Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/643089
Il-Ħadd 21 ta' Frar 2016 | illum 11 Intervista jħabbat bibien ta' ħadd St John. Kienu laqgħat biss u ma ffirmajna l-ebda kuntratti. Talbuni biex nirritorna, u jien napprezza ħafna li hemm min jirrikonoxxi x-xogħol kollu li kont għamilt qabel tlaqt." Mistoqsi għaliex m'aċċettax, Bundy qal li mhux kwistjoni jaċċettax. "Ta' 55 sena ma nħossx li għandi mmur x'imkien fejn se noqgħod nikumbatti ma' ideoloġiji staġnati. Ma naċċetta xejn ħlief xandir bla ebda pressjoni politika." Imma Bundy irid imexxi il-PBS? Hawn staqsejt il-mistoqsija li hawn fuq fomm il-ħafna. Allura John Bundy irid it-tmun tal-PBS? "Mhux se nwieġbek dwar din. Jien m'għandix xewqat li jispeċifikaw dik. Inħalli lil kulħadd fil-libertà tiegħu jara hu. Kulħadd jaf x'esperjenza għandi, kulħadd jaf kif nagħmel ix-xandir, kulħadd jaf li jekk se nagħmel xi ħaġa, jew se nagħmilha sew, inkella ma nagħmel xejn. Kulħadd jaf li jien korrett ħafna f 'dak li nagħmel, issa jien ma nikkmanda lil ħadd u mhu se nħabbat il-bibien ta' ħadd. Nixtieq nagħmel dak li naf. Xandar hu dak li jieħu x-xandir f 'direzzjonijiet differenti. Meta nħares lejn il-PBS, nara tliet kelmiet li jfissru Public Broadcasting Services. Iżda veru dawn il-kelmiet? Il-PBS illum irid jibdel ismu għal SBS, State Broadcasting Services. Kien hekk qabel, u għadu. Ma nbidel xejn mal-bidla tal- amministrazzjoni. Il-policy għandha tkun li teduka u tagħti opportunitajiet u jinħoloq il-bilanċ li l-aħbar tkun ta' kulħadd u għal kulħadd. Qed jagħmlu l-PBS dan kollu?" Bundy fil-fatt ħadem fuq kull stazzjoni tar-radju, jew każi kollha u jemmen li l-uniku stazzjon li jagħti servizz vera lil pubbliku hu l-RTK anke jekk għandu l-aġenda tal-Knisja, skont Bundy xorta jitħalla jiddiskuti kollox mingħajr indħil. 'Simon wiret partit fallut' Tlabt lil Bundy jagħtini opinjoni dwar il-PN taħt Simon Busuttil fejn qal li f 'ċertu segmenti nbidel u qed jinbidel. "Inbidlu l-kapijiet, inbidlu segretarji ġenerali, iżda hemm sezzjonijiet li għadhom lanqas biss bdew jixxaqqu aħseb u ara kemm inbidlu. Iżda dawn ma tagħmilhomx mil-lejl għan-nhar. Simon wiret partit fallut minn kollox. Ma rridx inkun fiż-żarbun tiegħu u għalkemm ma jentużjażmanix, napprezza l-perseveranza tiegħu." Illum il-ġurnata, John Bundy jqis ruħu Laburist jew Nazzjonalist? Għal dan, huw wieġeb, "Jien inqis ruħi Malti." U dwar Joseph Muscat kif jaħsibha? "Jien u Joseph ħbieb u kemm ilni nafu, qatt ma ddiskutejt kwistjonijiet politiċi miegħu. Qatt ma kont parti integrali mill-moviment tal-PL. Jien qatt ma kont involut fil-kampanja tal-PL, iżda kont nemmen il-mod kif iwassal il-messaġġ u l-ideat friski lill- poplu." Staqsejt lil Bundy jekk il-wegħdiet li għamel Joseph Muscat fil-kampanja żammhomx, "mhux ma żammx kelmtu, iżda jkun imdawwar b'nies li jimbarazzawhom. Billi