Illum previous editions

ILLUM 21 Frar 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/643089

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 35

€1.00 NEWSPAPER POST Nr 488 • 21 ta' Frar 2016 www.illum.com.mt Matthew Calleja Cremona intervistat Ara paġni 34 u 35 'Pastażata' minn Albert Gauci Cunningham ILPOŻIZZJONI li ħadet il-Knisja Kattolika dwar it-terapija ta' konverżjoni u li kienet ippublikata ilbieraħ permezz ta' position paper, hija "mibnija fuq il- premessa li t-terapija ta' konverżjoni tista' taħdem u li persuna tista' verament issir gay jew straight wara sessjonijiet għand psikologu. Agħar minn hekk, il-position paper lanqas biss tħares jew tipprova tħares lejn ir-riperkussjonijiet li batew nies bħali li għaddejna minn din it-trawma kerha. Diżappuntat bil-kbir u mweġġa' mill-ġdid." Hekk sostna mal-ILLUM persuna li ftit snin ilu kellu jgħaddi mill-esperjenza "kerha" li jattendi sessjonijiet għand psikologu f 'pajjiżna biex "ibiddel" is-sesswalità tiegħu. "Pastażata," qalilna dan l-istess persuna meta ddeskriva l-fatt li fir-rapport, il-Knisja Kattolika, "qed tagħmel il-punt tagħha kontra l-abbozz billi żżeffen fin-nofs it-terapija lill- pedofeli. Il-pedofelija u l-omosesswalità qatt m'għandhom jitpoġġew fuq l-istess livell u sa fejn naf jien, din il-liġi bl-ebda mod mhu qed twaqqaf terapija lill-pedofeli." Il-persuna li kellmitna, bil-kundizzjoni ta' anonimità, l-aktar minħabba l-uġigħ emozzjonali li l-proċess ta' terapija ta' konverżjoni ġab miegħu qalilna rrabjat, li "li tuża l-pedofelija biex b'mod, anke jekk sottili, tiġġieled abbozz ta' liġi li qed jagħmel kriminali dak li tant weġġa' nies, huwa inkredibbli. Pastażata ta' vera." Fil-fatt, id-dokument iwissi li jekk l-abbozz isir liġi, ma jkunx possibbli li jkunu assistiti pedofeli, anke jekk fl-istess opinjoni l-Knisja tfakkar li l-abbozz jitratta, "r-ripress jew eliminazzjoni tal-orjentazzjoni sesswali ta' persuna, l-identità tal-ġeneru jew tal-espressjoni tal-ġeneru." Fl-abbozz ippreżentat mill-Gvern, il-pedofeli ma jissemmew imkien. Rapport tal-Knisja jgħid li l-omosesswalità tista' tkun kundizzjoni li teħtieġ trattament Tkompli f 'paġna 4 'Il-Festival seta' ma sar xejn' L-ilmenti tal-Laburisti, x'inhuma? Ara intervista ma' John Bundy f 'paġni 10-11 Ara paġni 6 u 7

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 Frar 2016