Illum previous editions

ILLUM 21 Frar 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/643089

Contents of this Issue

Navigation

Page 32 of 35

Il-Ħadd 21 ta' Frar 2016 | illum 33 Sports fil-pole position għall-Presidenza tal-FIFA direttur tar-relazzjonijiet internazzjonali, biex iservi bħala Kummissarju tal- futbol fil-festa mondjali tal-Arti Sewda f 'Dakar fis-Senegal. Huwa serva wkoll bħala konsulent għall-klabbs fil-Palestina u fir- Repubblika Demokratika tal-Congo, fost oħrajn. Matul is- sena li għaddiet, huwa sfida lil Sepp Blatter, għall-kariga ta' president tal-FIFA, iżda mbagħad irtira l-kandidatura tiegħu, minħabba li ma kisibx biżżejjed sostenn. Wara li ħabbar il-kandidatura tiegħu għall-elezzjoni li ġejja tal-FIFA, Jerome Champagne, tenna lill- assoċjazzjonijiet membri tal-FIFA, li kien wasal iż-żmien li nsalvaw lill- FIFA, u lill-irwoli tagħha tal-governanza u ri- distribuzzjoni, li jinsabu f 'periklu meta l-aktar li qed jinħass il-bżonn tagħhom. Huwa żied li rridu wkoll nirrestawraw il-kredibbiltà tal-FIFA, u nippreparawha għall- isfidi tad-dinja dinamika li qiegħda kulma jmur tinbidel u tevolvi. Il-Prinċep Ali bin al- Hussein Dan huwa l-aktar persuna li smajna fuqu f 'Malta. Dan minħabba l-fatt li ftit tal-gimgħat ilu, l-MFA ħabbret li kienet innominat lil dan il-Prinċep għall-presidenza tal-FIFA. Il-Prinċep Ali bin al-Husien huwa t-tielet wild tar- Re Hussein tal-Ġordan. Huwa kien l-uniku persuna li sfida lil Sepp Blatter għall- presidenza tal-FIFA, f 'Mejju li għadda, iżda ħareġ tellief, meta Sepp Blatter kiseb 133 vot waqt li l-Prinċep kiseb 73 vot. Madankollu, kif kulħadd jaf, Sepp Blatter, irriżenja mill- kariga tiegħu ta' president tal-FIFA, minħabba li ġie akkużat bi frodi massivi. Gianni Infantino Il-UEFA appoġġjat il-kandidatura tas- Segretarju Ġenerali tagħa, Gianni Infantino, wara li l-president tal-UEFA, Michel Platini, matul ix-xahar ta' Ottubru ġie sospiż għal 90 ġurnata. Gianni Infantino huwa avukat kif ukoll l-id il- leminija ta' Michel Platini, fl-ogħla organi tal-UEFA. Huwa mexxa l-idea tal- 'Financial Fair Play', li tant għamlet ħoss fl-isfera tal-futbol Ewropew matul dawn l-aħħar snin. Dan hekk kif din tirrikjedi lill- klabbs li jikkompetu f 'kompetizzjonijiet Ewropej li jibbilanċjaw l-infieq tagħhom, biex ikunu jistgħu jikkwalifikaw għal-logħbiet rispettivi, fid-diversi kompetizzjonijet organizzati mill-UEFA. Qiegħed jitqies li Gianni Infantino tefa' l-kandidatura tiegħu bħala sostitut għal Michel Platini, u jekk wara li tgħaddi s-sospensjoni ta' 90 ġurnata ta' Michel Platini, u l-affarijiet imorru kif mixtieq għall-eks player leġġendarju ta' Juventus, Gianni Infantino jkun qed jirtira l-kandidatura tiegħu. Gianni Infantino, ilu jokkupa l-kariga ta' Segretarju Ġenerali tal- UEFA, sa mill-2009, u wara li tefa' l-kandidatura tiegħu għall- president tal- FIFA, huwa saħaq li kien ferm onorat li ġie nnominat mill-UEFA, għal din il-kariga ferm prestiġjuża. Huwa kompla li jekk jiġi elett bħala president, huwa jkun qed imexxi lill-FIFA, biex isiru bidliet drastiċi minn fuq għal isfel, biex din l-assoċjazzjoni mondjali tal-futbol, terġa' tikseb id-dinjità u r-rispett li tant jixirqulha. Sheikh Salman bin Ebrahim al-Khalifa Dan ix-Sheikh huwa l-President tal- Konfederazzjoni tal-Futbol Ażjatika. Huwa jifforma parti mill-familja rjali tal-Bahrain, u riċentament kien jinsab fiċ-ċentru tal- kontroversja, minħabba l-allegata kompliċità f 'azzjonijiet drastiċi li ttieħdu kontra atleti li pparteċipaw