnejn u l-Erbgħa, b'waqfa qasira f 'Larnaka, Ċipru. Filwaqt li nhar ta' Ħadd, it-Tlieta, il-Ħamis, il-Ġimgħa u s-Sibt, il- linja tal-ajru ser topera b'titjira ċirkulari bejn Dubai u Malta b'waqfa f 'Tunis, it-Tuneżija. F'dan il-każ, it-titjira tar-ritorn minn Malta lejn Dubaj hi waħda diretta. Permezz tal-ajrupan Airbus 340-300, li joffri konfigurazzjoni ta' tliet klassijiet, il-passiġġieri jistgħu jgawdu l-aħħar films, programmi televiżivi, logħob diġitali u mużika popolari minn madwar id-dinja. It-tfal jistgħu jieħdu pjaċir b'varjetà ta' films, cartoons, logħob u ġugarelli li żgur iżommuhom ferħanin waqt il-vjaġġ lejn u minn Ċipru jew Dubai. Il-passiġgiera fil-Klassi tal-Ekonomija għandhom ukoll baggage allowance ġeneruż ta' 30 kilo. Il-biljetti jistgħu jinxtraw minn aġenti tal-ivjaġġar, direttament mill-Uffiċju tal- Bejgħ tal-Emirates fl-Ajruport Internazzjonali ta' Malta fuq in- numru tat-tel: 2557 7255 jew mis-sit www.emirates.com/mt. Għal żmien limitat, Emirates qed toffri skont ta' 50% fuq il-biljett tal-ajru meta żewġ persuni jew aktar jivvjaġġaw fil-Klassi tal-Ekonomija lejn Ċipru jew Dubaj Il-Coca-Cola tniedi l-kampanja globali ġdida 'Taste the Feeling' Meta wieħed jixrob Coca- Cola, tkun liema waħda tkun, il-mument ikun dejjem wieħed speċjali. The Coca-Cola Company żvelat strateġija ġdida ta' marketing globali fuq kunċett ta' ditta waħda, 'One Brand', li għall-ewwel darba qed tgħaqqad lill-Coca-Cola, il- Coca-Cola Light/Diet Coca-Cola, il-Coca-Cola Zero u l-Coca-Cola Life taħt il-kappa ikonika tad- ditta Coca-Cola f'kampanja kreattiva dinjija bl-isem ta' 'Taste the Feeling'. "Ta' kuljum, miljuni ta' nies madwar id-dinja ikollhom f'idejhom Coca-Cola kiesħa," qal Brian Galea, il-Maniġer Ġenerali ta' The General Soft Drinks Co. Ltd, il-produtturi tal-Coca-Cola f'Malta, u ta' GSD Marketing Ltd, id-distributuri lokali ta' The Coca- Cola Company. Matul it-tnedija tal-kampanja, li ġiet żvelata anke f'Malta flimkien mal-bqija tad-dinja, is-Sur Galea qal li, "L-approċċ il-ġdid ta' 'One Brand' ser jaqsam l-ekwità tal-Coca-Cola mal-prodotti kollha bil-marka tal- Coca-Cola, biex b'hekk jissaħħaħ l-impenn tagħna li noffru lill-konsumaturi għażla b'aktar ċarezza. Dan huwa investiment qawwi wara l-prodotti kollha tal-Coca-Cola, li juri kif kulħadd jista' jgawdi dik ix-xi ħaġa speċjali li toffrilek Coca-Cola kiesħa, bil- kaloriji jew mingħajrhom." Iċ-Chief Operating Officer Maria Micallef żiedet tgħid, "Aktar minn qatt qabel, aħna nagħrfu li n-nies iridu l-Coca-Cola tagħhom b'modi differenti, iżda tkun liema waħda tkun, huma jridu ditta tal-Coca- Cola b'togħma tajba u rinfreskanti li tħallik f'burdata tajba. Permezz tal-istrateġija 'One Brand' aħna mhux se nagħmlu aktar kampanji differenti għat-tipi differenti ta' Coca-Cola, iżda kampanja waħda għad-ditta ikonika li tiċċelebra kemm il-prodott kif ukoll id-ditta." 