Illum previous editions

ILLUM 21 Frar 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/643089

Contents of this Issue

Navigation

Page 34 of 35

Il-Ħadd 21 ta' Frar 2016 | illum 35 Sports Floriana u tan-Nazzjonal U21 Dan il-goalkeeper veteran li għandu esperjenza kbira fil-futol Malti bħala goalkeeper, u li issa qed jiddefendi l-lasti propju tal-eks tim tiegħek, Pembroke Athleta, kif għenek biex tkompli tissaħħaħ bħala goalkeeper? Għamilt numru ta' snin nattendi din l-iskola tal-goalkeepers. Mario Muscat, huwa bniedem ta' esperjenza kbira u tgħallimt ħafna affarijiet mingħandu. Hemm lista twila ta' affarijiet li tgħallimt mingħandu, prattikament nista' ngħid li tgħallimt ħafna fuq kull aspett li jikkonċerna l-ħajja ta' goalkeeper. Int qed tistudja wkoll l-ACCA biex issir accountant kwalifikat, waqt li taħdem ukoll. Kif jirnexxielek tlaħħaq mal- istudju u x-xogħol tiegħek u mat-taħriġ tiegħek fil-futbol kemm ma' Floriana kif ukoll mat-tim nazzjonali ta' taħt il-21 sena? Ngħix stil ta' ħajja kemxejn diffiċli fejn mit-Tnejn sal-Ġimgħa, naħdem ma' 'Grant Thornton Malta'. Wara x-xogħol nibqa' sejjer dritt għat-taħriġ ma' Floriana u filgħaxija nistudja għal xi eżami tal- ACCA, li jkun imissni nagħmel. L-iktar affarijiet importanti huma t-tqassim tal- ħin, id-dixxiplina u s-sagrifiċċju f 'diversi aspetti tal-ħajja. Apparti minn hekk, kemm il-'Grant Thornton Malta', kif ukoll Floriana FC dejjem jagħmlu l-almu tagħhom biex jipprovaw jgħinuni fejn ikunu jistgħu sabiex inlaħħaq ma' kollox. Int li kellek l-opportunità li tilgħab fi stadia barra minn Malta mat-tim nazzjonali, kif tqis li dawn jikkumparaw ma' dawk li bħala plejers tilagħbu fihom regolarment hawnhekk f 'Malta? S'issa l-iktar ħaġa li nnutajt hija li diversi stadia barra minn Malta jkunu magħmulin b'tali mod li l-partitarji jkunu iktar viċin tal-plejers. Din toħloq atmosfera iktar sabiħa fl-istadium, speċjalment meta tikkunsidra li Malta ma jkunx hemm ammont kbir ta' partiraji jsegwu l-logħbiet. X'tikkummenta fuq il-livell tar-referis li jikkontrollaw il-logħob tal-futbol f 'Malta? Nemmen li bil-mod il-mod il-livell tar- referis qed jitjieb maż-żmien. X'tikkummenta fuq il-kankru tal- betting li kulma jmur qed jeqred il- futbol mondjali? Sfortunatament, huwa fattur li jaffettwa ħafna l-futbol b'mod negattiv f 'kull parti tad-dinja. X'tikkummenta fuq l-amministrazzjoni tal-MFA mmexxija mid-duo Norman Darmanin Demajo u Bjorn Vassallo? Għalkemm dejjem tista' ssib xi ħaġa fuq xiex tista' tikkritika b'mod kostruttiv, naħseb li qed jagħmlu xoghol siewi fl-MFA, għax jekk tikkumpara l-MFA mas-snin li għaddew tista' tara li qed isir il-progress. Il-futbol Malti marid? Il-futbol Malti mhuwiex marid, anzi jien ngħid li hemm affarijiet pożittivi x'tista' tieħu minnu. Però, il-mentalità li biha nħarsu lejn ċerti affarijiet fil-futbol trid tinbidel u rridu nibdew inħarsu lejn il-futbol b'iktar mod professjonali. Temmen li teżisti problema ta' korruzzjoni relatata mal-betting f 'Malta u jekk iva kemm taħseb li din hija