fi protesti favur id-demokrazija li saru f 'Bahrain lura fl- 2011. Iżda huwa bl-aktar mod kategoriku ċaħad l-allegazzjonijiet kollha li saru fil-konfront tiegħu, rigward dan il-każ Dan il- persuna appoġġja lil Sepp Blatter, matul l-elezzjonijiet għall-presidenza tal-FIFA li saru f 'Mejju li għadda, u fl- 2013, Sepp Blatter innifsu kien appoġġja lix-Sheikh Salman, biex imexxi lill-Konfederazzjoni tal- Futbol Ażjatika, li fil-fatt qiegħed imexxi llum il-ġurnata. F'kummenti li kien għadda lill-media lura fl-2013, meta kien ħa l-inkarigu ta' president tal- Konfederazzjoni tal-Futbol Ażjatika, huwa qal li minn dejjem kien kommess li jmexxi, jikkontrolla u jiżviluppa l-logħba tal- futbol b'mod indipendenti u awtonomu, u mingħajr l-ebda tip ta' interferenza ġejja minn barra l-logħba tant sabiħa tal-futbol. Jerome Champagne Il-Prinċep Ali bin al-Hussein Sheikh Salman bin Ebrahim al-Khalifa bl-aħjar ħin tiegħu ta' 7 minuti 15.70 sekondi. Fit-tielet post, daħal Elvin Debono bl-aħjar ħin tiegħu ikun dak ta' 8 minuti 4.10 sekondi. Fi Klassi B rajna taqtigħa interessanti bejn Matthew Gauci fuq mutur Sherco, u Joseph Scicluna u Bernard Sammut - it-tnejn fuq muturi KTM. Matul il-pole position, rajna lil Gauci bi problema fir-rota ta' quddiem, fejn minkejja dan, xorta waħda rnexxielu jagħmel l-aħjar ħin matul il-Pole. Huwa kien segwit minn Scicluna u Sammut rispettivament. Fl-ewwel heat tal-ġurnata komplejna nassistu għal Gauci, Scicluna u Sammut ikomplu jtejbu l-ħin tagħhom u jiddefendu posthom. Matul din il-heat daħal fix-xena Wayne Zahra fuq mutur KTM li tejjeb il-ħin tiegħu drastikament. Zahra spiċċa din il-heat isegwi lil Scicluna. It- tieni heat kienet waħda ta' tensjoni fejn kollox kien għadu indeċiż f 'din il-klassi bejn Gauci u Scicluna, b'dan tal-aħħar itejjeb il-ħin tiegħu sew tant li spiċċa rebaħ din il-klassi bl-aħjar ħin tiegħu ikun dak ta' 6 minuti 12.15 sekondi, segwit minn Gauci bl-aħjar ħin ta' 6 minuti 15.13 sekondi. Fit-tielet post spiċċa Ian Scicluna fuq mutur KTM wara li tejjeb il-ħin tiegħu fejn għalaq il-ġurnata b'ħin ta' 6 minuti 44.49 sekondi. Sammut spiċċa fir-raba' post b'ħin ta 6 minuti 51.58 sekondi filwaqt li Zahra kellu jagħlaq il-ġurnata fil-ħames post b'ħin ta' 6 minuti 53.80 sekondi. Il-premju overall sponsorjat minn Dunlop Tyres għall-ewwel darba f 'dan l-istaġun kien mirbuħ minn Joseph Scicluna fuq muturi KTM. Dan irnexielu jegħleb lil Matthew Gauci fuq mutur Sherco, bi ftit inqas minn tliet sekondi. Il- President tal-Enduro Eddie Bonello ippreżenta t-trofej lir-rebbieħa kollha u ħabbar li attivtà oħra Enduro se ssir nhar il-Ħadd 6 ta' Marzu. Din se tkun qed tiġi organizzata fil-Kumpless Sportiv tal-Assoċjazzjoni f 'Ta'Qali. Intant, propju lbieraħ, l-ASMK, organizzat 'Dinner Presentation', fejn ġew onorati iċ-Champions tas- sena li għaddiet, kif ukoll diversi unuri oħra, fejn fost oħrajn tħabbru tliet membri onorarji ġodda li daħlu ma' dawk eżistenti. L-attività saret fil-Kulleġġ Santa Klara f 'Pembroke bis-sapport tal- Ministru tal-Edukazzjoni, tas-Segretarju Parlamentari għall-Isport, il-General Soft Drinks Marketing Ltd, Delicata Winemaker u Pasta Poiatti. Iktar informazzjoni wieħed jista' jsibha fis-sit elettroniku tal- Assoċjazzjoni, www.asmk. org.mt, jew fil-paġni ta' facebook bl-isem A.S.M.K. Malta jew Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi. Wieħed jista' jagħmel kuntatt bl-email fuq l-indirizz elettroniku, info@ asmk.org.mt.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 Frar 2016