'Taste the Feeling' se toħroġ fi żminijiet differenti fis-swieq dinjija kollha matul l-2016 u se tieħu l-ħajja permezz ta' għadd ta' elementi magħqudin flimkien mill-imħuħ kreattivi ta' 10 aġenziji internazzjonali differenti, li jinkludu riklami għat-TV, ritratti għall-kampanja, sistema ta' identità viżwali ġdida, innu mużikali u sigla ġodda, kif ukoll esperjenza diġitali interattiva li wieħed jista' jadatta għalih innifsu u jaqsam ma' oħrajn. Il-kampanja kreattiva hija bbażata fuq l-elementi fundamentali tad-ditta Coca- Cola – il-mod kif tinkiteb Coca- Cola magħruf bħala 'Spencerian script', iċ-ċirku aħmar u l-flixkun tal-ħġieġ ikoniku – iżda b'laqta moderna, fejn naraw mumenti awtentiċi u reali bil-prodott bħala l-protagonist. Wara sħubija li bdiet fl-2014, il-Coca-Cola reġgħet għażlet lil Avicii biex jipproduċi verżjoni 'remixed' tal-mużika tal-kampanja 'Taste the Feeling' bis-sehem ta' Conrad Sewell, u Avicii se jipproduċi wkoll verżjonijiet tal- mużika għall-kampanji tal-UEFA EURO 2016TM u tal-Logħob Olimpiku ta' Rio 2016TM. Il-Grupp MAPFRE jżid id-dħul b'4.1% għal €26,700 miljun Il- grupp globali ta' assigurazzjoni MAPFRE irreġistra żieda fid-dħul ta' 4.1% fl-2015, bid-dħul ilaħħaq €26,700 miljun waqt li l-premiums żdiedu b'2.3% għal €22,312 miljun. Il-profitti qabel it- taxxa kienu ta' 709 miljun, tnaqqis ta' 16.9%. Dan it- tnaqqis kien konsegwenza ta' maltempati kbar tas- silġ fl-Istati Uniti, żieda fin-numru ta' claims, kif ukoll rata għola tat-taxxa f 'ċertu pajjiżi. Il-Grupp MAPFRE jopera f '49 pajjiż differenti, u f 'Malta huwa rapreżentat minn MAPFRE Middlesea plc. Matul l-2015, l-ekwità naqset b'9.3% għal €10,408 miljun, konsegwenza tat-tnaqqis fil-valur tal- portafoll dwar l-investiment finanzjarju u deprezzament ta' muniti ewlenin kontra l-ewro. L-ekwità tal- azzjonisti kienet ta' €8,574 miljun, bit-total tal-assi jlaħħaq €63,489 miljun. Fl-aħħar tas-sena li għaddiet, il-proporzjon kombinat kien ta' 98.6%, żieda ta' 2.8 punti perċentwali, li minnom 1.3 punti perċentwali irriżultaw minn telf straordinarju kaġun tal-maltempati tas- silġ fl-Istati Uniti. Il-Premiums fir-reġjun tal-Ewropa, l-Lvant Nofsani u l-Asja (EMEA) laħaq total ta' €1,982 miljun, żieda ta' 53.9% fuq is-sena ta' qabel. Is-swieq kollha fir-reġjun irreġistraw tkabbir fil- premiums ta' aktar minn 20%, waqt li l-kumpanija Direct Line fl-Italja u l-Ġermanja jikontribwixxu €374 miljun. Dan ir-reġjun jirrappreżenta 8.3% tal- premiums totali tal-Grupp. Il-premiums u u d-dħul qed ikomplu jiżdiedu u dan jirifletti l-fiduċja tal-klijenti f 'MAPFRE, però rridu nieħdu passi oltre biex intejbu l-effiċjenza u profitt," qal Antonio Huertas iċ-Ċerman u l-Kap Eżekuttiv ta' MAPFRE. Riċentament, il-kumpanija approvat l-istrateġija għall- perjodu 2016-2018, li tiffoka fuq tkabbir profitabbli, orjentament fuq il-klijent, transformazzjoni diġitali, eċċelenza fl-immaniġjar tekniku, it-tisħiħ ta' kultura interna u żvillup ta' talent tal-impjegati.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 Frar 2016