Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/643089
Il-Ħadd 21 ta' Frar 2016 | illum 19 Editorjal ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt Dak li mhux regolat, jopera f 'ġungla M atul dawn l-aħħar xhur, l-ILLUM trattat tliet suġġetti partikolari. Ftit xhur ilu din il-gazzetta ippublikat storja dwar is-suq abbużiv ta' kif qed jitħaddmu immigranti li jinġabru minn Triq Aldo Moro fil-Marsa u kif dawn kienu qed jitħallsu madwar €3 fis-siegħa filwaqt li jintagħżlu skont it-tul jew skont kemm jidhru b'saħħithom. Wara trattajna l-istorja tal-massage parlours. Hawnhekk konna rraportajna kif minkejja li fil-Parlament kien żvelat li ngħata permess wieħed biss għal massage parlour f 'Buġibba/Qawra f 'sentejn, din il-gazzetta sabet mill- inqas sitta. F'dawn l-aħħar ġimgħat, l-ILLUM irraportat dwar ir-realtà tas-servizzi offruti onlajn minn escorts. B'kollox sibna li hemm madwar 800 mara li qed tirreklama lilha nnifisha bħala escorts fuq l-internet. Bejn dawn it-tliet stejjer, hemm fattur wieħed li huwa komuni u dan huwa l-fatt li qed joperaw f 'limbu mhux regolat. F'kelma oħra, f 'ġungla. Ħa nibdew mit-tnejn tal-aħħar. L-ILLUM hija assolutament kontra l-użu u l-abbuż tal-vulnerabbli. Ma nistgħu qatt naqblu mal-kunċett illi persuna, li ġeneralment tkun mara, tintuża għal skopijiet purament sesswali u tkun mġiegħla tbiegħ ġisimha u r-reputazzjoni tagħha biex minnha jgawdi ħaddieħor. Ma nistgħu qatt naqblu mal-oġġett-ifikazzjoni ta' persuna umana, mat- trattament inuman li dan it-traffikar iġib miegħu u ma' min bl-azzjonijiet tiegħu qiegħed, anke jekk ma jafx, jimbotta aktar dan l-abbuż. U huwa għalhekk li nemmnu li s-servizzi sesswali, onlajn jew le - li ndawru kemm indawru wiċċna biex għat-taparsi ma rajniehomx, xorta jibqgħu hemm, - jeħtieġ ikunu regolati. Mhux għax naqblu mal-attività per se, imma għax naqblu li billi nħallu "anarkija", biex nużaw l-aġġettiv propizju li uża s-sors tagħna l-ġimgħa l-oħra, inkunu biss qegħdin nipperpetwaw ġungla li fiha jista' jsir kollox. U b'kollox qed nirreferu għall-abbuż sfrenat f 'diversi forom fuq kull min mess ma' din ir-realtà. Il-fatti qegħdin quddiemna, one click away, kif jingħad bl-Ingliż. Issa l-politiċi għandhom għażla. Jew se jagħmlu karnivalata bħalma darba sar meta ressaqna n-nisa l-għassa bil-bikini biex għat-taparsi qed isir xi ħaġa, imbagħad ninsew kollox, jew inkella se jammettu li dan huwa fenomenu ġdid li jeħtieġ li jkun regolat biex ikun protett kull min, b'għażla konxja, qed jopera fih. Mhux hekk biss imma. Li 'servizzi' bħal dawn ikunu regolati huwa fl-interess komplet ta' min qed jużahom ukoll. L-istess imur għall- massage parlours. Għax tħallew jiżdiedu ma' kull rokna tal-pajjiż mingħajr ma ġew regolati dawn qed jagħmlu ħsara kbira lil min huwa professjonist fil- qasam. Jeħtieġ niddeċiedu. Jew se nirregolawhom u nsejħulhom b'isimhom proprju, jiġifieri briedel li kull min se jmur hemm se jmur għall-pjaċir sesswali, jew inkella se ngħalquhom. Dwar l-immigranti fil- Marsa l-ILLUM iddedikat ħafna editorjali u l-linja tagħna hija ċara. L-abbuż mhu aċċettabbli qatt. Dak li qed jiġri fil-Marsa, kull filgħodu u kuljum, jeħtieġ jieqaf illum qabel għada. Min irid jimpjega immigrant, jista' jagħmel dan permezz tal-mezzi regolati u legali tal-pajjiż bħalma jagħmel kull min huwa onest. ....anke fl-akkomodazzjoni Nhar il-Ġimgħa, l-Minstru Edward Zammit Lewis ħabbar li l-Gvern se jkun qed jirregolarizza l-qasam tal-akkomodazzjoni biex kull forma ta' akkomodazzjoni taderixxi mal-istess sett ta' regoli. Dan se jkun qed jgħodd ukoll għal dawk li jirriklamaw is-servizz tagħhom fuq l-Airbnb. L-ILLUM taqbel perfettament ma' dan għax wara kollox kieku, allaħares qatt, tinqala' traġedja li wara nsiru nafu li kienet riżultat ta' standards ta' sigurtà inferjuri, imbagħad ikun tard wisq. Veru li l-lukandiera qed jimbuttaw għal dawn il-bidliet għax jaqblilhom. Imma fl- aħħar mill-aħħar, huwa fl-interess ta' kulħadd, speċjalment tal-klijent, li s-suq tal-akkomodazzjoni jkun regolat biex b'hekk tkun aċċertata s-sigurtà u livelli massimi tal- akkomodazzjoni. Il- prezzijiet orħos li qed joffru n-nies onlajn, permezz tal-Airbnb, mhux skuża biex naħarbu mill-obbligi. Jekk trid tkun parti mis- suq trid tilgħab mal-logħba tas-suq. Editur: Albert Gauci Cunningham