kbira? Għalkemm m'għandi l-ebda prova fuq xiex niġġudika t-twemmin tiegħi, nemmen li l-betting ġieli jkollu rwol f 'ċerti logħbiet tal-futbol f 'Malta. Din hija xi ħaġa diżappuntanti ħafna imma hija realtà. Però, jien nagħmel li nista' biex nevita ħsibijiet fuq hekk għax dawn l-affarijiet ineħħuli l-pjacir mil-logħba tal-futbol. Teskludi l-possibiltà fil-futur jekk tiġik l-opportunità li tmur tilgħab ma' xi klabb barra minn Malta? Nittama li fil-futur tiġini opportunità hekk, fejn żgur naċċetta li mmur nilgħab barra minn xtutna. U anki jekk tiġik offerta tajba minn xi klabb lokali, teskludi li tingħaqad magħhom , jew tahseb li l-futur tiegħek se jkun wieħed esklussivament mal- Greens? Nemmen li jekk l-affarijiet jibqgħu sejrin tajjeb, il-futur tiegħi jibqa' mal- Greens għax nixtieq li nkun parti mill-klabb meta jkun qed jerġa' jsir klabb b'saħħtu fejn jerġa' jibda jirbaħ l-unuri fil-futbol Malti. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek kemm ma' Floriana kif ukoll mat-tim nazzjonali ta' taħt il-21 sena? Qed inħares lejn il-futur b'ottimiżmu kbir fejn ninsab determinat li nkompli naħdem biex nitjieb, nieħu iktar esperjenza u nibqa' nagħmel progress kemm ma' Floriana kif ukoll mat-tim nazzjonali. Ikolli ngħid li x-xewqa u t-tragward prinċipali tiegħek hija dik li fil-futur ġejjieni tikseb post regolari bejn il-lasti tat-tim nazzjonali tal-kbar. Ninsab korrett? Iva. Huwa unur għalija kull darba li nilgħab bil-flokk tat-tim nazzjonali. Però, jien nimxi pass pass, u rrid inkompli naħdem u mbagħad naraw maż-żmien jekk ikollix ix-xorti li nilħaq dan it- tragward fil-karriera tiegħi. Bħala goalkeeper li għalkemm ta' età żgħira, irnexxielek tikseb suċċess konsiderevoli fil-Premier Malti, għaddi messaġġ lil dawk it-tfal u żgħażagħ li jixtiequ jagħmlu karriera fil-futbol, speċjalment bħala goalkeeper. L-ikbar messaġġ li nixtieq inwassal huwa biex ma jaqtgħu qalbhom qatt! Meta kont żgħir, kemm-il darba kien hemm min qal li ma kontx se nasal bħala goalkeeper minħabba li ma tantx kelli tul. L-iktar ħaġa importanti hija li jekk jemmnu f 'xi ħaġa, ma jħallu lil ħadd ibiddlilhom fehemthom, jibqgħu jittrenjaw bis-serjetà u jagħmlu l-almu kollu tagħhom sabiex jiksbu dak li jixtiequ. Barra minn hekk, nissuġġerilhom li ma jwarrbux l-iskola. Dejjem għandhom iżommu bilanċ bejn l-iskola u l-futbol biex jagħmlu progress fit-tnejn li huma. Twieled fl-14 ta' Settembru 1994 Għalkemm għad għandu biss 21 sena, jiddefendi l-lasti kemm ta' Floriana kif ukoll tat-tim nazzjonali ta' taħt il-21 sena Għalkemm jilgħab ma' Floriana, tim li jibqa' għal qalbu ferm huwa l-eks tim tegħu, Pembroke Athleta Missieru huwa l-president ta' Pembroke Athleta, Alex Calleja Matthew Calleja Cremona "Fil-futbol qatt ma tista' tgħid x'jista' jiġri, imma l-iskwadra kollha se nibqgħu naħdmu kollha f 'daqqa sabiex nilħqu dan it-tragward, li huwa post fl-Ewropa. Fl-aħħar tal-kampjonat ngħoddu l-punti u mbagħad naraw!" Ritratt: Chris Mangion

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 Frar 2016