Illum previous editions

ILLUM 21 Frar 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/643089

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 35

28 illum Il-Ħadd 21 ta' Frar 2016 Sports minn Cristian Antony Muscat Floriana ...................... 4 Naxxar L ...................... 0 FLORIANA umiljaw lil Naxxar Lions meta għelbuhom bl-iskor kbir ta' 4-0. Huma fetħu l-iskor fl-20 minuta meta Emanuel Briffa xeħet cross għan-nofs, kien hemm clearance qasira mid- difiża ta' Naxxar Lions, bil- ballun jispiċċa għand Nicolas Chiesa li minn tarf il-kaxxa, wara li kkontrolla tajjeb, tefa' l-ballun fir-rokna tax-xibka. Naxxar Lions irrispondew fl-24 minuta meta wara li rċieva minn cross ta' Nicola Tasic, Eduardo Vallecillo laqat ħażin u minn qagħda tajba, tefa' barra. Żewġ minuti biss wara, xutt ta' Mario Fontanella ġie devjat f 'corner mid-difiża tal-Lions. Mill-corner li rriżulta, il- ballun spiċċa għand Antonio Monticelli li ra x-xutt tiegħu jaħbat ma' Andrè Scicluna u Alberto Gallinetta u jintemm f 'corner ieħor. Man- nofsiegħa logħob, Eduardo Vallecillo, bidel il-ballun ma' Duane Bonnici, qabel kellu x-xutt tiegħu mill-viċin tiegħu jintemm barra, wara li reġa' laqat il-ballun ħażin. Naxxar Lions ħolqu l-periklu fl-34 minuta meta Duane Bonnici għadda tajjeb lejn Demba Toure li iżda ġie antiċipat minn Matthew Calleja Cremona. Iżda fil-45 minuta, kienu Floriana li rduppjaw l-iskor meta Matteo Piciollo kellu xutt imblukkat minn difensur ta' Naxxar Lions, bil-ballun jispiċċa għand Steve Pisani li b'xutt mill- isbaħ minn ġol-kaxxa rnexxielu jsib ir-rokna tax- xibka. Fil-55 minuta wara li rċieva minn corner minn ta' Jurgen Debono, kien Andrè Scicluna li mill-viċin ikkonkluda barra. Il-Greens skurjaw it-tielet goal fil- 75 minuta meta Antonio Monticelli xeħet cross perfett lejn Mario Fontanella, li minn taħt il-lasti avversarji tefa' l-ballun ġewwa. Huma komplew ikabbru l-marġni tal-iskor u fit-88 minuta għamluhom erbgħa biex issiġġillaw ir-rebħa meta s-sostitut Firas Aboulezz għadda tajjeb lejn Matteo Piciollo li mill-viċin, tefa' fix-xibka. Floriana - Calleja Cremona, Scicluna, Monticelli (Aboulezz 86'), Pepe, Pisani (Agius 85'), Piciollo, Bonnici, Briffa, Chiesa (Borg 77'), Fontanella, Marcelina Naxxar L. - Gallinetta, Hungria, Scicluna, Vallecillo (Falzon 62'), Toure, Bonnici, Debono (Godar Pereira 57'), Fenech, Buhagiar, Matthews Hamutenya (Fenech 84'), Tasic Referi - Sandro Spiteri NICOLAS CHIESA Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti. Twieled fis-26 ta' Mejju 1980 fl-Arġentina. Jilgħab fl-irwol ta' plejer ta' nofs il-grawnd u huwa l-captain ta' Floriana. Ingħaqad ma' Floriana fil-bidu ta' dan l-istaġun mingħand it-tim Taljan li jimmilita fil-Lega Pro, Lupa Castelli Romani. Floriana jumiljaw lil Naxxar Lions Ritratt - Ray Attard Il-captain ta' Floriana, Nicolas Chiesa, jogħla tajjeb u jirbaħ il-ballun bir-ras segwit minn plejer ta' Naxxar Lions Ritratt - Jane Farrugia

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 Frar 2016