Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/643089
14 illum | Il-Ħadd 21 ta' Frar 2016 I llum il-ġurnata, sar aktar faċli li wieħed imur jaħdem barra mill-pajjiż. Qed ngħixu f 'dinja aktar globalizzata, il-fruntieri Ewropej huma aktar miftuħa u apparti minn hekk, żdiedu aktar l-opportunitajiet ta' xogħol barra minn xtutna. B'hekk, dan qed iwassal biex pajjiżna jsir aktar kożmopolitan u aktar multi-kulturali minn qatt qabel għalkemm fil-passat, l-istorja ta' pajjiżna turi li kien hemm diġà żminijiet fejn kien hawn preżenza qawwija ta' barranin jaħdmu. Apparti minn dan, l-ekonomija ta' Malta qed tagħmel suċċess u tkompli tevolvi, qed jinħoloq aktar xogħol u qed jonqos il-qgħad u dan minnu nnifsu qed jattira aktar barranin biex jiġu jgħixu u jaħdmu f 'Malta. Ta' min wieħed isemmi wkoll li aktar investituri barranin qed jagħżlu li jinvestu fi gżiritna kemm permezz tal-privatizzazzjoni, kif ukoll permezz tal- 'public-private partnerships'. Għaldaqstant, skont il-Fond Monetarju Internazzjonali, dan qed iwassal għal aktar tkabbir ekonomiku lokalment li jawgura tajjeb għall-futur. Madankollu, jeħtieġ inżommu kollox f 'perspettiva u ngħidu wkoll li matul is-sena 2014, nofs l-impjiegi li nħolqu ġew meħuda mill-barranin filwaqt li fl-2015, il-barranin ħadu aktar min-nofs l-impjiegi ġodda li nħolqu f 'pajjiżna. Dan mhux qed ngħidu jien, iżda qaluh qabli l-Ministru Evarist Bartolo u anke Clyde Caruana, iċ- chairman tal-ETC. In-numru ta' barranin li qed jaħdmu f 'Malta Peress li l-ekonomija tagħna sejra tajjeb, in-numru ta' barranin li qed jiġu f 'Malta kompla jiżdied b'ritmu mgħaġġel. Fil-fatt, in-numru ta' barranin reġistrati li jaħdmu f 'pajjiżna fl-2008 kien ta' ftit inqas minn 10,000 ruħ, iżda fl- aħħar seba' snin, dan in-numru żdied għal madwar 27,000 ruħ. Irridu nghidu li l-barranin li qed jigu jgħixu u jaħdmu f 'Malta mhumiex biss Ewropej iżda ġejjin minn madwar 151 pajjiż differenti minn madwar id-dinja fosthom mill-Filippini, miċ-Cina u anke mill-Libja. Hemm vantaġġi ta' ħafna ħaddiema barranin? Il-barranin li qed jiġu jaħdmu f 'Malta qed ikunu parti integrali mit-tkabbir ekonomiku tal-pajjiż li dejjem qed tespandi. Dan għaliex huma qed iħallsu t-taxxi u biex jgħixu qed jużaw diversi servizzi li bis-saħħa tagħhom, ħafna Maltin qed jibbenefikaw. Għalhekk, ejja ma naħsbux li l-barranin li hawn f 'pajjiżna joqogħdu jpappuha minn fuqna, anzi għall-kuntrarju, il-maġġoranza tagħhom qed iħallu miljuni kbar fl- ekonomija tal-pajjiż. Ta' min wieħed jelenka wkoll li fostna hawn investituri barranin li huma stess qed joħolqu x-xogħol għall-Maltin, u dan qed inaqqas il-piż minn fuq l-istat biex joħloq l-impjiegi hu stess. Iċ-ċittadinanza b'investiment qed twassal ukoll biex aktar barranin minn barra l-Unjoni Ewropea jiġu jinvestu fil-gżejjer tagħna biex b'hekk, anke nolqtu swieq ġodda u jkun hemm aktar lok għall- innovazzjoni fl-investiment li jinħoloq permezz ta' niċeċ ġodda. Irridu ngħidu li f 'dawn l-aħħar snin, kważi kull tip ta' xogħol żdied bir-riżultat li f 'ċertu setturi m'hawnx biżżejjed Maltin biex jaħdmu. Żewġ eżempji ċari huma s-settur tat-turiżmu u n-nursing. Apparti minn hekk, hawn ċertu xogħol li l-Maltin m'għandhomx ħiliet biżżejjed għalih jew inkella ma jkunux iridu jagħmluh minħabba diversi raġunijiet. Dan ifisser li bl-għajnuna tal-barranin, dan ix-xogħol qed jerġa' jkun hawn domanda għalih u min qed jimpjega, sa ċertu punt, jista' jserraħ rasu li jista' jsib in-nies. Nemmen bis-sħiħ li meta l-pajjiż ikun produttiv, isir wieħed aktar kompetittiv u jkun hemm aktar ċans li jattira aktar nies bl-għajnuna ta' diversi inċentivi, fosthom inqas taxxa u inqas burokrazija. X'inhuma