Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/643089
minn Albert Gauci Cunningham "IL-GVERN, sal-lum ħadha wisq bil-mod biex jibda jwettaq il-bidliet fis-settur tal-housing soċjali." Dan sostnietu mal-ILLUM id-Deputata Nazzjonalista u Shadow Minister għall- Politika Soċjali Paula Mifsud Bonnici. Hi kienet mitluba tikkumenta dwar il-fatt li jidher li dan is-settur qed iwassal għal bosta lmenti fost oqsma differenti ta' nies, kif jixhdu l-erba' Deputati Laburisti li tkellmu ma' din il-gazzetta (ara paġna 7). Mal-ILLUM, Mifsud Bonnici sostniet li l-Gvern mhux qed joħloq skemi ġodda li jgħinu persuni li ma jifilħux iħallsu jkollhom akkomodazzjoni. "Għalkemm l-iskema li ħabbar il-Gvern, jiġifieri dik tal-First Time Buyers hija waħda pożittiva, xorta hemm min ma jaffordjax jixtri post anke meta tneħħi l-boll u tiffranka sa €5,000." L-ILLUM tfakkar lil Mifsud Bonnici iżda, li fl-aħħar baġit dan il-Gvern ħabbar proġett ta' €50 miljun li se jmorru kollha f 'housing soċjali. "Imma dawk il-50 miljun fl-arja għadhom. Huwa proġett pożittiv, ħa nkunu ċari, imma huwa investiment li għadu lanqas biss beda." Mifsud Bonnici tfakkar lil din il-gazzetta li dan il- proġett mhux se jkun qed isir mill-Awtorità tad-Djar, imma minn kumpanija, "li s'issa għadha lanqas biss ġiet iffurmata." Id-Deputata Nazzjonalista spjegat kif fil-fatt, il-lista ta' stennija f 'dan il-qasam hija ta' 3,000 persuna li skont Mifsud Bonnici tfisser li kien hemm 'splużjoni' fin- numru ta' nies ifittxu djar jew proprjetà issusidjata mill-Gvern. Hija tgħid li minkejja li l-Partit Laburista kellu ż-żmien kollu biex jipprepara l-pjan tiegħu għal dan il-qasam, "s'issa falla, u l-aktar li qed jintlaqtu ħażin huma dawk li ma jifilħux iħallsu u li m'għandhomx mezzi." Imma l-PN x'qed jipproponi eżattament? Pronta Mifsud Bonnici tfakkar li taħt Gvern Nazzjonalista kienu saru skemi apposta li kienu jgħinu lin-nies, "liema skemi," kompliet tgħid, "ma baqgħux isiru." Hija tfakkar kif permezz ta' skema partikolari xerrej seta' jixtri parti mill-proprjetà tiegħu, "biex imbagħad meta jħossu komdu biżżejjed iħallas il- kumplament." 6 illum | Il-Ħadd 21 ta' Frar 2016 Aħbarijiet Jiena Philippa Degiorgio, ID no: 647859(M) qed nitlob li nagħmel appuntament mal-Onorevoli Prim Ministru Joseph Muscat għax ilni sentejn nibgħat ittri u nċempel Kastillja biex xi ħadd jaqdini, iżda sal-lum il- ġurnata għadu ħadd ma kkuntatjani biex jagħmilli appuntament, ħlief mal-customer care. Qed nitolbok minn qalbi, Sur Prim Ministru biex tilqa' t-talba tiegħi u taċċetta li niltaqa' miegħek. Nista' niġi kkuntatjata fuq: 99019277 jew 21633724. Il-borma li qed tbaqbaq ta' Laburisti minn Albert Gauci Cunningham u Mark Borg LIL hinn minn dak li jiġi diskuss fuq il-mezzi tax- xandir u mill-kritika politika li jaqla' kull Gvern fuq kwistjonijiet nazzjonali, l-ilmenti tal-'grassroots' jibqgħu element moħbi, imma importanti meta partit ikun qed jagħmel il- kalkulazzjonijiet elettorali tiegħu. Dan