Illum previous editions

ILLUM 21 Frar 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/643089

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 35

12 illum | Il-Ħadd 21 ta' Frar 2016 Għawdex 25 sena ilu, il-maestro Colin Attard mir-Rabat Għawdex wettaq ħolma. Eżatt fl-1990 ħoloq il-kor Gaulitanus li sal-lum għadu l-uniku kor f 'Għawdex li m'għandux irbit ma' xi knisja inkella xi teatru partikolari. U din il-ħolma mwettqa baqgħet tikber u minn 10 snin 'l hawn, beda jorganizza festival ta' mużika klassika li kien itawwal madwar 7 xhur. Kien iħoss li Għawdex kien hemm vojt għall- kultura mużikali. Ma riedx li Għawdex jibqa' mużikalment marbut biss mal-banda tar-raħal u maż-żewġ opri li jittellgħu f 'Ottubru. Għalhekk, 10 snin ilu bl-istess kor u b'tim ta' żgħażagħ miegħu, ħoloq festival madwar Għawdex kollu li kien jġebbed madwar seba' xhur sħaħ, b'kunċerti fi knejjes u kunsilli lokali madwar din il-gżira msemmija għall-kultura mużikali. "Iżda xorta nħoss li l-maġġoranza tal-pubbliku li jsegwi dawn il-kunċerti qed ikunu barranin li jgħixu Għawdex u kien għalhekk u għadni naħdem biex noħloq kultura ta' 'isma aktar mużika'," spjega Colin Attard metla ltqajna f 'kafetterija fir-Rabat, fejn lil Colin malajr tilmħu mix- xagħar kbir li għandu, (illum griża aktar minn sewda) li jagħmlu uniku fil-gżira Għawdxija. Il-fatt li f 'Għawdex indrat li f 'Ottubru jsiru żewġ opri f 'temp ta' ġimagħtejn miż-żewġ teatri tar-Rabat, l-Astra u l-Aurora, ma kienx biżżejjed, u Colin iddeċieda wkoll li fir-rebbiegħa jtella' opra sħiħa, għax l-opra fir-rebbiegħa tiġbed ukoll mhux biss dawk li jħobbu l-opra iżda anke lil dawk li jkunu jixtiequ jiskopruha. Beda fl-2014 fejn ittellgħet it-Tosca, is-sena li għaddiet ir-Rigoletto, u din is-sena se tittella il-Barbiere de Siviglia. Flimkien mad-deputat chairman tal-festival Marvic Bajada, ibnu Jean Noel Attard bħala maniġer tal-festival u s-segretarja Annabelle Zammit, dis- sena ddeċidew ukoll li għal din is-sena, l-avvenimenti jkunu aktar konċentrati u jsiru kollha f 'erba' ġimgħat bejn Ħadd il-Għid filgħaxija bil-produzzjoni semi- staged ta' My Fair Lady f 'Palazzo Palina fil-Hotel Ta' Ċenċ fit-8pm, f 'għeluq is-60 anniversarju mill- ewwel rappreżentazzjoni fi Broadway. Biex jagħlaq il-festival, il-produzzjoni tal- opra komika ta' Rossini, Il Barbiere di Siviglia nhar it- 23 t'April fit-Teatru Aurora. Bejniethom ikun hemm sensiela ta' kunċerti u recitals minn artisti minn madwar id-dinja li jinkludu virtwożi solisti u fi gruppi fuq strumenti varji tal- orkestra, pjanu u anki fuq l-orgni. "Barra hekk aħna nippruvaw li ma noħonqu l-ebda avveniment li jkun qed jorganizza ħaddieħor u għalhekk ħadna ħsieb li nibdew minn Ħadd-il Għid u l-avvenimenti tagħna li jkunu kuljum u madwar Għawdex kollu jsiru fi żmien meta mhux suppost 'Irrid noħloq kultura ta' 'Isma • Festival numru 10...opra numru 3 • Jiftaħ b' 'My Fair Lady' u jagħlaq bil-'Barbiere di Siviglia' • L-unika opra fir-rebbiegħa tittella' f'Għawdex "Il-mużika hi kultura li tagħti l-kuluri lil ħajja" Xena mit-Tosca li ttellgħet sentejn ilu mill-Gaulitanus Rekord assolut ta' passiġġieri tal-cruiseliners f 'Għawdex MILL-2010 sa Awwissu tal- 2015 kien hemm 57 żjara ta' cruiseliners li żaru Għawdex li ġabu total ta' 17,100 passiġġier. L-akbar numru ta' passiġġieri waslu s-sena li għaddiet fejn s'Awwissu kien diġà hemm 6,421 passiġġieri bi 13-il żjara ta' cruiseliners. Is-sena ta' qabel kien hemm biss 3 żjarat u 593 passiġġier, u fl-2013 u l-2012 kien hemm 2,482 u 3,539 rispettivament. Dan it-tagħrif ingħata f 'risposta parlamentari tal-Ministru għal Għawdex Anton Refalo għall-mistoqsija tad-deputat Anthony Agius Decelis. AĦBARIJIET ONLINE .COM.MT Taħriġ b'xejn fil-lingwa Maltija tas-sinjali IS- SEGRETARJAT Parlamentari għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva laħaq ftehim mal- Gozo Association for the Deaf biex jingħata taħriġ b'xejn fil-lingwa Maltija tas- sinjali. Permezz ta' dan il-ftehim se jibda kors ta' taħriġ fil- lingwa tas-sinjali mingħajr ħlas. Il-finanzjament għalih ġej mis- Segretarjat Parlamentari, immexxi mis- Segretarju Parlamentari Justyne Caruana. L-ewwel korsijiet se jibdew nhar is-Sibt li ġej fil-bini tal- Gozo Association for the Deaf. Is-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana, flimkien ma' Dr Humberto Insolera, Viċi President tal-Unjoni Ewropea tal-Persuni Nieqsa mis-Smigħ

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 Frar 2016