l-isfidi? Il-problema tal-lingwa hija waħda mill-akbar sfidi li nara fil-kuntest ta' dan is-settur. Kultant, tmur l-isptar jew tmur tiekol f 'xi restaurant u taqdik persuna barranija li la tkun taf titkellem bil-Malti u wisq anqas bl-Ingliż. Issa immagina persuna anzjana li tkun pazjenta l-isptar, din diġà tkun issibha diffiċli forsi biex titkellem bl-Ingliż, aħseb u ara l-problema fil- komunikazzjoni kemm se tiżdied meta l-persuna l-oħra lanqas bl-Ingliż ma tkun kapaċi tikkomunika. Fl-isptar, jeħtieġ li l-persuni barranin li jkunu jaħdmu bħala professjonisti, jingħataw it-taħriġ adekwat biex jitgħallmu jitkellmu kemm bl-Ingliż kif ukoll bil-Malti. B'hekk, ma jibqax ikun hemm diffikultajiet ta' dan it-tip. Dan jgħodd ukoll għall- qasam turistiku li huwa pilastru vitali tal-ekonomija tagħna. Ejja nghidu kollox, meta t-turist jigi Malta, irid jara kemm jista' jkun dak li huwa Malti, jiġifieri jekk turist se jmur jiekol f 'post tal-ikel partikolari li jagħmel ikel tradizzjonali Malti, u lanqas ikun hemm waiter wieħed Malti, għalija nkunu qed niżolqu fin-niexef. Dan japplika wkoll għall-postijiet oħra li huma frekwentati mit- turisti, kif ukoll fejn jidħol it- trasport pubbliku. Naħseb f 'dan il-każ, l-MTA flimkien mal- ITS, Transport Malta u korpi oħra kostitiwiti, iridu jibdew ċertu taħdidiet bejniethom biex jaraw eżattament kif se jaħdmu fuq din il-kwistjoni biex joħorġu b'politiki u ideat ġodda u jattiraw aktar Maltin għal dan it-tip ta' xogħol. Hawn ħafna Maltin li huma tal-fehma li l-barranin li qed jiġu jaħdmu f 'pajjiżna qed jieħdu xogħol il-Maltin. Dan għaliex il-barranin qed jitħallsu biċ-ċejċa, u b'hekk, min iħaddem jippreferi jagħżel li jħaddem lill-barranin milli lill-Maltin. Fil-fatt, fis-snin li għaddew kien hemm diversi barranin li nqabdu jaħdmu bla ktieb biex il-prinċipal ma jiddikjarax b'kemm qed iħallashom, u huma ma jħallsux it-taxxa. F'dan l-istadju, ħafna mill-impjiegi li qed jieħdu l-barranin, huma impjiegi li l-Maltin ma jkunux iridu jagħmlu jew m'għandhomx biżżejjed ħiliet għalihom jew m'hawnx biżżejjed Maltin li jagħmlu dak it-tip ta' xogħol. Madankollu, f 'ċertu ċirkostanzi nemmen li l-Malti qed ikun diskriminat għaliex qed ikun hemm ċertu employers, li jħaddmu l-barranin b'paga baxxa, u b'hekk jagħżlu li jimpjegaw lilhom flok il-Maltin. Dan mhux ġust. Għalhekk, huwa tajjeb li jkun hemm xi tip ta' spettorat fil-futur qarib kif hu maħsub li jkun hemm. Naħdmu flimkien għall-ġid tal-pajjiż Nemmen li aktar ma jgħaddi żmien, aktar is-suq se jsir wieħed ħieles u l-fruntieri aktar se jkomplu jinfetħu, u dan miegħu se jġib kemm vantaġġi kif ukoll żvantaġġi. Irridu nitgħallmu aktar naħdmu flimkien, mhux ma' nies Ewropej biss, iżda anke ma' nies minn barra l-UE, għax dawn ukoll se jkomplu jiżdiedu f 'pajjiżna, jekk l-ekonomija tibqa' sejra tajba kif għaddejja bħalissa. Ma rridux naraw il-barranin bħala xkiel għalina, iżda bħala inċentiv għall- ekonomija tal-pajjiż, iżda l-istat għandu jkun kommess li jara li la barrani, u wisq anqas il-Malti ma jkun diskriminati fid-dinja tax-xogħol, iżda jkunu trattati b'mod ugwali skont il-parametri tal-liġi. Fl-aħħar biex nagħlaq, naħseb li wasal iż- żmien li nattiraw aktar Maltin f 'xogħlijiet marbuta mal-qasam turistiku, l-isptarijiet, id-djar tal-anzjani u x-xufiera tat- trasport pubbliku fost l-oħrajn, għax ħafna mid-diffikultajiet, ġejjin l-aktar minn dawn is- setturi. kevinmercieca24@gmail.com Opinjoni Pajjiżna jeħtieġ dawn il-ħaddiema barranin kollha? KEVIN MERCIECA "Matul is-sena 2014, nofs l-impjiegi li nħolqu ġew meħuda mill- barranin filwaqt li fl-2015, il- barranin ħadu aktar min- nofs l-impjiegi l-ġodda li nħolqu f 'pajjiżna"