il-Gvern qed jiffaċċja kritika, li issa qed tinxtered fuq il-mezzi soċjali wkoll, ta' nies li jgħidu li huma Laburisti "mweġġgħin" jew li magħhom saret inġustizzja. Għalkemm ftit saru, jekk qatt isiru programmi televiżivi dwar dan, jidher li bħalissa hemm moviment voċiferu ta' 'nagħaġ mitlufa' li l-PL jeħtieġ jara kif se jikkalma. Minkejja l-ħeġġa tal-Gvern biex ikabbar u jagħmel il-ħajja tan- negozju faċli, li jibni immaġini moderna u business like u minkejja l-avvanzi elettorali kbar li l-PL għamel f 'setturi li qabel kienu esklussivament Nazzjonalisti, il-bażi ta' votanti Laburisti jibqgħu determinanti f 'kull rebħa/telfa tal-partit. Mingħajr il-votant tradizzjonali Laburist, il-PL ma jistax jirbaħ elezzjoni, tiġi meta tiġi. Imma dawn il-votanti x'qed jippretendu eżattament? X'qed jistennew li ma ħadux? U dak li qed jitolbu huwa ġust? Għalfejn qed imorru għand id-deputati? Din tal-ilmenti għand il-politiku hija parti minn kultura ta' nepotiżmu politiku li akkumulat f 'dan il-pajjiż għal snin twal? 'Dan fenomenu li esperjenzajtu kull meta konna fil-Gvern' L-ILLUM kellmet lil persuna li għal żmien twil kien assoċjat mal-Partit Laburista u mal- mezzi tax-xandir tiegħu: Manwel Cuschieri. Min huma dawn il-Laburisti mweġġgħin? Xi jridu eżattament? Cuschieri jibda mill-ewwel billi jgħid li dak li qed jiġri llum b'ilmenti voċiferi dwar inġustizzji jew Laburisti li jgħidu li huma "minsijin mill-partit" ma bediex illum. "Niftakar lill-PL fil-Gvern tal- 1981-87, niftakar il-Gvern ta' Alfred Sant tal-1996-98 u issa għandna dan il-Gvern. Fit- tliet każijiet, dan il-fenomenu politiku ta' ilmenti personali u weġgħat tan-nies dejjem kien preżenti. Imma hemm differenza bejn partit u ieħor ukoll." X'inhi d-differenza? Forsi fost il-Laburisti hemm min huwa iktar parti minn din l-idea li trid mill- politiku? Cuschieri jiċħad u jfakkar mill-ewwel li anke l-appoġġ tradizzjonali lejn il-partit jista' jwassal biex aktar Laburisti jressqu ilmenti jew talbiet personali. "Il-PL għandu appoġġ minn żoni li setgħu waqgħu lura u allura jeħtieġu aktar attenzjoni. Għalkemm tajjeb infakkar", ikompli jgħid Cuschieri, "li l-Gvern diġà beda jindirizza din il- problema permezz ta' miżuri diversi bil-għan li jgħinu lill- fqir u lill-batut." "L-inġustizzji personali huma realtà'" qal Cuscheri, xi ħaġa li qablu magħha wkoll l-eks sindku u attivista Laburista Ray Tabone, Charles Miceli, persuna magħrufa għall-ideat xellugin tiegħu, kif ukoll l-eks Sindku Bormliż Joe Scerri. B'differenza iżda, Cuschieri jgħid li ġew indirizzati ħafna minn dawn għalkemm iżid jgħid ukoll li "għad fadal ħafna oħrajn li "Min bata inġustizzja, għadu qed ibatiha u biex tgħaxxaq, min sawwatna ħa promozzjoni u għamel avvanz" "La l-kejk kiber, kulħadd jistenna li jmissu biċċa akbar" L-eks sindki u attivisti Laburisti għal snin twal Ray Tabone (xellug) u Joe Scerri (lemin) 'Il-Gvern qed jimxi bil-mod wisq fuq is-settur tal-housing' Id-deputata Nazzjonalista Paula Mifsud Bonnici