tkun mexxej, ma tistax tikkontrolla lil kulħadd." Tkellimna dwar ix-xandir jekk dan għolhiex fil-livell, "Illum tilef il-livell. Kull min jaf jagħfas buttuna, sar xandar. Barra li minħabba l-media soċjali tnaqset is-saħħa, il- kwalità naqset immens. Nies li titqażżeż tismagħhom qed jieħdu l-ħin fix-xandir. Hemm bżonn bidla." Ira Losca ġiet mdaħħla f 'kontroversja għalxejn John Bundy barra li hu xandar hu wkoll mużiċist, anzi qalli li hu ma jgħix mingħajr il-mużika, "jien nismagħha kuljum u ndoqqha kuljum." Għalhekk ma stajtx ma nitkellmux ftit dwar il-Eurovision, "Ippreżentajt il- Eurovision seba' darbiet u kull darba li ppreżentajtu dejjem kont iċ-ċentru tal-kritika kostruttiva. Ma' kull wieħed li ppreżentajt, dejjem kelli storja għalkemm l-aktar wieħed li kien speċjali, kien meta ppreżentajtu ma' Simone Cini. Jien ma kontx qbilt dwar dan, għax din kienet newscaster u mhux preżentatriċi, iżda ltqajna u tkellimna kif se nippreżentawh, u qbilna li m'hemmx karti, imma timmemorizza kollox. Spiċċajna fejn gazzetti qalulna li r-rebbieħa tal- Eurovision kienu l-preżentaturi." Tlabtu jagħtini l-opinjoni tiegħu dwar il-kontroversja Ira Losco, "Dan l-aħħar ġranet smajna li l-festival dis-sena kien biex tintgħażel il- kantanta u mhux il-kanzunetta. Iżda din smajnieha wara l-festival u mhux qabel. Miniex nikkontesta lil Ira Losco, imma dan il-festival ma messu sar qatt. Għalija l-organizzatur kellu jagħmel bħalma għamel meta għażel lil Gaia u jibgħat lil Ira Losco bil-pakkett tagħha ta' esperjenza ta' 14-il sena. Ira Losco ma kellhiex bżonn festival biex tirrapreżenta lil Malta fil-Eurovision. Il-festival sar għalxejn. Mhux vera li l-festival sar biex tintagħżel il-kantanta, għax allura għalfejn Ira Losco daħlet b'żewġ kanuznetti jekk il-kanzunetta ma kellhiex tkun ivvutata? Dan il- festival inqabblu ma' tiġrija tar-roti fejn minn 14-il kontestant, 13 niżlu bir-rota u waħda niżlet bil-mutur. Mhux lit-13-il rota imbarazzajt, iżda lil tal-mutur. Ira Losco ma kellha qatt tidħol f 'kontroversja, Ira Losco ġiet imdaħħla f 'kontroversja. Inġust ukoll mal-kantanti l-oħra li kienu qed jikkompetu ma' artista internazzjonali, kompluta, brava, figura, diskografija u band mill-aqwa warajha. Ira tikkompeti ma' Miley Cyrus u mhux f 'kompetizzjoni lokali. Qatt ma kellu jsir dan, u l-probabbiltà hi li sar għal skopijiet differenti, u nieqaf hemm u ma ngħid xejn iżjed." X'jixtieq Bundy għal futur? "Nixtieq li dan il-programm li qed intella' fuq RTK nagħmlu fuq it-televiżjoni li mhux marbut ma' xi karru. Nixtieq li nagħmlu fuq l-istazzjon nazzjonali meta jkun veru l-istazzjon nazzjonali bit-titlu: Public Broadcasting Service. Meta jkun tal-pubbliku u għall-pubbliku." Dan il-festival inqabblu ma' tiġrija tar-roti fejn minn 14-il kontestant, 13 niżlu bir-rota u waħda niżlet bil- mutur " " Ritratt: Chris Mangion